<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-160/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0160</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:315">EU:C:2022:315</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20220428">28.4.2022</DATE> – Kawżi maqgħuda C‑160/21 u C‑217/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nikopolis AD Istrum 2010 u Agro – eko 2013</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P>28 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Skemi ta’ appoġġ dirett</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1306/2013</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti lill-benefiċjarji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 75</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-pagament</KEYWORD><KEYWORD>Osservanza</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut impliċitu tal-applikazzjoni għal għajnuna</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑160/21 u C‑217/21,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Qorti Amministrattiva ta’ Veliko Tarnovo, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑10 ta’ Frar 2021 u tad‑19 ta’ Frar 2021, li waslu rispettivament fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Marzu 2021 u fis‑6 ta’ April 2021, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Nikopolis AD Istrum 2010<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> EOOD (C‑160/21)</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Agro – eko 2013<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> EOOD (C‑217/21)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Zemedelie<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn S. Rodin, President tal-Awla, J.‑C. Bonichot u O. Spineanu-Matei (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u V.‑S. Strasser, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kaduczak u G. Koleva, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="549" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 549</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 130, p. 6</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 327, p. 83</REF.DOC.OJ>), kif emendat permezz tar-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2017 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 350, p. 15</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament Nru 1306/2013<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwim bejn, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Nikopolis AD Istrum<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Nikopolis<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Agro – eko 2013<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Agro – eko<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), kumpanniji kummerċjali ta’ produzzjoni agrikola rreġistrati bħala bdiewa, u, min-naħa l-oħra, l-Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Zemedelie<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (id-Direttur Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Agrikoltura<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) — aġenzija li tagħmel il-pagamenti, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Direktor<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) rigward applikazzjonijiet għal għajnuna għal finanzjament taħt il-politika agrikola komuni tal-Unjoni Ewropea, imressqa għas-snin 2018 u 2019.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Nru 1306/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 27 tar-Regolament Nru 1306/2013 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P>“(27)</NO.P><TXT>L-għajnuna mill-Unjoni għandha titħallas lill-benefiċjarji f’waqtha biex huma jkunu jistgħu jużawha b’mod effiċjenti. Nuqqas mill-Istati Membri li jkunu konformi mad-dati ta’ skadenza għal pagamenti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jista’ joħloq diffikultajiet serji għall-benefiċjarji u jista’ jqiegħed f’periklu l-ibbaġitjar annwali tal-Unjoni. Għalhekk, l-infiq magħmul mingħajr ma jitħarsu d-dati ta’ skadenza għal pagamenti għandu jkun eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni. Il-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 [tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2005, Vol. 209, p. 1),] għandu jinżamm u jkun applikat għaż-żewġ Fondi. Sabiex il-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi rrispettat, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tipprevedi eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali.