15.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1272

tal-14 ta' Lulju 2017

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2017 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament għall-2017 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu kkunsidrati kwalunkwe żidiet applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni.

(2)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament għall-2017 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(3)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament għas-sena 2017 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ notifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2017, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta' dak ir-Regolament għall-2017 għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta' dak ir-Regolament għall-2017 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Fir-rigward tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta' dak ir-Regolament għall-2017 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament u ma jridux ikunu iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II.

(7)

Meta l-ammont totali tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ applikat fl-2017 fi Stat Membru jkun jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru b'konformità mal-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru.

(8)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2017, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta' dak ir-Regolament għall-2017 abbażi tal-persentaġġ notifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Fir-rigward tas-sena 2017, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2017. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2017 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-pagamenti ta' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

7.   L-ammonti massimi għall-2017 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

8.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2017 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

I.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Belġju

222 198

Id-Danimarka

553 021

Il-Ġermanja

3 022 776

L-Irlanda

826 181

Il-Greċja

1 129 245

Spanja

2 826 613

Franza

3 185 167

Il-Kroazja

108 746

L-Italja

2 245 528

Il-Lussemburgu

22 779

Malta

648

In-Netherlands

504 278

L-Awstrija

470 393

Il-Portugall

274 189

Is-Slovenja

73 619

Il-Finlandja

262 269

L-Iżvezja

401 863

Ir-Renju Unit

2 112 701

II.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Bulgarija

379 042

Ir-Repubblika Ċeka

462 074

L-Estonja

80 043

Ċipru

30 396

Il-Latvja

123 537

Il-Litwanja

180 990

L-Ungerija

733 351

Il-Polonja

1 559 217

Ir-Rumanija

919 141

Is-Slovakkja

252 841

III.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Belġju

47 460

Il-Bulgarija

55 922

Il-Ġermanja

339 366

Franza

723 902

Il-Kroazja

24 113

Il-Litwanja

70 061

Il-Polonja

289 802

Il-Portugall

16 298

Ir-Rumanija

97 072

Ir-Renju Unit

48 599

IV.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Belġju

150 629

Il-Bulgarija

237 968

Ir-Repubblika Ċeka

252 960

Id-Danimarka

250 437

Il-Ġermanja

1 454 424

L-Estonja

37 111

L-Irlanda

363 570

Il-Greċja

562 899

Spanja

1 460 000

Franza

2 171 705

Il-Kroazja

72 338

L-Italja

1 139 862

Ċipru

14 900

Il-Latvja

69 129

Il-Litwanja

140 121

Il-Lussemburgu

10 046

L-Ungerija

402 940

Malta

1 573

In-Netherlands

217 309

L-Awstrija

207 526

Il-Polonja

1 023 556

Il-Portugall

174 617

Ir-Rumanija

540 401

Is-Slovenja

40 801

Is-Slovakkja

133 391

Il-Finlandja

157 048

L-Iżvezja

209 303

Ir-Renju Unit

955 896

V.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Id-Danimarka

2 857

Is-Slovenja

2 149

VI.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Belġju

8 367

Il-Bulgarija

1 310

Ir-Repubblika Ċeka

1 686

Id-Danimarka

4 341

Il-Ġermanja

48 481

L-Estonja

408

L-Irlanda

24 238

Il-Greċja

37 527

Spanja

97 333

Franza

72 390

Il-Kroazja

4 823

L-Italja

37 995

Ċipru

397

Il-Latvja

3 200

Il-Litwanja

5 838

Il-Lussemburgu

502

L-Ungerija

5 373

Malta

21

In-Netherlands

14 487

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

34 119

Il-Portugall

11 641

Ir-Rumanija

18 013

Is-Slovenja

2 040

Is-Slovakkja

604

Il-Finlandja

5 235

L-Iżvezja

10 465

Ir-Renju Unit

16 308

VII.   L-ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Belġju

10 042

Il-Bulgarija

15 865

Ir-Repubblika Ċeka

16 864

Id-Danimarka

16 696

Il-Ġermanja

96 962

L-Estonja

2 474

L-Irlanda

24 238

Il-Greċja

37 527

Spanja

97 333

Franza

144 780

Il-Kroazja

4 823

L-Italja

75 991

Ċipru

993

Il-Latvja

4 609

Il-Litwanja

9 341

Il-Lussemburgu

670

L-Ungerija

26 863

Malta

105

In-Netherlands

14 487

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

68 237

Il-Portugall

11 641

Ir-Rumanija

36 027

Is-Slovenja

2 720

Is-Slovakkja

8 893

Il-Finlandja

10 470

L-Iżvezja

13 954

Ir-Renju Unit

63 726

VIII.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2017

Il-Belġju

83 985

Il-Bulgarija

118 984

Ir-Repubblika Ċeka

126 480

Id-Danimarka

24 135

L-Estonja

6 142

L-Irlanda

3 000

Il-Greċja

186 061

Spanja

584 919

Franza

1 085 853

Il-Kroazja

36 169

L-Italja

455 945

Ċipru

3 973

Il-Latvja

34 565

Il-Litwanja

70 060

Il-Lussemburgu

160

L-Ungerija

201 470

Malta

3 000

In-Netherlands

3 500

L-Awstrija

14 527

Il-Polonja

505 160

Il-Portugall

117 535

Ir-Rumanija

226 708

Is-Slovenja

17 680

Is-Slovakkja

57 800

Il-Finlandja

102 605

L-Iżvezja

90 698

Ir-Renju Unit

52 815