European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6300

22.10.2024

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

li tippreżenta l-aġġornament tal-2024 tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni Pluriennali għall-istabbiliment tas-Sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea

(C/2024/6300)

1.   Sfond

Ir-Regolament dwar is-sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (ir-Regolament dwar l-EMSWe) (1) huwa mibni fuq in-network eżistenti ta’ Single Windows Nazzjonali Marittimi (MNSWs) u jistabbilixxi sistema komuni u interoperabbli biex il-vapuri jirrapportaw informazzjoni lejn ix-xatt matul waqfa f’port. Ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tfassal sett tad-data standardizzata li jkopri l-obbligi kollha ta’ rapportar u li tiżviluppa u żżomm interfaċċi u servizzi komuni għall-MNSWs. Se jibda japplika mill-15 ta’ Awwissu 2025. Wara konsultazzjonijiet xierqa mal-esperti nazzjonali, dan il-pjan ta’ implimentazzjoni pluriennali jiġi aġġornat kull sena f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament dwar l-EMSWe. L-ewwel verżjoni ta’ dan id-dokument ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-2021 (2) u mbagħad ġiet aġġornata fl-2023 (3).

2.   Arkitettura tal-IT tal-EMSWe

L-EMSWe hija sistema deċentralizzata bbażata fuq network ta’ MNSWs. Kull waħda minn dawn l-MNSWs tipprovdi: (i) modulu tal-interfaċċa tar-rapportar (RIM) armonizzat għall-komunikazzjoni bejn sistema u oħra; u (ii) interfaċċa grafika tal-utent (GUI) għall-komunikazzjoni bejn l-utent u s-sistema tal-obbligi ta’ rapportar mid-dikjaranti. Is-sistema hija kkumplimentata minn servizzi komuni bħal: (i) sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utent u tal-aċċess (URAM) tal-EMSWe; (ii) bażijiet tad-data komuni; u (iii) servizz komuni ta’ indirizzar (CAS).

Arkitettura ta’ livell għoli tal-EMSWe madwar MNSW waħda

Image 1

L-illustrazzjoni ta’ hawn fuq turi l-arkitettura ta’ livell għoli tal-EMSWe mill-perspettiva ta’ Stat Membru, inklużi l-interazzjonijiet tal-MNSWs mad-dikjaranti, mal-fornituri tas-servizzi tad-data u mas-sistemi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Il-komponenti huma elenkati hawn taħt:

Elementi

Deskrizzjoni

Artikoli

1

MNSW

Artikolu 2(3)

2

GUI

Artikoli 2(9), 6(4)

3

RIM

Artikoli 2(4), 6(1)

4

URAM

Artikolu 12(1), (2), (3)

5

CAS

Artikolu 2(10)

6

Bażi ta’ data dwar il-vapuri tal-EMSWe (ESD)

Artikolu 14

7

Bażi ta’ Data Komuni ta’ Lokalizzazzjoni

Artikolu 15

8

Bażi ta’Data Komuni dwar il-Hazmat

Artikolu 16

9

Bażi ta’ Data Komuni tal-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Vapuri

Artikolu 17

10

SafeSeaNet (sistema ta’ SafeSeaNet nazzjonali u ta’ SafeSeaNet ċentrali)

Artikolu 8(4)

3.   Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja

S’issa, il-Kummissjoni adottat l-atti sekondarji li ġejjin:

—

Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/205 (4) li jistabbilixxi s-sett tad-data tal-EMSWe;

—

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/204 (5) li fih l-ewwel sett ta’ speċifikazzjonijiet u regoli għall-aspetti armonizzati tal-MNSWs u għal tliet bażijiet tad-data komuni skont l-EMSWe (6);

—

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2790 (7) li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-RIM u tas-sistema tal-URAM.

Dawn it-tliet atti sekondarji kellhom jiġu adottati sal-15 ta’ Awwissu 2021. Madankollu, minħabba diversi fatturi, bħall-pandemija tal-COVID-19 u ż-żieda fil-kumplessità teknika li teħtieġ konsultazzjoni estensiva mal-esperti tal-Istati Membri, din l-iskadenza wriet li kienet ambizzjuża wisq. Għalhekk, l-aħħar att ġie adottat fl-14 ta’ Diċembru 2023. Madankollu, biex titħaffef l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-EMSWe, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-industrija, bdiet tħejji l-komponenti komuni ewlenin (RIM u URAM) u l-Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Messaġġi (MIG) qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja msemmija hawn fuq (ara l-Kapitolu 5 għad-dettalji).