</TXT></NP></CONSID></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1306/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Konformità ma’ dati ta’ skadenza għal pagamenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fejn jiġu stabbiliti dati ta’ skadenza għal pagamenti bil-liġi tal-Unjoni, kwalunkwe pagament magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji qabel l-aktar data bikrija ta’ pagament possibbli u wara l-aktar data tard ta’ pagament possibbli għandu jagħmel il-pagamenti ineliġibbli għal<?PAGE NO="3"?> finanzjament mill-Unjoni, ħlief fil-każijiet, bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li għandhom jiġu ddeterminati billi jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.</ALINEA><ALINEA>Sabiex in-nefqa li saret qabel id-data ta' pagament l-aktar bikrija possibbli jew wara d-data ta’ pagament l-aktar tard possibbli ssir eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, filwaqt li jiġi limitat l-impatt finanzjarju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115, b’deroga mir-regola fl-ewwel paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="058.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jadottaw, fil-qafas tal-[Politika Agrikola Komuni (PAK)], id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, partikolarment biex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jivverifikaw il-legalità u r-regolarità ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jiżguraw prevenzjoni effikaċi kontra l-frodi, l-aktar f’oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li sservi ta’ deterrent, waqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ma jħallux li jseħħu, jikxfu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>jimponu pieni li jkunu effikaċi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni, jew, fin-nuqqas ta’ din, skont id-dritt nazzjonali, u jressqu l-proċedimenti legali għal dak il-għan, kif meħtieġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jirkupraw pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħaxijiet, u jressqu proċediment legali għal dak il-għan, kif meħtieġ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="058.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta’ ġestjoni u kontroll biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni li tirregola skemi ta’ għajnuna mill-Unjoni bil-għan li jitnaqqas għall-minimu r-riskju ta’ ħsara finanzjarja lill-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 74(1) tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Verifika ta’ kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Skont l-Artikolu 59, l-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi li huma jkunu awtorizzaw biex jaġixxu f’isimhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b’verifiki fuq il-post.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 75 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Ħlas lill-benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="075.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-pagamenti skont l-iskemi ta’ appoġġ u miżuri msemmija fl-Artikolu 67(2) għandhom isiru fil-perjodu ta’ bejn l‑1 ta’ Diċembru u t‑30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara.</P><P>Il-pagamenti għandhom isiru f’sa massimu ta’ żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.</P><?PAGE NO="4"?><P>Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qabel l-1 ta’ Diċembru iżda mhux qabel is‑16 ta' Ottubru, iħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta’ pagamenti diretti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>qabel l-1 ta’ Diċembru, iħallsu bil-quddiem sa 75 % għall-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fir-rigward ta’ appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 67(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna jew talbiet għal pagament imressqa mis-sena tat-talba 2019 ’il quddiem.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="075.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx isiru qabel ma l-verifika ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, li għandha ssir mill-Istati Membri skont l-Artikolu 74, tkun ġiet iffinalizzata.</ALINEA><ALINEA>B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħlasijiet bil-quddiem għall-appoġġ mogħti taħt l-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) jistgħu jsiru wara li jkunu ġew finalizzati l-verifiki amministrattivi skont l-Artikolu 59(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="075.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ emerġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li huma kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli, sabiex jissolvew problemi speċifiċi b’rabta mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Tali atti ta’ implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 1 u 2, iżda biss sakemm u għal dak il-perijodu li fih ikunu strettament meħtieġa.