31994R2813



Official Journal L 298 , 19/11/1994 P. 0024 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0009
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2813/94

tat-18 ta' Novembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2837/93 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward tal-manteniment ta' l-orijiet taż-żebbuġ f'żoni tradizzjonali tat-tkabbir taż-żebbuġ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer ta' l-Iġew iż-żgħar li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 822/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2837/93 tat-18 ta' Ottubru 1993 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3499/93 [4], jipprovdi għal densita minima tas-siġar taż-żebbuġ fiż-żoni li jikkwalifikaw għall-għajnuna;

Billi l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-iskema ta' l-għajnuna turi li din id-dispożizzjoni ma laħqetx l-għan li teskludi mill-għajnuna ż-żoni li m'għandhomx ikunu konsidrati bħala vera ġonna taż-żebbuġ minħabba d-densità baxxa tas-siġar tagħhom; billi, bħala konsegwenza, dispożizzjoni għandha ssir għal minimu ta' densità għas-siġar iktar għoli u għal mod ta' kif dan għandu jiġi kkalkulat;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2837/93 hu hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"(a) b'densità minima ta' 80 siġra kull ettaru. Id-densità għandha tkun ikkalkolata fir-rigward ta' kull medda ta' art li fiha s-siġar taż-żebbuġ;"

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Novembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1.

[2] ĠU L 95, ta' l-14.4.1994, p. 1.

[3] ĠU L 260, tad-19.10.1993, p. 5.

[4] ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 22.

--------------------------------------------------