European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2749

8.11.2024

DIRETTIVA (UE) 2024/2749 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE fir-rigward tal-proċeduri ta’ emerġenza għall-valutazzjoni tal-konformità, tal-preżunzjoni tal-konformità, tal-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet komuni u tas-sorveljanza tas-suq minħabba emerġenza fis-suq intern

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli bil-għan li jiżgura li, matul xi kriżi, il-funzjonament normali tas-suq intern, inkluż il-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi u persuni u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżi u ta’ oġġetti u servizzi ta’ importanza kritika għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi. Dak ir-Regolament japplika kemm għall-oġġetti kif ukoll għas-servizzi.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2024/2747 jistabbilixxi miżuri, li jridu jiġu implimentati b’mod koerenti, trasparenti, effiċjenti, proporzjonat u f’waqtu, sabiex jiġi evitat, mitigat u minimizzat l-impatt ta’ kriżi fuq il-funzjonament tas-suq intern.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2024/2747 jistabbilixxi mekkaniżmu b’diversi saffi li jikkonsisti minn ippjanar ta’ kontinġenza, modalitajiet ta’ viġilanza u ta’ emerġenza tas-suq intern.

(4)

Sabiex tiġi kkomplementata, żgurata l-konsistenza u tkompli tissaħħaħ l-effettività tal-qafas stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/2747, jixraq li jiġi żgurat li l-oġġetti rilevanti għall-kriżi msemmija f’dak ir-Regolament ikunu jistgħu jitqiegħdu malajr fis-suq intern sabiex jikkontribwixxu għall-indirizzar u l-mitigazzjoni ta’ tfixkil ta’ dak is-suq.

(5)

Numru ta’ atti legali settorjali tal-Unjoni jistabbilixxu regoli armonizzati dwar id-disinn, il-manifattura, il-valutazzjoni tal-konformità u t-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti. Dawn l-atti legali jinkludu d-Direttivi 2000/14/KE (5), 2006/42/KE (6), 2010/35/UE (7), 2014/29/UE (8), 2014/30/UE (9), 2014/33/UE (10), 2014/34/UE (11), 2014/35/UE (12), 2014/53/UE (13) u 2014/68/UE (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttivi emendati”). Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira ta’ dawk l-atti legali huma msejsa fuq il-prinċipji tal-approċċ il-ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u huma allinjati wkoll mad-dispożizzjonijiet ta’ referenza stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(6)

La d-dispożizzjonijiet ta’ referenza stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, u lanqas id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni ma jipprevedu proċeduri mfassla biex jiġu applikati fi kriżi. Għaldaqstant, jixraq li jiġu introdotti aġġustamenti mmirati għal dawk id-Direttivi, biex ikun jista’ jkun hemm rispons għall-impatti tal-kriżijiet li jaffettwaw il-prodotti li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2747 u koperti minn dawk id-Direttivi emendati.

(7)

L-esperjenza mill-kriżijiet tal-passat li affettwaw is-suq intern uriet li l-proċeduri stabbiliti fl-atti legali settorjali mhumiex imfassla biex jaqdu l-ħtiġijiet tax-xenarji ta’ rispons għall-kriżijiet u ma joffrux il-flessibbiltà regolatorja neċessarja. Għalhekk jixraq li tiġi prevista bażi ġuridika għal tali proċeduri ta’ rispons għall-kriżijiet bħala komplement għall-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) 2024/2747.

(8)

Sabiex jingħelbu l-effetti potenzjali tat-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern fil-każ ta’ kriżi u sabiex jiġi żgurat li waqt modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, oġġetti rilevanti għall-kriżi armonizzati jistgħu jitqiegħdu fis-suq malajr, jixraq li jiġi previst rekwiżit għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jipprijoritizzaw l-applikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità għal tali oġġetti fuq kwalunkwe applikazzjoni pendenti li tikkonċerna l-prodotti li ma jkunux ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi. Fil-kuntest ta’ tali prijoritizzazzjoni, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li ma jitħalliex jimponi kostijiet addizzjonali sproporzjonati fuq il-manifattur. Il-kostijiet addizzjonali kollha imposti minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità fuq il-manifattur jenħtieġ li jkunu strettament proporzjonati mal-isforzi addizzjonali veri implimentati mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità biex jimplimenta l-prijoritizzazzjoni u jenħtieġ li jiġu imposti biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. It-trasferiment ta’ ċerti kostijiet addizzjonali u proporzjonati mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità fuq il-manifatturi jenħtieġ li jibqgħu eċċezzjonali u jirriflettu tqassim tal-kostijiet fost il-partijiet ikkonċernati kollha nvoluti fl-isforzi biex jitrażżan it-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern. Il-kostijiet assoċjati ma’ valutazzjoni tal-konformità jenħtieġ li ma jsirux ostaklu għat-tqegħid fis-suq ta’ manifatturi ġodda, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji, u jenħtieġ li ma jirrestrinġux il-wasla ta’ prodotti innovattivi. Barra minn dan, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont id-Direttivi emendati jenħtieġ jagħmlu l-almu tagħhom biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għall-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi li jkunu ġew notifikati dwaru.

(9)

Jenħtieġ li l-proċeduri ta’ emerġenza jiġu stabbiliti fid-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u, 2014/68/UE. Dawk il-proċeduri jenħtieġ li jsiru applikabbli biss wara l-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza fis-suq intern, u biss meta oġġett speċifiku kopert minn dawk id-Direttivi jiġi ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/2747 u l-Kummissjoni adottat att ta’ implimentazzjoni li jattiva dawk il-proċeduri f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(10)

Barra minn hekk, f’każijiet fejn pereżempju, it-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern jista’ jaffettwa lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jew f’każijiet fejn il-kapaċitajiet tal-ittestjar għal dawn il-prodotti deżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi ma jkunux biżżejjed, jixraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jawtorizzaw b’mod eċċezzjonali u temporanju t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ma jkunux għaddew mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità tas-soltu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni settorjali rispettiva.