</ALINEA><ALINEA>Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal‑11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 255, p. 18</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/967 tas‑26 ta’ April 2018 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="174" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 174, p. 2</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Regolament ta’ Delega Nru 907/2014<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni, għall-FAEG, tinkludi perjodi għall-ħlas tal-għajnuniet lill-benefiċjarji li għandhom jitħarsu mill-Istati Membri. Il-pagamenti kollha mwettqa barra dawk il-perjodi, għandhom jitqiesu bħala pagamenti mhux eliġibbli għall-Unjoni, u għalhekk ma jistgħux ikunu rimborzati mill-Kummissjoni, kif previst fl-Artikolu 40 tar-[Regolament Nru 1306/2013]. L-analiżi tal-pagamenti ta’ għajnuna tardivi mill-Istati Membri wriet li għadd minn dawn saru minħabba verifiki addizzjonali mill-Istati Membri, marbutin ma’ talbiet kontroversjali, ma’ appelli u ma’ tilwimiet legali nazzjonali oħrajn. Bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jiġi stabbilit marġini fiss marbut mal-infiq, li sakemm jinżammu l-limiti tiegħu, ma għandux ikun hemm tnaqqis fil-pagamenti fix-xahar għal dawn il-każijiet. Barra minn hekk, ladarba dan il-marġini jinqabeż, biex jiġi aġġustat l-impatt finanzjarju bi proporzjon mad-dewmien imġarrab fil-pagament, għandha ssir dispożizzjoni biex<?PAGE NO="5"?> il-Kummissjoni tkun tista’ tnaqqas il-pagamenti proporzjonalment skont il-perjodu ta’ dewmien tal-pagament irreġistrat. Il-ħlas ta’ għajnuniet qabel l-ewwel data possibbli tal-pagament, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni, ma jistax jiġi ġġustifikat bl-istess raġunament bħall-ħlas wara l-aħħar data possibbli għall-pagament. Għaldaqstant, ma għandux ikun previst tnaqqis proporzjonali għal dawn il-pagamenti bikrin. Madankollu għandu jkun hemm stipulata eċċezzjoni għall-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni tipprevedi l-ħlas ta’ avvanz sa ċertu ammont massimu.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 907/2014, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Nuqqas ta’ Konformità mal-aħħar skadenza tal-pagament fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Rigward il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), skont l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tar-[Regolament Nru 1306/2013], u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-infiq li jsir wara l-limiti ta’ żmien għall-pagamenti għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti tal-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 6 ta’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5a(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 907/2014, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Nuqqas ta’ Konformità mal-aħħar skadenza tal-pagament fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tar-[Regolament Nru 1306/2013], u b’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-infiq li jkun sar wara l-iskadenza tal-pagament għandu jkun eliġibbli għall-pagamenti mill-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas‑17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="69" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 227, p. 69</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/746 tat‑18 ta’ Mejju 2018 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="125" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 125, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-verifiki amministrattivi u l-verifiki fuq il-post previsti f’dan ir-Regolament għandhom isiru b’tali mod li jiżguraw verifika effettiva:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-għajnuna, fl-applikazzjoni għall-appoġġ, fit-talba għall-ħlas jew f’dikjarazzjoni oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tal-konformità mal-kriterji kollha tal-eliġibbiltà u mal-impenji u l-obbligi l-oħrajn kollha għall-iskema tal-għajnuna u/jew għall-miżura ta’ appoġġ ikkonċernata u mat-termini li bihom jingħataw l-għajnuna u/jew l-appoġġ jew l-eżenzjoni mill-obbligi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tar-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mal-kundizzjonijiet kollha applikabbli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew stipulati fil-liġi nazzjonali rilevanti u fid-dokumenti li fihom arranġamenti ta’ implimentazzjoni jew mill-programm tal-iżvilupp rurali tkun tista’ tiġi vverifikata skont sett ta’ indikaturi verifikabbli li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-riżultati tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post għandhom jiġu vvalutati biex jiġi stabbilit jekk xi waħda mill-problemi misjuba tistax twassal b’mod ġenerali għal xi riskju għal