European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/2559

5.5.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/2559)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Bœuf de Bazas”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-0344-AM01 — 11.2.2026

1.   Isem il-prodott

“Bœuf de Bazas”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DPO

☑

IĠP

☐

IĠ

3.   Settur

☑

Prodotti agrikoli

☐

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Settur Agroalimentari u s-Sovranità tal-Ikel.

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP “Boeuf de Bazas” ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)

tinkludi bidla fl-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

(b)

tissogra li tħassar ir-rabta mal-ambjent ġeografiku;

(c)

tinvolvi restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li t-talba hija għal emenda “standard”.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titlu

Awtorità kompetenti fl-Istat Membru

Deskrizzjoni

L-intestatura “Servizz kompetenti tal-Istat Membru” ġiet miżjuda flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali tal-Kwalità u tal-Oriġini (INAO, institut national de la qualité et de l’origine) bħala servizz kompetenti tal-Istat Membru.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Grupp applikant

Deskrizzjoni

L-intestatura “Grupp applikant” ġiet emendata biex tkun limitata għad-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp u l-kompożizzjoni tiegħu.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Klassi tal-prodott

Deskrizzjoni

Il-klassi tal-prodott tħassret mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ġiet sostitwita fid-Dokument Uniku bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Definizzjoni taż-żona ġeografika

Deskrizzjoni

Fl-intestatura “Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika” ġiet emendata d-deskrizzjoni iżda ż-żona ġeografika ma ġietx emendata. Il-listi tal-muniċipalitajiet imsemmija oriġinarjament ġew sostitwiti bil-lista tal-muniċipalitajiet korrispondenti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Ir-rekwiżit tal-iskarnar fiż-żona tħassar.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Elementi li juru li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika

Deskrizzjoni

Ġie miżjud ir-rekwiżit li kull operatur involut fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Bœuf de Bazas” irid jiġi identifikat mal-grupp bil-ħsieb li jiġi awtorizzat. Dan l-obbligu jissostitwixxi l-obbligu kuntrattwali eżistenti.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Ġbir – trasport

Deskrizzjoni

Għal raġunijiet ta’ benesseri tal-annimali, limitazzjoni tal-istress u monitoraġġ tal-karkassi, il-ħin tat-trasport ġie limitat.

Il-ħin massimu bejn il-farm u l-biċċerija huwa ta’ 4 sigħat.

Fil-każ ta’ passaġġ minn ċentru ta’ raggruppament f’lottijiet:

—

il-ħin massimu tat-trasport bejn il-farm u ċ-ċentru ta’ raggruppament f’lottijiet huwa ta’ 4 sigħat.

—

Il-ħin massimu tat-trasport bejn iċ-ċentru ta’ raggruppament f’lottijiet u l-biċċerija huwa ta’ 4 sigħat.

Il-perjodu massimu bejn it-tneħħija tal-annimali mill-azjenda jew miċ-ċentru ta’ raggruppament f’lottijiet u l-iskarnar tagħhom huwa ta’ jum.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Rabta

Deskrizzjoni

L-intestatura tar-rabta tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet organizzata mill-ġdid skont is-sottointestaturi li ġejjin: speċifiċità taż-żona, speċifiċità tal-prodott, rabta kawżali

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Korp ta’ spezzjoni

Deskrizzjoni

L-intestatura “Korp ta’ spezzjoni”, skont l-istruzzjonijiet fis-seħħ fil-livell nazzjonali għall-armonizzazzjoni tal-abbozzar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, hija emendata biex tkun limitata għall-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (l-INAO u d-DGCCRF, Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes).

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fl-INAO.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Tikkettar

Deskrizzjoni

Id-dispożizzjonijiet eżistenti ġew issupplimentati bl-obbligu li jiġu inklużi fl-istess kamp viżiv:

—

L-isem reġistrat tal-prodott: “Bœuf de Bazas”

—

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

Titlu

Rekwiżiti nazzjonali

Deskrizzjoni

L-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” hija emendata skont il-bidliet fil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti nazzjonali. L-intestatura hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella tal-punti ewlenin li jridu jiġu vverifikati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli

“Bœuf de Bazas”

Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-0344-AM01 — 11.2.2026

1.   Isem/Ismijiet

“Bœuf de Bazas”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DPO

☑

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Franza

4.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu

4.1.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

02 – LAĦAM U ĠEWWIENI TAL-LAĦAM LI JITTIEKEL

4.2.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat

Annimal tar-razza Bazadaise, Blonde d'Aquitaine jew prodott tat-taħlita ta’ dawn iż-żewġ razez.