(11)

Fir-rigward tal-prodotti, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi, li ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu, fil-kuntest ta’ emerġenza fis-suq intern li tkun għaddejja, jidderogaw mill-obbligu li jwettqu dawk il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fid-Direttivi emendati, f’dawk il-każijiet fejn l-involviment ta’ korp notifikat ikun obbligatorju. F’dawk il-każijiet jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, u, kif applikabbli, għat-tqegħid fis-servizz, għal dawk il-prodotti, dment li l-konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali u applikabbli kollha tkun żgurata. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti tkun tista’ tintwera b’diversi mezzi, li jistgħu jinkludu l-ittestjar li jwettqu l-awtoritajiet nazzjonali tal-kampjuni pprovduti mill-manifattur li jkun applika għal awtorizzazzjoni. Il-proċeduri speċifiċi li ġew segwiti biex tintwera l-konformità u r-riżultati tagħhom jenħtieġ li jiġu deskritti b’mod ċar fl-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

(12)

Ladarba r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza armonizzati bid-Direttivi emendati se jibqgħu applikabbli u ladarba jenħtieġ li jkun possibbli għal awtorità kompetenti nazzjonali li toħroġ awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu l-prodotti fis-suq mingħajr il-marka CE b’mod eċċezzjonali, temporanju u flimkien mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’dawk id-Direttivi, din id-Direttiva qed tkompli ttejjeb il-kundizzjoni għall-funzjonament tas-suq intern. Din id-Direttiva tieħu kont kemm tal-kuntest kostitwit mir-regoli armonizzati b’mod sħiħ li joħorġu mid-Direttivi eżistenti u r-regoli komplementarji li joħorġu mill-emendi li din id-Direttiva tagħmlilhom. Dawk l-emendi jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali li jirrikonoxxu l-awtorizzazzjonijiet maħruġa fi Stati Membri oħra u jirrikjedu li l-Kummissjoni testendi l-validità ta’ tali awtorizzazzjonijiet nazzjonali mit-territorju ta’ Stat Membru uniku sat-territorju tal-Unjoni, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dawk id-Direttivi emendati. Tali skema parallela ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali fi żminijiet ta’ kriżi eċċezzjonali, flimkien mal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-Unjoni, hija ġusitifikata u proporzjonata għall-kisba tal-objettiv leġittmu li jiġu protetti s-saħħa, il-ħajja u s-sikurezza tal-persuni. Minħabba li ma tipprovdix għal rikonoxximent reċiproku awtomatiku għal kull awtorizzazzjoni nazzjonali li tidderoga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità fi żminijiet ta’ kriżi, din id-Direttiva għandha l-mira li tevita kwalunkwe ċirkomvenzjoni jew imminar tal-proċedura għall-marka CE u b’dan għandha l-mira li żżomm il-kunfidenza tal-konsumatur fis-sikurezza tal-prodotti fis-suq tal-Unjoni li jkollhom il-marka CE. Għaldaqstant, dawk ir-regoli ġodda li jidderogaw, safejn jipprojbixxu t-twaħħil tal-marka CE mal-prodotti li ġew approvati biss fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li ma jaffettwawx il-leġizlazzjoni tal-prodotti armonizzata u l-kunfidenza tal-konsumatur fil-markatura CE, li tista’ titwaħħal biss fejn ir-regoli proċedurali u substantivi armonizzati kollha jkunu ġew rispettati. Peress li jipprovdu passaġġ parallel, addizzjonali biex l-oġġetti rilevanti għall-kriżi jitqiegħdu eċċezzjonalment fis-suq fil-kuntest ta’ emerġenza tas-suq intern, ir-regoli li jidderogaw jippermettu lill-manifatturi ġodda biex iqiegħdu b’mod rapidu l-prodotti tagħhom fis-suq mingħajr ma jistennew il-finalizzazzjoni tal-proċeduri normali ta’ valutazzjoni tal-konformità. Tali tqegħid aċċellerat u eċċezzjonali fis-suq jikkontribwixxi għaż-żieda rapida fil-provvista tal-oġġetti rilevanti għall-kriżi, u fl-istess ħin jiffaċilita xogħol il-manifatturi għax jippermettilhom iqiegħdu lottijiet inizjali jew serje ta’ prodotti fis-suq qabel it-tlestija tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Ladarba l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu tlestew b’suċċess, il-lottijiet jew serje ta’ prodotti sussegwenti jenħtieġ li jkunu konformi bis-sħiħ mar-regoli rilevanti applikabbli u għaldaqstant jibbenefikaw minn moviment liberu. Il-koeżistenza, waqt emerġenza tas-suq intern, ta’ sett ta’ regoli li jidderogaw b’mod eċċezzjonali flimkien mar-regoli normalment applikabbli tagħmilha possibbli biex issir it-tranżizzjoni għar-regoli normalment applikabbli, u dan jippermetti li l-manifatturi jkomplu jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq wara li tiskadi jew tiġi diżattivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

(13)

Meta l-Kummissjoni tkun estendiet il-validità ta’ awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru għat-territorju tal-Unjoni kollha permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti kkonċernati stabbiliti fih jenħtieġ li japplikaw biss għal dawk l-oġġetti li jitqiegħdu fis-suq wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni jista’ jipprovdi li l-benefiċċju tal-moviment liberu jingħata wkoll għall-oġġetti diġà mqiegħda fis-suq abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet preeżistenti. L-awtorizzazzjonijiet preeżistenti kollha maħruġa mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li jieqfu jipprovdu bażi ġuridika għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istess oġġetti, u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-azzjonijiet neċessarji b’dak il-għan. L-oġġetti diġà mqiegħda fis-suq abbażi ta’ awtorizzazzjoni adottata minn Stat Membru qabel l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jenħtieġ li ma jkunx hemm bżonn li jiġu irtirati jew jissejħu lura sakemm ma jkunx ġie identifikat tħassib speċifiku dwar is-sikurezza fir-rigward ta’ dawn l-oġġetti li jirriżulta fil-ħtieġa għal azzjonijiet restrittivi jew korrettivi li jittieħdu mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni ieħor.