operazzjonijiet simili oħrajn, għall-benefiċjarji jew għal korpi oħrajn. Il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi tat-tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe analiżi ulterjuri li tista’ tkun meħtieġa u l-azzjonijiet korrettivi u preventivi meħtieġa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post f’każ li l-fotointerpretazzjoni ta’ ortoimmaġnijiet bis-satellita jew mill-ajru jew evidenza rilevanti oħra inkluż evidenza pprovduta mill-benefiċjarju fuq talba tal-awtorità kompetenti ma jipprovdux riżultati li jippermettu li tinħareġ konklużjoni definittiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jikkonċernaw l-eliġibbiltà jew, fejn applikabbli, id-daqs korrett taż-żona li hija soġġetta għal verifiki amministrattivi jew fuq il-post.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-verifiki kollha mwettqin skont dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi previsti fit-Titoli IV u V. Madankollu, il-paragrafu 3 ma għandux japplika għat-Titolu V.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Tħabbir minn qabel tal-verifiki fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Il-verifiki fuq il-post jistgħu jitħabbru minn qabel, dejjem jekk dan ma jxekkilx l-iskop jew l-effettività tagħhom. Kwalunkwe tħabbira minn qabel għandha tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex issir iktar minn 14-il jum qabel.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, għall-verifiki fuq il-post li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas relatati mal-bhejjem skont miżuri ta’ appoġġ jew impenji relatati mal-annimali li jkunu nnotifikati skont l-Artikolu 14a(5), it-tħabbira ma ssirx iżjed tard minn 48 siegħa qabel, għajr f’każijiet iġġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-leġiżlazzjoni li tapplika għall-atti u għall-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità tkun tirrikjedi li l-verifika fuq il-post issir għall-għarrieda, dawk ir-regoli japplikaw ukoll fil-każ ta’ verifiki fuq il-post relatati mal-kundizzjonalità.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑tilwim fil‑kawżi prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑160/21</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Nikopolis hija kumpannija kummerċjali Bulgara ta’ produzzjoni agrikola, irreġistrata bħala bidwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Hija ppreżentat applikazzjoni għal għajnuna għas-sena 2019 tal-programm għall-iżvilupp rurali 2014‑2020, taħt tmien skemi ta’ għajnuna differenti. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dokumenti previsti u twettqu verifiki awtomatiċi tad-data ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Waqt verifika fuq il-post imwettqa bejn it‑18 u l‑21 ta’ Novembru 2019 u li kienet tirrigwarda parti mill-biċċiet ta’ art operati minn Nikopolis, ġie kkonstatat li r-rekwiżiti legali kienu ġew osservati. Fit‑23 ta’ Ottubru 2019, id-direktsiya <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Technicheski Inspektorat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> na Darzhaven fond <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Zemedelie<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (id-Direttorat tal-Ispezzjoni Teknika tal-Fond Nazzjonali Agrikolu) wettaq verifika tal-kundizzjonalità fuq il-post li matulha lanqas ma ġew ikkonstatati irregolaritajiet. Skont rapport ta’ verifika taż-żoni mħejji minn espert fl-ispezzjoni teknika reġjonali ta’ Veliko Tarnovo, il-verifiki fuq il-post li jirrigwardaw iż-żoni kollha li għalihom intalbet għajnuna, imwettqa bejn is‑16 ta’ Settembru 2019 u l‑31 ta’ Ottubru 2019, żvelaw l-eżistenza biss ta’ biċċa art waħda, ta’ 0.51 ettaru, li ma kinitx eliġibbli għal din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑25 ta’ Novembru 2019, l-Izpalnitelna Agentsiya <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Sertifikatsionen odit na sredstvata ot evropeyskite zemedelski fondove<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (l-Aġenzija Eżekuttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Awditu ta’ ċertifikazzjoni tal-fondi mogħtija mill-fondi agrikoli Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) informat lid-Direktor li kienu twettqu verifiki fuq siti ta’ trobbija, fosthom sit ta’ trobbija ta’ Nikopolis, u li r-riżultati ta’ dawn il-verifiki kienu wrew l-eżistenza ta’ indizji ta’ frodi li jitolbu analiżi addizzjonali. Abbażi ta’ din l-ittra, id-Direktor bagħat, fit‑3 ta’ Diċembru 2019, nota li tordna s-sospensjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet li kien hemm riferiment għalihom fl-imsemmija ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis‑6 ta’ Awwissu 2020, Nikopolis ippreżentat, quddiem id-Direktor, talba għal pagament marbuta