Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tat-8 ta’ Lulju 1980 li tistabbilixxi disposizzjonijiet addizzjonali dwar stħarriġ statistiku ta’ żoni taħt dwieli
Official Journal L 213 , 16/08/1980 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0086
Greek special edition: Chapter 03 Volume 30 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0086
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0301
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0301
CS.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
ET.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
HU.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
LT.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
LV.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
MT.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
PL.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
SK.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
SL.ES Chapter 3 Volume 04 P. 209 - 210
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tat-8 ta' Lulju 1980 li tistabbilixxi disposizzjonijiet addizzjonali dwar stħarriġ statistiku ta' żoni taħt dwieli (80/763/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 tal-5 ta' Frar 1979 fuq stħarriġ statistiku ta' żoni taħt dwieli [1], u partikolarment l-Artikolu 6 (2) tiegħu, Billi, minħabba l-eżistenza fi ħdan il-Komunità ta' żoni li jikbru fihom ħafna varjetajiet ta' prodotti, iż-żoni taħt dwieli kultivati b'varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid għandhom, sabiex issegwi l-iżviluppi tal-potenzjali ta' tkabbir ta' l-inbid b'mod effettiv, ikunu subdiviżi fi klassijiet ta' prodotti bbażati fuq il-prodott ewlieni għal kull ettaru; Billi, konformi ma' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 357/79, tali klassijiet ta' prodotti għandhom jitwaqqfu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament; Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-klassijiet ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (KEE) 357/79 għandhom jkunu indikati fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Lulju 1980. Għall-Kummissjoni François-Xavier Ortoli Viċi-President [1] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 124. -------------------------------------------------- ANNESS IL-KLASSI TA' PRODOTTI (f'hl/ha ta' għeneb magħsur jew inbid) Il-klassijiet ta' prodotti | Inbejjed ta' kwalità psr | Inbejjed oħra | I | < 30 | < 40 | II | 30 – 70 | 40 – 70 | II | 70 – 110 | 70 – 100 | IV | > 110 | 100 – 130 | V | | > 130 | --------------------------------------------------