19.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10854 – GIC INVESTOR / KIA / OMERS / DCLI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 402/09)

1.   

Fl-10 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Epsom Investment Pte. Ltd. (“GIC Investor”, Singapore), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn GIC Special Investments Pte. Ltd. (“GICSI”, Singapore”),

—

Kuwait Investment Authority (“KIA”, il-Kuwajt),

—

Omers Administration Corporation (“Omers”, il-Kanada),

—

Direct ChassisLink, Inc. (“DCLI”, l-Istati Uniti).

GIC Investor, KIA u Omers jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tat-totalita ta’ DCLI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

GIC Investor huwa strument ta’ investiment tal-GICSI. il-GICSI tiġġestixxi portafoll globali ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital ta’ riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll investimenti diretti f’kumpaniji privati.

—

KIA tamministra l-fondi ta’ investiment sovrani tal-Istat tal-Kuwajt bħala investitur globali,

—

Omers huwa fond tal-pensjoni Kanadiż li jinvesti u jamministra l-pensjonijiet għall-impjegati rtirati tal-muniċipalitajiet, il-bordijiet tal-iskejjel, il-libreriji, id-dipartimenti tal-pulizija, id-dipartimenti tat-tifi tan-nar u aġenziji lokali oħra f’Ontario, il-Kanada,

—

Id-DCLI huwa fornitur tax-xażi li jopera bejn il-portijiet u t-terminals ferrovjarji ewlenin fl-Istati Uniti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10854 – GIC INVESTOR / KIA / OMERS / DCLI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.