mal-applikazzjoni tagħha għal għajnuna msemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza. Permezz ta’ ittra tal‑14 ta’ Awwissu 2020, il-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Fond Nazzjonali Agrikolu irrispondiha li l-proċess tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal għajnuna għas-sena 2019 tal-programm għal żvilupp rurali 2014‑2020 kien għadu ma tlestiex u li dik l-applikazzjoni għal għajnuna kienet suġġetta għal verifika addizzjonali, filwaqt li indika b’mod espliċitu li din l-ittra ma kinitx tikkostitwixxi att amministrattiv individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li qieset li l-fatt li d-Direktor ma ddeċidiex dwar l-imsemmija applikazzjoni għal għajnuna fit-terminu legali kien jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni, Nikopolis ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Qorti Amministrattiva ta’ Veliko Tarnovo, il-Bulgarija), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kawża C‑217/21</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Agro – eko hija kumpannija kummerċjali Bulgara ta’ produzzjoni agrikola, irreġistrata bħala bidwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hija ppreżentat applikazzjoni għal għajnuna għas-sena 2018 tal-programm għall-iżvilupp rurali 2014‑2020, taħt tnax‑il skema ta’ għajnuna differenti, fosthom il-Miżura 10 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Agroambjent u klima<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dokumenti previsti u twettqu verifiki awtomatiċi tad-data ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul verifiki fuq il-post li jirrigwardaw parti mill-biċċiet ta’ art operati minn Agro – eko, ġie kkonstatat li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-għajnuna mitluba kienu osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Agro – eko kisbet il-pagament marbut mal-iskemi u l-miżuri kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-pagament marbut mal-Miżura 10 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Agroambjent u klima<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li fir-rigward tiegħu hija ma rċeviet l-ebda ittra ta’ informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil‑21 ta’ Frar 2020, Agro – eko ressqet, quddiem id-Direktor, talba għal pagament marbuta mal-applikazzjoni tagħha għal għajnuna taħt il-Miżura 10 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Agroambjent u klima<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, imsemmija fil-punt 20 ta’ dan id-digriet. Din it-talba għal pagament baqgħet ukoll mingħajr risposta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li qieset li l-fatt li d-Direktor ma ddeċidiex dwar l-imsemmija applikazzjoni għal għajnuna fit-terminu legali kien jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda, Agro – eko ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑domandi preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kuntest taż-żewġ tilwimiet li tressqu quddiemha, il-qorti tar-rinviju għandha quddiemha l-kwistjoni dwar jekk l-assenza ta’ pagament tal-għajnuna inkwistjoni fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 għandhiex titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjonijiet għal għajnuna msemmija fil-punti 14 u 20 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, dik il-qorti tindika li l-ġurisprudenza tal-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Bulgarija) dwar din il-kwistjoni hija kontradittorja u tosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma ddeċidiet dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Qorti Amministrattiva ta’ Veliko Tarnovo), fiż-żewġ kawżi prinċipali, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>1)</NO.P><TXT>It-terminu ‘pagament’ li jintuża fl-Artikolu 75(1) tar-[Regolament Nru 1306/2013], ifisser li l-proċedura dwar talba għal pagament hija mitmuma?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-fatt li l-bidwi jkun effettivament kiseb is-somma mitluba minnu huwa ekwivalenti għal tweġiba pożittiva mill-aġenzija tal-pagamenti għat-talba għall-attivazzjoni tad-drittijiet għal pagamenti u, għaldaqstant, il-fatt li ma jkunx irċieva s-somma ta’ flus minkejja li l-ħlas tal-ammonti koperti mill-miżura inkwistjoni jkun ġie ddikjarat pubblikament huwa ekwivalenti għaċ-ċaħda tad-drittijiet għall-pagament mitluba, f’sitwazzjoni fejn il-persuna ma tkunx ġiet informata bl-estensjoni tal-proċedura minħabba verifiki ġodda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>It-terminu previst fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jobbliga lill-Istati Membri jivverifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà qabel l-iskadenza tiegħu, b’tali mod li t-tkomplija ta’ dawn il-verifiki hija permessa biss f’każijiet eċċezzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni fejn il-bidwi ma jkunx ġie informat dwar it-twettiq ta’ verifiki addizzjonali u fl-assenza ta’ dokument miktub dwar tali verifiki, in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jikkostitwixxi rifjut impliċitu ta’ pagament tal-għajnuna?