|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/110 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1771
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument C(2019)7641)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (2) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perijodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perijodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż ulterjorment sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika fir-Renju Unit mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
L-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE jirrikjedi li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva, jippreżentaw pjanijiet ta’ monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet jenħtieġ li jinkludu mill-inqas il-gruppi ta’ residwi u s-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (3) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar annimali u prodotti tal-annimali speċifiċi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq issottometta lill-Kummissjoni l-pjanijiet tal-pajjiż dwar l-annimali bovini, l-annimali ovini/kaprini, l-annimali porċini, l-annimali ekwini, it-tjur, l-akkwakultura, il-ħalib, il-bajd, il-fniek, it-tjur tal-kaċċa, it-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u l-għasel, u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu għal ċerti komoditajiet ta’ hawn fuq. Dawn il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u għandhom jiġu approvati. |
|
(5) |
Għalhekk, sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/163/UE li għalihom il-pjanijiet ġew approvati għall-komoditajiet rilevanti. L-Anness mad-Deċiżjoni 2011/163/UE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2019.
Madankollu, ma għandhiex tapplika jekk f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101. 11.4.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Georgia:
|
|
(2) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn il-Georgia u l-Ghana:
|
|
(3) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn Iżrael u l-Indja:
|
|
(4) |
l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-Iran u l-Ġamajka:
|