(14)

Il-validità tal-awtorizzazzjonijiet kollha, maħruġa waqt il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern attiva f’konformità mal-proċeduri ta’ emerġenza stabbiliti b’din id-Direttiva, għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti deżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, jenħtieġ li awtomatikament jiskadu dakinhar tad-data tal-iskadenza jew tad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jinħarġu awtorizzazzjonijiet b’validità iqsar. Ladarba awtorizzazzjoni tiskadi, l-oġġetti rilevanti għall-kriżi jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiegħdu fis-suq abbażi ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Madankollu, l-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni jenħtieġ li ma tiskattax awtomatikament obbligu li jiġu rtirati jew imneħħija l-oġġetti li diġà jkunu tqiegħdu fis-suq abbażi ta’ dik l-awtorizzazzjoni. Fil-każijiet fejn it-tqegħid fis-suq ikun seħħ bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jew fejn ikun hemm biżżejjed raġunijiet biex wieħed jemmen li l-oġġetti koperti minn tali awtorizzazzjoni jippreżentaw riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq nazzjonali jenħtieġ li jkunu intitolati jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom f’konformità mad-Direttivi emendati u r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza settorjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi r-regoli għall-azzjonijiet ta’ segwitu li jridu jittieħdu u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti fir-rigward tal-oġġetti mqiegħda fis-suq f’konformità mal-proċeduri ta’ emerġenza settorjali rilevanti.

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni xierqa tal-informazzjoni u sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jirreaġixxu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jenħtieġ li jiġu infurmati immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-livell nazzjonali sabiex jiġu awtorizzati oġġetti rilevanti għall-kriżi. Is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) prevista fir-Regolament (UE) 2019/1020 diġà tipprovdi l-funzjonijiet neċessarji biex tiġi permessa n-notifikazzjoni rapida tad-deċiżjonijiet amministrattivi u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużawha għal dak l-iskop. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi kondiviża wkoll informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi kollha. Skont ir-Regolament (UE) 2019/1020, tali informazzjoni għandha tkun aċċessibbli fl-ICSMS irrispettivament minn jekk dawk l-azzjonijiet għandhomx jiġu nnotifikati fis-Safety Gate minħabba l-prodotti li jippreżentaw riskju serju. L-entrati doppji se jiġu evitati permezz ta’ interfaċċa tad-data bejn is-Safety Gate u l-ICSMS, li se tiġi miżmuma mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020.

(16)

L-awtorizzazzjonijiet kollha għat-tqegħid fis-suq tal-oġġetti rilevanti għall-kriżi maħruġa mill-Istati Membri jenħtieġ li jkun fihom tal-anqas ċerta informazzjoni li tappoġġja l-valutazzjoni li l-oġġetti kkonċernati huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli essenzjali u jenħtieġ li jkun fihom ċerti elementi li jiżguraw it-traċċabbiltà. L-elementi li jikkonċernaw it-traċċabbiltà jenħtieġ li jinkludu r-rekwiżiti speċifiċi rigward it-tikkettar, id-dokumenti ta’ akkumpanjament jew kwalunkwe mezz addizzjonali li jiżgura l-identifikazzjoni tal-oġġetti kkonċernati u jippermettulhom jiġu traċċati tul il-katina ta’ provvista. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u uniformi tar-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà fl-Unjoni kollha, l-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jestendu l-validità tal-awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru jenħtieġ li jispeċifikaw ukoll ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà komuni. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu arranġamenti speċifiċi rigward l-indikazzjoni li l-prodott ikkonċernat huwa “oġġett rilevanti għall-kriżi”. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, mal-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, kwalunkwe aġġustament neċessarju għar-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-oġġetti rilevanti għall-kriżi li diġà tqiegħdu fis-suq abbażi ta’ awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru.

(17)

Meta emerġenza fis-suq intern tinvolvi żieda esponenzjali fid-domanda għal ċerti prodotti u sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi tal-operaturi ekonomiċi biex jissodisfaw tali domanda, jixraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-għoti ta’ referenzi tekniċi li l-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw biex ifasslu u jipproduċu oġġetti rilevanti għall-kriżi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali applikabbli.

(18)

Għadd ta’ atti armonizzati settorjali tal-Unjoni jipprevedu l-possibbiltà għal manifattur li jibbenefika minn preżunzjoni ta’ konformità jekk il-prodott tiegħu jikkonforma ma’ standard armonizzat. Madankollu, f’każijiet fejn dawn l-istandards ma jeżistux jew il-konformità magħhom tista’ ssir eċċessivament diffiċli minħabba t-tfixkil ikkawżat mill-kriżi, jixraq li jiġu previsti mekkaniżmi alternattivi ta’ rispons għall-kriżi.