<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ pagament, mill-aġenzija tal-pagamenti ta’ Stat Membru, ta’ għajnuna mitluba minn bidwi taħt il-programmi tal-politika agrikola komuni qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit f’din id-dispożizzjoni għandhiex titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Inċidentalment, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk, fil-każ fejn verifiki jew kontrolli addizzjonali jitwettqu wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu, il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu informaw jew le lill-applikant għal għajnuna jistax jinfluwenza r-risposta għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet segwiti permezz tal-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Rimšēvičs u BĊE vs Il‑Latvja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/18 u C‑238/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:139">EU:C:2019:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 jagħmel parti mill-Kapitolu II tat-Titolu V ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Skont din id-dispożizzjoni, il-pagamenti taħt l-iskemi u l-miżuri ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 għandhom isiru matul il-perijodu bejn l‑1 ta’ Diċembru u t‑30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta’ wara. L-Artikolu 40 tal-imsemmi regolament jipprevedi li kull pagament magħmul barra minn dan il-perijodu ma huwiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-prinċipju, is-sempliċi silenzju ta’ istituzzjoni, ta’ korp tal-Unjoni jew ta’ awtorità nazzjonali li timplimenta d-dritt tal-Unjoni ma jistax jiġi assimilat għal rifjut impliċitu, ħlief meta din il-konsegwenza tkun prevista b’mod espliċitu minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041209">9 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Greencore</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑123/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:783">EU:C:2004:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok, qabelxejn, li jiġi stabbilit jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti tinkludix dispożizzjoni li tipprevedi b’mod espliċitu li, fl-iskadenza ta’ dan it-terminu u fl-assenza ta’ pagament, deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda titqies li ġiet adottata. Issa, għandu jiġi kkonstatat li dan ma huwiex il-każ. Fil-fatt, la r-Regolament Nru 1306/2013 u lanqas ebda att legali rilevanti ieħor ma jipprevedu b’mod espliċitu tali konsegwenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, għalkemm l-Artikoli 40 u 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013, moqrija fid-dawl tal-premessa 27 ta’ dan ir-regolament, huma intiżi sabiex jiggarantixxu li l-bdiewa jirċievu l-għajnuna finanzjarja tagħhom fil-ħin, sabiex huma jużaw din l-għajnuna b’mod effikaċi, u sabiex jiġi evitat li titqiegħed f’periklu l-annwalità tal-baġit tal-Unjoni, mill-istruttura ġenerali tal-imsemmi regolament jirriżulta madankollu li l-pagament ta’ għajnuna jista’, f’ċerti ċirkustanzi, isir b’mod validu wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-imsemmi Artikolu 75(1).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel, bl-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, konformement mal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1306/2013, l-Artikolu 75(2) tiegħu jispeċifika li l-pagamenti msemmija f’dan l-Artikolu 75(1) ma għandhomx isiru qabel ma tiġi ffinalizzata l-verifika tal-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà li huma l-Istati Membri li għandhom iwettqu konformement mal-Artikolu 74 ta’ dan ir-regolament kif ukoll mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014. Issa, l-imsemmi Artikolu 75(2) ma jistabbilixxix terminu li fih għandha ssir din il-verifika u jissuġġerixxi għalhekk li din tista’ titwettaq wara l-aħħar data ta’ pagament prevista fl-istess Artikolu 75(1) u, għaldaqstant, tiġi ffinalizzata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti wara t‑30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni. Il-fatt li l-bidwi kkonċernat ġie informat jew le bit-twettiq ta’ kontrolli jew ta’ verifiki addizzjonali wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit f’din l-aħħar dispożizzjoni huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, il-modalitajiet li bihom jiġu<?PAGE NO="10"?