Laħam frisk: karkassa, nofs karkassa, kwart, imqatta’.

L-età tal-annimali meta jinqatlu:

—

Erieħ: minimu 30 xahar — massimu 48 xahar

—

Baqar: minimu 36 xahar — massimu 108 xhur

—

Barrin ħosien: minimu 36 xahar — massimu 60 xhur

Karatteristiċi tal-karkassi:

—

Piż minimu:

—

300 kg għall-erieħ u għall-baqar,

—

380 kg għall-barrin ħosien.

—

Konformità E, U, R

—

Stat tat-tismin 3 u 4

—

L-ebda tneħħija tax-xaħam estern għall-karkassi li waslu fl-istat tat-tismin ta’ 3, tneħħija tax-xaħam estern parzjali għal dawk li waslu fl-istat tat-tismin ta’ 4.

—

Kulur tal-laħam: aħmar jgħajjat.

4.3.   Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali deżinjati b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati deżinjati b’Indikazzjoni Ġeografika Protetta biss)

—

4.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-annimali jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu fiż-żona ġeografika tal-IĠP “Bœuf de Bazas”.

4.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

—

4.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Minbarra d-dettalji obbligatorji previsti fil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar irid ikun fih fl-istess parti viżiva:

—

L-isem reġistrat tal-prodott: “Bœuf de Bazas”

—

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea

It-tikkettar jinkludi taqsima ta’ informazzjoni maħsuba biex tinforma lill-konsumatur dwar il-karatteristiċi tal-prodott:

—

it-tip ta’ annimal

—

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-annimal,

—

eventwalment in-numru ta’ identifikazzjoni tal-karkassa (in-numru tal-iskarnar)

—

id-data tat-twelid

—

ir-razza

—

l-isem u l-indirizz tal-farm tal-produttur

—

id-data tal-iskarnar

—

il-piż tal-karkassa

—

il-klassifikazzjoni

—

isem id-destinatarju

Dan iċ-ċertifikat jakkumpanja l-karkassa, in-nofs karkassa jew il-kwart sad-data tal-bejgħ lill-konsumatur,

4.7.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika

L-annimali jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu fiż-żona ġeografika tal-IĠP “Bœuf de Bazas”, li l-perimetru tagħha jkopri t-territorju tad-dipartiment ta’ Gironde u t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali (COG, Code Officiel Géographique) għall-2025:

Gers:

Il-muniċipalitajiet kollha ta’:

Arblade-le-Bas, Arblade-le-Haut, Aurensan, Ayzieu, Barcelonne-du-Gers, Bascous, Bernède, Bétous, Bourrouillan, Bretagne-d'Armagnac, Campagne-d'Armagnac, Castex-d'Armagnac, Caumont, Caupenne-d'Armagnac, Cazaubon, Corneillan, Courrensan, Cravencères, Dému, Eauze, Espas, Estang, Gée-Rivière, Labarthète, Lannemaignan, Lannepax, Lanne-Soubiran, Lannux, Larée, Laujuzan, Le Houga, Lelin-Lapujolle, Lias-d'Armagnac, Loubédat, Luppé- Violles, Magnan, Manciet, Marguestau, Mauléon-d'Armagnac, Maulichères, MaumussonLaguian, Maupas, Monclar, Monguilhem, Monlezun-d'Armagnac, Mormès, Mourède, Nogaro, Noulens, Panjas, Perchède, Projan, Ramouzens, Réans, Sainte-Christie-d'Armagnac, Saint-Germé, Saint-Griède, Saint-Martin-d'Armagnac, Saint-Mont, Salles-d'Armagnac, Séailles, Ségos, Sion, Sorbets, Tarsac, Toujouse, Urgosse, Vergoignan, Verlus, Viella.

