|
5.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 391/41 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1921
tal-4 ta’ Novembru 2021
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Kroata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 26(7)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Kroata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 (2) fiha żball fit-titlu fir-rigward tar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni tal-metodu tal-produzzjoni organika, u żbalji fl-Artikolu 26(1) sa (7), minħabba li l-verżjoni bil-lingwa Kroata tirreferi għad-data tad-dħul fis-seħħ minflok għad-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Kroata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/464 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri (ĠU L 98, 31.3.2020, p. 2).