L-ippjanar għal atti sekondarji oħra huwa kif ġej:

—

l-aġġornament tas-sett tad-data tal-EMSWe (8) (ippjanat għall-2024);

—

l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tas-CAS (ippjanati għall-2025);

—

l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Bażi tad-Data Komuni tal-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Vapuri (ippjanata għall-2025);

—

it-tfassil ta’ lista ta’ informazzjoni rilevanti li għandha terġa’ tintuża u tkun disponibbli għal waqfa sussegwenti f’port (għad trid tiġi deċiża) (9).

4.   Strateġija ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati

Sabiex jiġi żgurat li l-esperti tal-Istati Membri u l-komunità tan-negozji jiġu kkonsultati b’mod trasparenti u minn qabel sew, fl-2023 il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ esperti, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tas-Single Window Marittima Ewropea (ECG). Il-membri tal-ECG huma l-koordinaturi nazzjonali għall-EMSWe kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-EMSWe. L-assoċjazzjonijiet ewlenin tal-industrija huma mistiedna wkoll bħala osservaturi għall-grupp. Dan il-grupp ta’ esperti jiltaqa’ regolarment u jippermetti lill-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi u tiddiskuti l-progress. Jipprovdi wkoll forum lill-Istati Membri għall-iskambju tal-aħjar prattiki.

Minħabba li r-Regolament dwar l-EMSWe jkopri diversi formalitajiet doganali tad-dħul u l-ħruġ, il-Kummissjoni spiss tikkonsulta wkoll il-gruppi ta’ esperti doganali, bħall-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar id-Dwana Elettronika u/jew il-Grupp ta’ Negozju Doganali (kif ġestit mid-DĠ TAXUD). Il-Kummissjoni tikkonsulta dawn il-gruppi ta’ esperti doganali permezz ta’ laqgħat konġunti.

Sabiex jiġu żgurati l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà kontinwi bejn l-EMSWe u s-sistema tal-Unjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni marittima (SafeSeaNet), il-Kummissjoni tinforma wkoll lill-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli għall-Governanza tas-Sistema u tas-Servizzi Diġitali Marittimi (HLSG), li huwa kompetenti għal kwalunkwe bidla fis-sistema ta’ SafeSeaNet.

5.   Skeda ta’ żmien għall-iżvilupp u l-ittestjar ta’ komponenti u ta’ servizzi komuni

Modulu tal-interfaċċa tar-rapportar (RIM)

Wara li f’Awwissu 2022 ħarġet il-verżjoni 1.0, f’Diċembru 2023 inħarġet verżjoni aġġornata 3.0 tal-RIM. Din il-verżjoni aġġornata 3.0 kienet tinkludi l-funzjonalitajiet addizzjonali u tiżgura l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-RIM li jinsabu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2790. Id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għall-integrazzjoni fl-MNSW tagħhom saret disponibbli għall-Istati Membri. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandhom l-ewwel iwettqu t-testijiet tal-konformità biex jivverifikaw li l-RIM ikun ġie integrat b’mod korrett fl-MNSW. Imbagħad għandhom iwettqu t-testijiet u jiżguraw l-integrazzjoni meħtieġa ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati. Imbagħad, flimkien mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tagħhom, huma għandhom jittestjaw il-konnessjonijiet u l-proċessi tal-MNSW kollha tagħhom.

Biex tikkomplementa l-funzjonament tal-RIM, l-EMSA – f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-industrija tat-tbaħħir u l-Istati Membri – f’Diċembru 2023 żviluppat MIG u għamlitha disponibbli għall-Istati Membri. Il-MIG tiddeskrivi l-messaġġi (formalitajiet u tweġibiet) li għandhom jiġu skambjati bejn l-ispedituri u l-MNSWs permezz tal-RIM, kif meħtieġ mill-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2790. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-EMSA kompliet torqom l-MIG u qed tiżviluppa r-rappreżentazzjoni teknika tal-formalitajiet u t-tweġibiet tal-MIG (fajls għad-definizzjoni tal-iskema XML – XSD). Huwa mistenni li fl-aħħar tat-tielet trimestru tal-2024, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-EMSA, se tippubblika wkoll l-MIG bi speċifikazzjonijiet tal-messaġġi tekniċi għall-użu tal-industrija, u żżommha fuq bażi regolari.

Sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u tal-aċċess (URAM) tal-EMSWe

Flimkien mal-RIM, f’Diċembru 2023 il-Kummissjoni stabbiliet u għamlet disponibbli sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u tal-aċċess (URAM), biex tiffaċilita l-awtentikazzjoni tal-ispedituri (id-dikjaranti u l-fornituri tas-servizzi tad-data) li jikkonnettjaw mal-RIM ta’ Stat Membru. Is-servizzi ċentrali tal-URAM saru disponibbli f’sistema tal-ittestjar tal-konformità għall-Istati Membri biex iwettqu testijiet ta’ integrazzjoni għall-konnessjonijiet u l-interazzjonijiet bejn l-RIM tagħhom u s-servizzi tal-URAM. L-Istati Membri se jiġġestixxu l-awtentikazzjoni fil-GUI tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ir-Regolament eIDAS) (10).

Servizz komuni ta’ indirizzar (CAS)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-CAS meħtieġa mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar l-EMSWe huma skedati li jiġu adottati b’mod indikattiv sal-aħħar tal-2024. L-iżvilupp ta’ dan is-servizz huwa mistenni li jibda wara li l-RIM ikun ġie implimentat bis-sħiħ.

Bażijiet tad-data

Il-Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe, il-Bażi tad-Data Komuni ta’ Lokalizzazzjoni u l-Bażi tad-Data Komuni dwar l-Hazmat bħalissa qed jiġu żviluppati mill-EMSA kif ippjanat. Il-Gwida dwar l-Interfaċċa tas-Sistema (SIG) – gwida għal dawn it-tliet bażijiet tad-data – ġiet iffinalizzata mill-EMSA u saret disponibbli għall-pubbliku f’Mejju 2024 (11). L-iżvilupp tal-bażijiet tad-data huwa mistenni li jitlesta fl-aħħar tat-tielet trimestru tal-2024 meta l-EMSA tkun lesta twettaq testijiet ta’ kummissjonar mal-Istati Membri.

Fir-rigward tal-Bażi tad-Data Komuni tal-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Vapuri, l-implimentazzjoni tagħha għadha fi stadju ta’ ppjanar, u l-ħidma fuq it-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tagħha se tibda b’mod indikattiv fl-2025. Ladarba tkun disponibbli, din il-bażi tad-data se tintuża mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa tal-Istati Membri biex jiskambjaw data bejniethom fil-back office tal-MNSW.

Skeda ta’ żmien dettaljata

Komponenti u servizzi komuni

Status

Linja bażi

2024

2025

2026

It-tielet trimestru

Ir-raba’ trimestru

L-ewwel trimestru

It-tieni trimestru

It-tielet trimestru

Ir-raba’ trimestru

L-ewwel trimestru

It-tieni trimestru

It-tielet trimestru

Ir-raba’ trimestru

RIM

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RIM v2.0 b’validazzjoni tal-ispeditur

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RIM v3.0 b’validazzjoni tas-sintassi (12)

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RIM v3.1 b’validazzjoni semantika mtejba

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MIG v1.0 u skemi ta’ messaġġi

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 (*1)Integrazzjoni u ttestjar tal-Istati Membri

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

URAM

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Servizz ċentrali ta’ awtentikazzjoni

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Reġistru ċentrali

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 (*1)Integrazzjoni mal-RIM tal-Istati Membri (13)

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CAS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Stabbiliment ta’ nodi ċentrali

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 (*1)Integrazzjoni u ttestjar tal-Istati Membri

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

Bażi tad-Data dwar il-Vapuri tal-EMSWe (ESD)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sett tad-data ta’ referenza u SIG

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żvilupp tal-bażi tad-data ċentrali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 (*1)Integrazzjoni mas-sistemi tal-Istati Membri

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

Testijiet ta’ kummissjonar

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Bażi ta’ Data Komuni ta’ Lokalizzazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sett tad-data ta’ referenza u SIG

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żvilupp tal-bażi tad-data ċentrali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 (*1)Integrazzjoni mas-sistemi tal-Istati Membri

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

Testijiet ta’ kummissjonar

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Bażi ta’Data Komuni dwar il-Hazmat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sett tad-data ta’ referenza u SIG

komplut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Żvilupp tal-bażi tad-data ċentrali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 (*1)Integrazzjoni mas-sistemi tal-Istati Membri