> informati l-bdiewa fir-rigward tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tagħhom jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri u l-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 jipprevedi, barra minn hekk, il-possibbiltà li l-verifiki fuq il-post isiru mingħajr avviż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1306/2013 jipprevedi b’mod espliċitu l-possibbiltà li, fil-każijiet, kundizzjonijiet u limiti li għandhom jiġu ddeterminati b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, issir eċċezzjoni mir-regola li l-pagamenti magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji qabel l-ewwel data possibbli u wara l-aħħar data possibbli ma humiex eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni. Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, ir-Regolament ta’ Delega Nru 907/2014 jipprevedi, fl-Artikoli 5 u 5a tiegħu, li l-pagamenti mwettqa b’mod tardiv minn aġenzija tal-pagamenti huma, taħt ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti proporzjonijiet, eliġibbli għall-benefiċċju tal-pagamenti tal-Unjoni, u jiġġustifika din id-deroga, kif jirriżulta mill-premessa 4 tiegħu, bil-fatt li dan id-dewmien fil-ħlas jista’ b’mod partikolari jkun dovut għal verifiki addizzjonali mwettqa mill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjonijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn interpretazzjoni letterali u kuntestwali tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 1306/2013 jirriżulta li, għalkemm dan jistabbilixxi l-prinċipju li l-pagament ta’ għajnuna lill-benefiċjarji u l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jippreċedu dan il-ħlas għandhom, bħala regola ġenerali, iseħħu fit-terminu stabbilit f’dan l-Artikolu 75(1), madankollu ma jistax jiġi eskluż li, b’mod <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> kif ukoll b’osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ diliġenza, din il-verifika tista’ titwettaq wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu u li, għalhekk, l-imsemmi pagament, li jista’ jitwettaq biss wara li tkun ġiet iffinalizzata l-imsemmija verifika, isir wara t‑30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, it-terminu stabbilit fl-imsemmi Artikolu 75(1) ma huwiex ta’ natura assoluta, iżda għandu biss valur indikattiv. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-assenza ta’ pagament ta’ għajnuna f’dan it-terminu tikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, din l-interpretazzjoni letterali u kuntestwali tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 1306/2013 hija kkorroborata b’mod sħiħ minn interpretazzjoni teleoloġika ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, li l-assenza ta’ pagament ta’ għajnuna fit-terminu stabbilit f’dan l-Artikolu 75(1) tiġi assimilata għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni huwa diffiċilment konċiljabbli mal-interessi tal-Unjoni u dawk tal-bdiewa benefiċjarji ta’ għajnuna taħt il-Politika Agrikola Komuni. Minn naħa, fir-rigward tal-Unjoni, tali assimilazzjoni jista’ jkollha l-effett li tinkoraġġixxi lill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri sabiex iħaffu fit-twettiq tal-verifiki li huma għandhom iwettqu konformement mal-Artikolu 74 ta’ dan ir-regolament, jew saħansitra li ma jwettqux dawn tal-aħħar, li jista’ jmur kontra l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li madankollu huwa intiż li jiġi ggarantit mill-Artikolu 58 tal-imsemmi regolament. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-bdiewa benefiċjarji, tali assimilazzjoni ċċaħħad lil dawn minn kull possibbiltà li jiksbu pagament wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu, sakemm ma jippreżentawx rikors f’dan is-sens, anki jekk l-aġenzija tal-pagamenti jkollha l-intenzjoni li tagħmel dan il-pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ pagament, mill-aġenzija tal-pagamenti ta’ Stat Membru, ta’ għajnuna mitluba minn bidwi qabel<?PAGE NO="11"?> l-iskadenza tat-terminu stabbilit f’din id-dispożizzjoni ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni, u dan indipendentement minn jekk il-bidwi kkonċernat ġiex informat jew le bit-twettiq ta’ eventwali verifiki addizzjonali li jiġġustifikaw il-fatt li dan it-terminu jinqabeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2017, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ pagament, mill-aġenzija tal-pagamenti ta’ Stat Membru, ta’ għajnuna mitluba minn bidwi qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit f’din id-dispożizzjoni ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal għajnuna inkwistjoni, u dan indipendentement minn jekk il-bidwi kkonċernat ġiex informat jew le bit-twettiq ta’ eventwali verifiki addizzjonali li jiġġustifikaw il-fatt li dan it-terminu jinqabeż.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>