|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3793 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0368
L-introduzzjoni gradwali tal-Eudamed, l-obbligu ta’ informazzjoni f’każ ta’ interruzzjoni tal-provvista u d-dispożizzjonijiet tranżitorji għal ċerti apparati mediċi dijanjostiċi in vitro
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/745 u (UE) 2017/746 fir-rigward tal-introduzzjoni gradwali tal-Eudamed, l-obbligu ta’ informazzjoni f’każ ta’ interruzzjoni tal-provvista u d-dispożizzjonijiet tranżitorji għal ċerti apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (COM(2024)0043 – C9-0010/2024 – 2024/0021(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3793)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2024)0043), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4), il-punt (c), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0010/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2024 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta’ Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali
P9_TC1-COD(2024)0021
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-25 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/745 u (UE) 2017/746 fir-rigward tal-introduzzjoni gradwali tal-Eudamed, tal-obbligu ta’ informazzjoni f’każ ta’ interruzzjoni jew waqfien tal-provvista, u ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji għal ċerti apparati mediċi dijanjostiċi in vitro
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1860.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3793/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)