(19)

Fir-rigward tad-Direttivi 2006/42/KE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jippreżumu li l-prodotti manifatturati f’konformità mal-istandards Ewropej, l-istandards nazzjonali rilevanti u applikabbli tal-Istati Membri jew l-istandards internazzjonali rilevanti applikabbli żviluppati minn korp ta’ standardizzazzjoni internazzjonali rikonoxxut, identifikat mill-Kummissjoni bħala xieraq biex tintlaħaq il-konformità u li jiżgura livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak offrut mill-istandards armonizzati, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti applikabbli. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi tal-preżunzjoni tal-konformità stabbilita permezz tal-mekkaniżmu ta’ emerġenza stabbilit b’din id-Direttiva jenħtieġ li ma jkunux irtirati awtomatikament meta l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandards Ewropej jew l-istandards rilevanti applikabbli nazzjonali jew internazzjonali jieqaf japplika. F’każijiet fejn ikun hemm tħassib dwar il-konformità ta’ prodott armonizzat li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi u mqiegħed fis-suq waqt modalità ta’ emerġenza tas-suq intern abbażi ta’ preżunzjoni ta’ konformità stabbilita permezz ta’ tali att ta’ implimentazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri restrittivi u korrettivi neċessarji kollha fil-livell nazzjonali previsti taħt ir-Regolament (UE) 2019/1020 u taħt il-leġiżlazzjoni settorjali rispettiva. Wara li tali att ta’ implimentazzjoni jieqaf japplika, il-konformità mal-istandards Ewropej jew mal-istandards rilevanti applikabbli nazzjonali jew internazzjonali jenħtieġ li ma jibqgħux jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti u applikabbli.

(20)

Barra minn hekk, fir-rigward tad-Direttivi 2006/42/KE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni fuq liema l-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu sabiex jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli. L-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi tali speċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li jibqa’ applikabbli tul id-durata tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern. Il-prodotti mqiegħda fis-suq abbażi tal-preżunzjoni tal-konformità stabbilita bid-dimostrazzjoni tal-konformità ma’ dawk is-speċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li ma jkunux irtirati awtomatikament meta l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka dawn l-ispeċifikazzjonijiet komuni jieqaf japplika. F’każijiet fejn ikun hemm tħassib dwar il-konformità ta’ prodott iddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, u mqiegħed fis-suq waqt modalità ta’ emerġenza tas-suq intern abbażi ta’ preżunzjoni ta’ konformità stabbilita permezz tad-dimostrazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri restrittivi u korrettivi neċessarji kollha fil-livell nazzjonali previsti taħt ir-Regolament (UE) 2019/1020 u taħt il-leġiżlazzjoni settorjali rispettiva. Wara li tali att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet komuni jieqaf japplika, dimostrazzjoni tal-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jenħtieġ li ma tibqax tipprovdi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti u applikabbli.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-livell ta’ sikurezza pprovdut mill-prodotti armonizzati ma jiġix kompromess, huwa neċessarju li jiġu previsti regoli għal sorveljanza tas-suq imsaħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oġġetti ddeżinjati bħala rilevanti għall-kriżi u fosthom billi jippermettu kooperazzjoni aktar mill-qrib u appoġġ reċiproku fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(22)

F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi emendati, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dawk id-Direttivi, inkluż skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti b’din id-Direttiva, mill-operaturi ekonomiċi u l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk ir-regoli jiġu infurzati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż l-awtoritajiet ta’ notifika rispettivi.

(23)

F’konformità mal-prattika stabbilita tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta sistematikament lill-partijiet kkonċernati settorjali rilevanti fil-kuntest tat-tħejjija bikrija tal-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni kollha li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet komuni.

(24)

Għaldaqstant, id-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2010/35/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2000/14/KE

Id-Direttiva 2000/14/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(g)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(h)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 17a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 17b, 17c u 17d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tat-tagħmir kopert minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 17b, 17c u 17d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 17b, 17c u 17d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 17c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) u li tqiegħed fis-suq jew li tqiegħed fis-servizz f’konformità mal-Artikolu 17c. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 17b

Prijoritizzazzjoni ta’ valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir iddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għat-tagħmir elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 17a(1) li huwa soġġett għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 li jirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 17a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għal tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwaru.

Artikolu 17c

Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li tirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 14, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ tagħmir speċifiku msemmi fl-Artikolu 12 u elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 17a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent ta’ din id-Direttiva f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-tagħmir speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

It-tagħmir soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(3).

4.   Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi tat-tagħmir soġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li t-tagħmir ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti f’din id-Direttiva li jikkonċernaw l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċedurili permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tat-tagħmir ikkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tat-tagħmir ikkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-tagħmir ikkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz.

7.   B’deroga mill-Artikoli 6 u 11, it-tagħmir, li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollu l-marka CE u l-Artikolu 6 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, meta awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 14 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 17d

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għat-tagħmir elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 17a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu saru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, fosthom billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għat-tagħmir elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 17a(1).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”;"

(3)

l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2006/42/KE

Id-Direttiva 2006/42/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(n)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(o)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 21b

Applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 21c u 21h ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-makkinarju kopert minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 21c sa 21f ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għall-makkinarju li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 21c sa 21f ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 21d(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u t-traċċabbiltà fir-rigward tal-makkinarju li tqiegħed fis-suq jew li tqiegħed fis-servizz f’konformità mal-Artikoli 21d u 21e. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(3).

Artikolu 21c

Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-makkinarju ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-makkinarju elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 21b(1) li huwa soġġett għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 12 u li jirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ makkinarju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux tressqu qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 21b.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tal-makkinarju skont il-paragrafi 2 ma għandhiex tirriżultaf’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għal makkinarju msemmi fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwaru.

Artikolu 21d

Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li tirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 12, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fi ħdan it-territorju ta; dak l-Istat Membru, ta’ makkinarju speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 21b(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 12 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha dwar is-saħħa u sikurezza stabbiliti f’din id-Direttiva, f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-makkinarju speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġu adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(3).

Il-makkinarju soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(4).

4.   Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jkunx adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi tal-makkinarju soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-makkinarju kkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness I u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom il-makkinarju jista’ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tal-makkinarju kkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tal-makkinarju kkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-makkinarju kkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz.

