European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2484

10.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2484

tal-10 ta’ Lulju 2023

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-12 ta’ Diċembru 2006 u daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2018. Il-Ftehim ġie emendat sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (2).

(2)

It-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (3) ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(4)

In-negozjati dwar il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (il-“Protokoll”), ġew konklużi b’suċċess u l-Protokoll ġie inizjalat fit-23 ta’ Diċembru 2022.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u jiġi applikat fuq bażi proviżorja f’konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, sakemm jintemmu l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (4) (il-“Protokoll”) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja b’effett mid-data tal-iffirmar mill-partijiet, f’konformit mal-Artikolu 4(2) tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)   ĠU L 386, 29.12.2006, p. 57.

(2)  Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 25).

(3)   ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

(4)  It-test tal-Protokoll huwa ppublikat fil-ĠU L, 2025/2485, 10.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/2485/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2484/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)