Muniċipalitajiet parzjalment inklużi:

Riscle (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju ta’ dik il-muniċipalità biss kif definit qabel il-fużjoni tagħha mal-muniċipalità ta’ Cannet fl-1 ta’ Jannar 2019).

Landes

Aire-sur-l'Adour, Arboucave, Arengosse, Argelouse, Artassenx, Arthez-d'Armagnac, Arue, Arx, Audon, Aureilhan, Bahus-Soubiran, Bascons, Bats, Baudignan, Bégaar, Belhade, Bélis, Benquet, Betbezer-d'Armagnac, Beylongue, Bias, Biscarrosse, Bordères-et-Lamensans, Bostens, Bougue, Bourdalat, Bourriot-Bergonce, Bretagne-de-Marsan, Brocas, Buanes, Cachen, Callen, Campagne, Campet-et-Lamolère, Canenx-et-Réaut, Carcarès-Sainte-Croix, Carcen-Ponson, Castandet, Castelnau-Tursan, Cazères-sur-l'Adour, Cère, Classun, Clèdes, Commensacq, Créon-d'Armagnac, Duhort-Bachen, Escalans, Escource, Estigarde, Eugénieles-Bains, Le Frêche, Gabarret, Gaillères, Garein, Gastes, Geaune, Geloux, Gouts, Grenadesur-l'Adour, Haut-Mauco, Herré, Hontanx, Labastide-d'Armagnac, Labouheyre, Labrit, Lacajunte, Lacquy, Laglorieuse, Lagrange, Laluque, Lamothe, Larrivière-Saint-Savin, Latrille, Lauret, Lencouacq, Lesgor, Lesperon, Le Leuy, Liposthey, Losse, Lubbon, Lucbardez-et-Bargues, Lüe, Luglon, Lussagnet, Luxey, Maillas, Maillères, Mano, Mauries, Maurrin, Mauvezin-d'Armagnac, Mazerolles, Meilhan, Mézos, Mimizan, Miramont-Sensacq, Mont-de-Marsan, Montégut, Morcenx-la-Nouvelle, Moustey, Onesse-Laharie, Ousse-Suzan, Parentis-en-Born, Parleboscq, Payros-Cazautets, Pécorade, Perquie, Philondenx, Pimbo, Pissos, Pontenx-les-Forges, Pontonx-sur-l'Adour, Pouydesseaux, Pujo-le-Plan, Puyol-Cazalet, Renung, Retjons, Rimbez-et-Baudiets, Rion-des-Landes, Roquefort, Sabres, Saint-Agnet, Saint-Avit, Saint-Cricq-Villeneuve, Sainte-Eulalie-en-Born, Sainte-Foy, Saint-Gein, SaintGor, Saint-Julien-d'Armagnac, Saint-Justin, Saint-Loubouer, Saint-Martin-d'Oney, SaintMaurice-sur-Adour, Saint-Paul-en-Born, Saint-Perdon, Saint-Pierre-du-Mont, Saint-Yaguen, Samadet, Sanguinet, Sarbazan, Sarron, Saugnac-et-Muret, Le Sen, Solférino, Sorbets, Sore, Souprosse, Tartas, Trensacq, Uchacq-et-Parentis, Urgons, Vert, Vielle-Soubiran, VielleTursan, Le Vignau, Villenave, Villeneuve-de-Marsan, Ychoux, Ygos-Saint-Saturnin.