7.   B’deroga mill-Artikoli 6 u 16, il-makkinarju li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollu l-marka CE u l-Artikolu 6 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru meta awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma jaffettwawx l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 12 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 21e

Preżunzjoni ta’ konformità bbażata fuq standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta l-makkinarju jkun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw l-istandards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dan il-makkinarju biex ikopru r-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) u ebda tali referenza mhi mistennija tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u r-referenzi diġà ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi għal standards Ewropej jew referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali applikabbli rilevanti jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali applikabbli rilevanti, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, il-makkinarju li jkun f’konformità mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandu jkun preżunt f’konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 21b(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-makkinarju kopert mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, il-makkinarju f’konformità ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness I wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. l-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 21f

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-makkinarju elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 21b(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu saru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul emerġenza fis-suq intern, fosthom billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-makkinarju elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 21b(1).

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1)."

(*6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”;"

(3)

fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2010/35/UE

Id-Direttiva 2010/35/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(27)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7);

(28)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*7)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu 5a

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 33a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 33b, 33c u 33d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr kopert minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 33b, 33c u 33d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għal apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 33b, 33c u 33d ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 33c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u t-traċċabbiltà fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li tqiegħed fis-suq f’konformità mal-Artikolu 33c. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38a(2).

Artikolu 33b

Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr iddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għal apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33a(1) li huwa soġġett għall-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 12 li jirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ entità notifikata.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux tressqu qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 33a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għal apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr imsemmi fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom ikunu ġew notifikati.

Artikolu 33c

Deroga mill-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-konformità li tirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ entità notifikata

1.   B’deroga mill-Artikolu 12, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata, minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr speċifiku, elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33a(1) u li għalih il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 12 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma twettqux iżda li għalih intweriet il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE u f’din id-Direttiva f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE u f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-apparat speċifiku ta’ pressjoni li jista’ jinġarr jista’ jitqiegħed fis-suq. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38a(2) ta’ din id-Direttiva.

L-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni immedjatament applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 38a(3).

4.   Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jiġix adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi u l-importaturi ta’ apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr soġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli kollha stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE u f’din id-Direttiva u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE u f’din id-Direttiva;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku rigward it-traċċabbiltà tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ikkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku rigward il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ikkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tal-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr ikkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq.

7.   B’deroga mill-Artikoli 14 u 16, l-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollu l-marka Pi u l-Artikolu 16 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, meta awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 18 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 33d

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu saru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, fosthom billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33a(1).

(*8)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”;"

(3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 38

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi stabbilit permezz tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/68/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar- Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(*9)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2014/29/UE

Id-Direttiva 2014/29/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(18)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10);

(19)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*10)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu 5a

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 38a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 38b sa 38e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tar-reċipjenti koperti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 38b sa 38e japplikaw biss għal reċipjenti li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 38b sa 38e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 38c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara d-diżattivazzjoni jew l-iskadenza tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u t-traċċabbiltà fir-rigward tar-reċipjenti li tqiegħdu fis-suq f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Artikolu 38b

Prijoritizzazzjoni ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ reċipjenti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għar-reċipjenti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) li huwa soġġett għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13 li jirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità ta’ reċipjenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux tressqu qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 38a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tar-reċipjenti skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’-kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għar-reċipjenti msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwaru.

Article 38c

Deroga mill-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 13, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ reċipjenti speċifiċi elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) u li għalihom il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 13 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma twettqux minn korp notifikat iżda li għalihom intweriet il-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali applikabbli kollha ta’ din id-Direttiva, f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali applikabbli ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom ir-reċipjent speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Ir-reċipjent soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli u, meta rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(4).

4.   Sakemm att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3 ma jiġix adottat, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi ta’ reċipjenti soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li r-reċipjenti kkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli kollha ta’ din id-Direttiva u għandu jkun responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha tal-valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom ir-reċipjent jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli ta’ din id-Direttiva;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tar-reċipjent ikkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tar-reċipjent ikkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tar-reċipjent ikkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq.

7.   B’deroga mill-Artikoli 5, 15 u 16, ir-reċipjenti, li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma għandux ikollhom il-marka CE u l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III u l-Artikolu 5 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, meta awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali reċipjenti, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha b’dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 13 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 38d

Preżunzjoni ta’ konformità bbażata fuq standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta r-reċipjenti jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali reċipjenti biex ikopru r-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u ebda tali referenza mhi mistennija tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva u r-referenzi li diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi għal standards Ewropej jew referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, ir-reċipjenti li jkunu f’konformità mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnu, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva li huma koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 38a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li r-reċipjenti koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, ir-reċipjenti li huma f’konformità ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu tqiegħdu fis-suq għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali ta’ din id-Direttiva, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 38e

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għar-reċipjenti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 38a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu saru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, fosthom billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għar-reċipjenti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1).

(*11)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”."

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 2014/30/UE

Id-Direttiva 2014/30/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(26)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12);

(27)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*12)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu 5a

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 40a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 40b u 40c ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament(UE) 2024/2747 fir-rigward tal-apparat kopert minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 40b u 40c ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għall-apparat li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 40b u 40c ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar u t-traċċabbiltà fir-rigward ta’ apparat li tqiegħed fis-suq f’konformità mal-Artikolu 40b. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 40b

Preżunzjoni ta’ konformitá bbażata fuq standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta l-apparat ikun ġie ddeżinjat bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali apparat biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u ebda tali referenza mhi mistennija tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi ta’ standards Ewropej jew referenzi ta’ standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew nazzjonali jew internazzjonali applikabbli rilevanti, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(2a) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-apparat li jkun konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli li l-manifatturi jiddependu fuq il-preżunzjoni tal-konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 40a(3), sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-apparat kopert mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, l-apparat li jkun konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkun tqiegħed fis-suq għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u tista’, jekk ikun xieraq, temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 40c

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-apparat elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 40a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali isforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13).

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għal apparat elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 40a(1).