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

Testijiet ta’ kummissjonar

 

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

6.   Applikazzjoni tar-Regolament

Il-ħidma tal-Kummissjoni mxiet ’il quddiem fi qbil mal-aġġornament tal-2023 għall-pjan ta’ implimentazzjoni pluriennali  (14), b’mod partikolari fi tliet oqsma: (i) l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-RIM u tal-URAM; (ii) ir-rilaxx tal-verżjoni 3.0 tal-RIM; u (iii) id-disponibbiltà tas-servizzi tal-URAM, li jippermettu l-bidu tal-implimentazzjoni nazzjonali.

Min-naħa tal-Kummissjoni, l-ittestjar tal-komponenti komuni u tas-servizzi ċentrali (għajr għalissa l-Bażi tad-Data Komuni tal-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Vapuri u s-CAS) mas-sistemi tal-Istati Membri huwa disponibbli mit-tieni nofs tal-2024, u se jitwettaq skont id-disponibbiltà u l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri.

Min-naħa tal-Istati Membri, filwaqt li xi Stati Membri bdew gradwalment l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom, oħrajn qed javvanzaw aktar bil-mod milli kien ippjanat oriġinarjament, meta jitqies ukoll id-dewmien deskritt hawn fuq. Huwa mistenni li l-implimentazzjoni mhux se tkun sinkronizzata bejn l-Istati Membri u se ssir b’mod indikattiv fuq perjodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mid-data tal-applikazzjoni fir-Regolament dwar l-EMSWe stabbilit fil-15 ta’ Awwissu 2025. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tar-Regolament bl-użu ta’ stħarriġ u kollaborazzjoni mill-qrib mal-Koordinaturi Nazzjonali. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll lill-Istati Membri fil-livell tekniku u kummerċjali biex tiżgura li l-komponenti komuni u s-servizzi ċentrali fl-MNSWs kollha jiġu integrati u ttestjati b’mod korrett u fil-pront.


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64.

(2)   ĠU C 299, 27.7.2021, p. 3.

(3)   ĠU C, C/2023/100, 6.10.2023.

(4)   ĠU L 33, 3.2.2023, p. 24.

(5)   ĠU L 33, 3.2.2023, p. 1.

(6)  Il-mudelli tal-ispreadsheets imsemmija fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/204 qed jiġu żviluppati mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u se jkunu disponibbli b’mod indikattiv sat-tielet trimestru tal-2024.

(7)   ĠU L, 2023/2790, 18.12.2023.

(8)  Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment is-sett tad-data tal-EMSWe skont l-Artikolu 3(3) bl-assistenza teknika tal-EMSA.

(9)  L-EMSA se twettaq studju tal-fattibbiltà biex tidentifika l-elementi tad-data għall-użu mill-ġdid possibbli, filwaqt li tqis kwalunkwe limitazzjoni u kundizzjoni imposta mil-leġiżlazzjoni sottostanti u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u kummerċjalment sensittiva. Ladarba din id-data tkun ġiet definita, SafeSeaNet, il-mekkaniżmi u l-interfaċċi tagħha għall-iskambju tad-data, (inklużi l-miżuri ta’ sigurtà u d-dokumentazzjoni meħtieġa) kollha jistgħu jkunu jeħtieġu li jiġu aġġornati biex jippermettu l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni usa’ tad-data bejn l-MNSWs.

(10)   ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

(11)   http://emswe-db-sig.emsa.europa.eu/.

(*1)  L-integrazzjoni u l-attivitajiet tal-ittestjar tal-konformità tal-komponenti komuni u tas-servizzi ċentrali jiddependu mid-disponibbiltà u l-ippjanar nazzjonali ta’ kull Stat Membru.

(12)  RIM żviluppat f’konformità sħiħa mal-ispeċifikazzjonijiet tal-RIM.

(13)  Is-servizzi ċentrali tal-URAM se jkunu disponibbli biss fl-ittestjar għall-aċċettazzjoni matul l-integrazzjoni mal-RIM tal-Istati Membri. Wara l-ittestjar, is-servizzi tal-URAM se jkunu disponibbli fis-sistema tal-produzzjoni.

(14)   ĠU C, C/2023/100, 6.10.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6300/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)