Lot-et-Garonne

Agmé, Allons, Antagnac, Anzex, Argenton, Auriac-sur-Dropt, Baleyssagues, Beaupuy, Beauziac, Birac-sur-Trec, Bouglon, Boussès, Cambes, Casteljaloux, Castelnau-sur-Gupie, Caubon-Saint-Sauveur, Cocumont, Couthures-sur-Garonne, Durance, Duras, Escassefort, Esclottes, Fauguerolles, Gaujac, Gontaud-de-Nogaret, Grézet-Cavagnan, Guérin, Hautesvignes, Houeillès, Jusix, Labastide-Castel-Amouroux, Lachapelle, Lagupie, Lannes, Lévignac-de-Guyenne, Leyritz-Moncassin, Longueville, Loubès-Bernac, Marcellus, Marmande, Mauvezin-sur-Gupie, Meilhan-sur-Garonne, Mézin, Monteton, MontignacToupinerie, Montpouillan, Moustier, Pardaillan, Pindères, Pompogne, Poudenas, Poussignac, Puymiclan, Réaup-Lisse, La Réunion, Romestaing, Ruffiac, Saint-Astier, Saint-Avit, SaintBarthélemy-d'Agenais, Sainte-Bazeille, Sainte-Colombe-de-Duras, Sainte-Gemme-Martaillac, Saint-Géraud, Saint-Jean-de-Duras, Saint-Martin-Curton, Saint-Martin-Petit, Sainte-Maurede-Peyriac, Saint-Pardoux-du-Breuil, Saint-Pé-Saint-Simon, Saint-Pierre-sur-Dropt, SaintSauveur-de-Meilhan, Saint-Sernin, Sauméjan, La Sauvetat-du-Dropt, Savignac-de-Duras, Seyches, Sos, Soumensac, Taillebourg, Villefranche-du-Queyran, Villeneuve-de-Duras, Virazeil.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq

☑

reputazzjoni

☐

kwalità determinata

☑

karatteristiċi oħra

Sommarju tar-rabta

Karatteristika partikolari

il-klima oċeanika taż-żona (xtiewi moderati, xita frekwenti matul is-sena, abbundanza ta’ xemx) tippermetti l-isfruttament tal-ħxejjex tal-mergħat naturali jew temporanji u li l-annimali jitħallew jirgħu għal iktar minn nofs is-sena.

Ir-razez li jinżammu għall-produzzjoni tal-“Bœuf de Bazas” tradizzjonalment kienu jintużaw f’din iż-żona, għaliex ir-razza Bazadaise u la Blonde d'Aquitaine huma razez lokali.

Ir-reputazzjoni:

L-isem “Bœuf de Bazas” imur lura għas-seklu XIII u huwa marbut mal-aħjar razez għall-produzzjoni tal-laħam lokali fir-reġjun tal-belt ta’ Bazas.

Ir-reputazzjoni tal-Bœuf de Bazas kompliet tinfirex wara s-seklu XIII minħabba l-isfilata tradizzjonali tal-Bœufs de Bazas nhar il-Ħamis tal-Karnival: “La fête des Bœufs gras” jew il-festa tal-barrin ħosien tas-simna. Din il-festa baqgħet tiġi ċċelebrata saħansitra fiż-żminijiet meta l-eżistenza tagħha kienet qed tiġi mhedda (Ancien Régime). Il-barrin ħosien li kienu jintużaw għax-xogħol fl-għelieqi mbagħad kienu jissemnu u jinbiegħu l-iktar fis-suq tal-belt ta’ Bazas.

Ir-reputazzjoni tal-Bœuf de Bazas baqgħet ma ntmissitx:

Fil-livell lokali:

—

il-festa tal-barrin ħosien tas-simna f’Bazas fi żmien il-karnival kull sena tattira ħafna nies u matul dan il-perjodu l-ħwienet tal-laħam impenjati fl-inizjattiva “Bœuf de Bazas” ikollhom żieda ta’ 30 % fil-kummerċ tagħhom. Din il-festa hija bbażata fuq l-ispeċifiċità u r-reputazzjoni tal-prodott u min-naħa l-oħra, tgħin biex ir-reputazzjoni tal-Bœuf de Bazas tinżamm intatta tul iż-żminijiet,

—

bl-istess mod, muniċipalitajiet oħra fiż-żona IĠP żviluppaw manifestazzjonijiet ta’ dan it-tip.

Fil-livell nazzjonali:

—

Ir-reputazzjoni tmur ferm lil hinn mill-isfera lokali. Jistgħu jissemmew xi eżempji reċenti: — l-artiklu ppubblikat fil-Figaro fis-16 ta’ Frar 2003 u intitolat “le bœuf gras fait son carnaval” (il-karnival tal-barrin ħosien tas-simna),

—

ir-riċetta tal-“croustillant de queue de bœuf de Bazas au foie gras de canard poêlé des landes”, ippreżentata matul il-programm “les escapades de Petitrenaud” li xxandar fuq France 5.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-fd25424d-9c35-4c2a-8c08-f67d97b3e597


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2559/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)