(*13)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”;"

(3)

fl-Artikolu 41, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”.

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 2014/33/UE

Id-Direttiva 2014/33/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(22)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14);

(23)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*14)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu Va

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 41a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 41b sa 41e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 41b sa 41e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 41b sa 41e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 41c(8) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tal-liftijiet u tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet imqiegħda fis-suq f’konformità mal-Artikoli 41c u 41d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 41b

Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kollha elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) li huma soġġetti għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikoli 15 u 16 li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw bħala kwistjoni ta’ prijorità l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tal-liftijiet u tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 41a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwarhom.

Artikolu 41c

Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 15, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ komponent ta’ sikurezza speċifiku għal-liftijiet elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 15 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza applikabbli kollha stabbiliti f’din id-Direttiva tkun intweriet f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   B’deroga mill-Artikolu 16, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ lift speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 16 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza essenzjali applikabbli kollha stabbiliti f’din id-Direttiva tkun intweriet f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-lift jew komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq. Meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Il-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet soġġetti għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-informazzjoni li huma mqiegħda fis-suq bħala ‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli u, meta dan ikun rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

4.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli mmedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(4).

5.   Sakemm ma jiġix adottat att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 jew 4, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

6.   L-installaturi tal-liftijiet jew il-manifatturi tal-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernati jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli kollha u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

7.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 jew 2 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom il-lift jew il-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva ntweriet b’suċċess;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tal-lift jew tal-komponent ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku rigward il-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikkonċernati;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet kkonċernati li jkunu ġew imqiegħda fis-suq.

8.   B’deroga mill-Artikoli 3, 18 u 19, il-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollhom il-marka CE u l-Artikolu 3 ma għandux japplika.

9.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru fejn awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu tkun valida għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali liftijiet jew komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet, jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar dawn l-azzjonijiet.

10.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16.

Artikolu 41d

Preżunzjoni ta’ konformità bbażata fuq standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta l-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet ikunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dawn il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma tkunx ġiet ippubblikata referenza għal standards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien perjodu raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-installaturi jew tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi għal standards Ewropej jew ir-referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali applikabbli rilevanti, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-grupp ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall- installaturi u għall- manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 41a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, il-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet li jkunu konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu tqiegħdu fis-suq għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sikurezza applikabbli stabbiliti fl-Anness I, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 41e

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għal-liftijiet u l-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għal-liftijiet jew il-komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 41a(1).

(*15)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”."

Artikolu 7

Emendi għad-Direttiva 2014/34/UE

Id-Direttiva 2014/34/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(27)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16);

(28)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*16)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tqas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu 5a

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 38a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 38b sa 38e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 38b sa 38e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għal prodotti li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 38b sa 38e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 38c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tal-prodotti introdotti fis-suq jew użati għall-iskopijiet tal-manifattur stess f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Artikolu 38b

Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-prodotti kollha elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) li huma soġġetti għall-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13 li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw bħala kwistjoni prijoritarja l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 38a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għal valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwarhom.

Artikolu 38c

Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 13, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu għall-iskopijiet tal-manifattur stess fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, tal-prodott speċifiku li jkun ġie elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 13 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness II f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-prodott speċifiku jista’ jiġi introdott fis-suq jew jintuża għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Il-prodott soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li qed jitqiegħed fis-suq jew jintuża għall-iskopijiet tal-manifattur stess bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli u, meta dan ikun rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(4).

4.   Sakemm ma jiġix adottat att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi tal-prodotti soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-prodott ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness II u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom il-prodott jista’ jiġi introdott fis-suq jew jintuża għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-inqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tal-prodott ikkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tal-prodott ikkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tal-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess.

7.   B’deroga mill-Artikoli 5, 15 u 16, il-prodotti li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollhom il-marka CE u l-Artikolu 5 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, fejn awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali prodotti, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*17) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tjaffettwa l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 13 fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 38d

Preżunzjoni ta’ konformità bbażata fuq standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta l-prodotti, ikunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw l-istandards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dawn il-prodotti biex ikopru r-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva ma tkunx ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità skont il-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi għal standards Ewropej jew ir-referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali applikabbli rilevanti, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-gruppi ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, il-prodotti li jkunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli għall-manifatturi li jiddependu fuq il-preżunzjoni ta’ konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 38a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-prodotti koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, il-prodotti li jkunu konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu ġew introdotti fis-suq għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness II, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 38e

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq għall-prodotti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-prodotti elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38a(1).

(*17)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”."

Artikolu 8

Emendi għad-Direttiva 2014/35/UE

Id-Direttiva 2014/35/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(15)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*18);

(16)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*18)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu 4a

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 22a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 22b u 22c ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward ta’ tagħmir elettriku kopert minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 22b u 22c ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għal tagħmir elettriku li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 22b u 22c ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward ta’ tagħmir elettriku introdott fis-suq f’konformità mal-Artikolu 22c. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 22b

Preżunzjoni tal-konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta t-tagħmir elettriku jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dan it-tagħmir elettriku biex jiġu koperti l-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta referenza għal standards armonizzati li jkopru l-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva ma tkunx ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru l-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità f’konformità mal-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi għal standards Ewropej jew ir-referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali applikabbli rilevanti, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-grupp ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12, 13 u 14, it-tagħmir elettriku li jkun konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandu jkun preżunt konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli li l-manifatturi jiddependu fuq il-preżunzjoni tal-konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 22a(3), sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li t-tagħmir elettriku kopert mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, it-tagħmir elettriku konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkun tqiegħed fis-suq għandu jitqies konformi mal-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni msemmija fil-paragrafu 1 ma tissodisfax għalkollox l-għanijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 u stabbiliti fl-Anness I, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 22c

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għat-tagħmir elettriku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali isforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19).

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku, bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għat-tagħmir elettriku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 22a(1).

(*19)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”."

Artikolu 9

Emendi għad-Direttiva 2014/53/UE

Id-Direttiva 2014/53/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(27)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20);

(28)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*20)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu Va

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 43a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 43b sa 43e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward ta’ tagħmir tar-radju kopert minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 43b sa 43e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għal tagħmir tar-radju li jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 43b sa 43e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 43c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabbiltà fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li tqiegħed fis-suq f’konformità mal-Artikoli 43c u 43d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(3).

Artikolu 43b

Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir tar-radju ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għat-tagħmir tar-radju elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) li huwa soġġett għal proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li jirrikjedi l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw bħala kwistjoni ta’ prijorità l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir tar-radju msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux ġew ippreżentati qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 43a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir tar-radju skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ppreżentaw dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għat-tagħmir tar-radju msemmi fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwaru.

Artikolu 43c

Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 17, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, it-tqegħid fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, ta’ tagħmir tar-radju speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 17 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-tagħmir tar-radju speċifiku jista’ jitqiegħed fis-suq. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(3).

It-tagħmir tar-radju soġġett għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollu l-informazzjoni li huwa tqiegħed fis-suq bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli u, meta dan ikun rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli mmedjatament f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 45(4).

4.   Sakemm ma jiġix adottat att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi tat-tagħmir tar-radju soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li t-tagħmir tar-radju kkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom it-tagħmir tar-radju jista’ jitqiegħed fis-suq. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-inqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri, li permezz tagħhom intweriet b’suċċess il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tat-tagħmir tar-radju kkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tat-tagħmir tar-radju kkonċernat li jkun tqiegħed fis-suq.

7.   B’deroga mill-Artikoli 9, 19 u 20, it-tagħmir tar-radju li għalih tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollu l-marka CE u l-Artikolu 9 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru fejn awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali tagħmir tar-radju, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*21) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 17.

Artikolu 43d

Preżunzjoni tal-konformità abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta t-tagħmir tar-radju jkun ġie ddeżinjat bħala oġġett rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal dan it-tagħmir tar-radju biex ikopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta ma tkunx ġiet ippubblikata referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni tal-konformità skont il-paragrafu 5. Għal dak l-għan, ir-referenzi ta’ standards Ewropej jew ir-referenzi ta’ standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni permezz ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 45(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-grupp ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, it-tagħmir tar-radju li jkun konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli li l-manifatturi jiddependu fuq il-preżunzjoni tal-konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 43a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li t-tagħmir tar-radju kopert mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni, it-tagħmir tar-radju li jkun konformi ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkun tqiegħed fis-suq għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3 wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 3, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 43e

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għat-tagħmir tar-radju elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għat-tagħmir tar-radju elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1).

(*21)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”."

Artikolu 10

Emendi għad-Direttiva 2014/68/UE

Id-Direttiva 2014/68/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(33)

‘oġġetti rilevanti għall-kriżi’ tfisser oġġetti rilevanti għall-kriżi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*22);

(34)

‘modalità ta’ emerġenza tas-suq intern’ tfisser modalità ta’ emerġenza tas-suq intern kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2024/2747.

(*22)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).”;"

(2)

jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“Kapitolu 5a

Proċeduri ta’ emerġenza

Artikolu 43a

Applikazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 43b sa 43e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/2747 fir-rigward ta’ apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni koperti minn din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 43b sa 43e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss għal apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni li jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/2747.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex jittrasponu l-Artikoli 43b sa 43e ta’ din id-Direttiva japplikaw biss matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern li tkun ġiet attivata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747.

Madankollu, l-Artikolu 43c(7) ta’ din id-Direttiva għandu japplika matul il-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tagħha.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-azzjonijiet korrettivi jew restrittivi li għandhom jittieħdu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ tikkettar u traċċabilità fir-rigward tal-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni mqiegħda fis-suq jew użati għall-iskopijiet tal-manifattur stess f’konformità mal-Artikoli 43c u 43d. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3).

Artikolu 43b

Prijoritizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità tal-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni ddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi

1.   Dan l-Artikolu japplika għall-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) li huma soġġetti għal proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat.

2.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu l-aqwa sforzi biex jipproċessaw bħala kwistjoni ta’ prijorità l-applikazzjonijiet kollha għal valutazzjoni tal-konformità tal-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunux tressqu qabel jew wara l-attivazzjoni tal-proċeduri ta’ emerġenza skont l-Artikolu 43a.

3.   Il-prijoritizzazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-konformità tal-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni skont il-paragrafu 2 ma għandhiex tirriżulta f’kostijiet addizzjonali sproporzjonati għall-manifatturi li jkunu ressqu dawk l-applikazzjonijiet.

4.   Il-korpi notifikati għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex iżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar tagħhom għall-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ġew notifikati dwarhom.

Artikolu 43c

Deroga mill-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li jirrikjedu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat

1.   B’deroga mill-Artikolu 14, Stat Membru jista’ jawtorizza, fuq talba debitament ġustifikata minn operatur ekonomiku, l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu għall-iskopijiet tal-manifattur stess fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru, tal-apparat jew l-assemblaġġ ta’ pressjoni speċifiku elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) u li għalih il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 li jeħtieġu l-involviment obbligatorju ta’ korp notifikat ma jkunux twettqu iżda li għalih tkun intweriet il-konformità mar-rekwiżiti ta’ saħħa u sikurezza essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness I f’konformità mal-proċeduri msemmija f’dik l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dment li r-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni għandha tadotta, mingħajr dewmien, att ta’ implimentazzjoni li jestendi l-validità tal-awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-territorju tal-Unjoni kollha u għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni speċifiċi jistgħu jiġu introdotti fis-suq jew jintużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Meta tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jipprovdu informazzjoni jew kummenti rilevanti rigward il-valutazzjoni teknika li serviet bħala l-bażi għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3).

L-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni soġġetti għall-estensjoni tal-validità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom l-informazzjoni li huma introdotti fis-suq jew użati għall-iskopijiet tal-manifattur stess bħala ‘oġġett rilevanti għall-kriżi’. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dik l-informazzjoni, kif ukoll kwalunkwe tikkettar, għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u intelliġibbli u, meta dan ikun rilevanti, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-ħtieġa li jiġu ppreservati s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 44(4).

4.   Sakemm ma jiġix adottat att ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew 3, l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti fi Stat Membru wieħed għandha tkun valida biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, u fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu jkunu rrikonoxxew il-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ tali att ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrikonoxxi l-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

5.   Il-manifatturi tal-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw fuq ir-responsabbiltà unika tagħhom li l-apparat jew l-assemblaġġ ta’ pressjoni kkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli kollha stabbiliti fl-Anness I u għandhom ikunu responsabbli għat-twettiq tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità kollha indikati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

6.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom l-apparat jew l-assemblaġġ ta’ pressjoni jista’ jiġi introdott fis-suq jew jintuża għall-iskopijiet tal-manifattur stess. Tali awtorizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mill-inqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri li permezz tagħhom il-konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva intweriet b’suċċess;

(b)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar it-traċċabbiltà tal-apparat jew l-assemblaġġ ta’ pressjoni kkonċernat;

(c)

data tat-tmiem tal-validità tal-awtorizzazzjoni, li ma tistax tmur lil hinn mill-aħħar jum tal-perjodu li għalih tkun ġiet attivata l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747;

(d)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata valutazzjoni kontinwa tal-konformità fir-rigward tal-apparat jew l-assemblaġġ ta’ pressjoni kkonċernat;

(e)

miżuri li għandhom jittieħdu mal-iskadenza jew mad-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern fir-rigward tal-apparat jew l-assemblaġġ ta’ pressjoni kkonċernat li jkun ġie introdott fis-suq jew intuża għall-iskopijiet tal-manifattur stess.

7.   B’deroga mill-Artikoli 5, 18 u 19, l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux ikollhom il-marka CE u l-Artikolu 5 ma għandux japplika.

8.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru, fejn awtorizzazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu tkun valida, għandhom ikunu intitolati, fir-rigward ta’ tali apparat jew assemblaġġi ta’ pressjoni, li jieħdu l-azzjonijiet korrettivi u restrittivi kollha fil-livell nazzjonali previsti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*23) u skont din id-Direttiva. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar dawn l-azzjonijiet.

9.   L-użu tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 14.

Artikolu 43d

Preżunzjoni ta’ konformità bbażata fuq standards u speċifikazzjonijiet komuni

1.   Meta apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni jkunu ġew iddeżinjati bħala oġġetti rilevanti għall-kriżi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jelenkaw standards xierqa jew li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għal tali apparat u assemblaġġi ta’ pressjoni biex ikopru r-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva ma tkunx ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; jew

(b)

meta t-tfixkil serju fil-funzjonament tas-suq intern, li wassal għall-attivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2024/2747, jirrestrinġi b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet tal-manifatturi li jagħmlu użu mill-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti tas-sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u li r-referenzi tagħhom ikunu diġà ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-aktar soluzzjoni teknika alternattiva xierqa għall-finijiet li tiġi pprovduta preżunzjoni ta’ konformità skont il-paragrafu 5. Għal dak l-għan, referenzi għal standards Ewropej jew referenzi għal standards nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli jistgħu jiġu ppubblikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jew, jekk ma jkun hemm l-ebda standard Ewropew jew standard nazzjonali jew internazzjonali rilevanti applikabbli, jistgħu jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet komuni b’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.

3.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 44(3) u għandhom japplikaw sal-aħħar jum tal-perjodu li matulu l-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern tkun ġiet attivata, sakemm tali atti ta’ implimentazzjoni ma jiġux emendati jew imħassra f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Qabel ma tħejji l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati. Meta tħejji dak l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-grupp ta’ esperti jew il-korpi rilevanti stabbiliti skont din id-Direttiva u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-apparat jew l-assemblaġġi ta’ pressjoni li jkunu konformi mal-istandards jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom, għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I koperti minn dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom. Mill-jum wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, ma għandux jibqa’ possibbli li l-manifatturi jiddependu fuq il-preżunzjoni tal-konformità pprovduta mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

6.   B’deroga mill-Artikolu 43a(3), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx hemm raġuni suffiċjenti biex wieħed jemmen li l-apparat ta’ pressjoni u l-assemblaġġi koperti mill-istandards jew mill-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni, l-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni li jkunu konformi ma’ dawk l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet komuni u li jkunu ġew introdotti fis-suq jew intużaw għall-iskopijiet tal-manifattur stess għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I wara l-iskadenza jew it-tħassir ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u wara l-iskadenza jew id-diżattivazzjoni tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern.

7.   Meta Stat Membru jqis li standard jew speċifikazzjoni komuni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma jissodisfawx għalkollox ir-rekwiżiti ta’ sikurezza essenzjali applikabbli stabbiliti fl-Anness I, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-istandard jew li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

Artikolu 43e

Prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq u assistenza reċiproka fost l-awtoritajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-apparat u l-assemblaġġi ta’ pressjoni elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1) ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ tali sforzi ta’ prijoritizzazzjoni permezz tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-aqwa sforzi biex jipprovdu assistenza lil awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq matul modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, inkluż billi jimmobilizzaw u jibagħtu timijiet ta’ esperti biex isaħħu temporanjament il-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jitolbu assistenza jew billi jipprovdu appoġġ loġistiku bħat-tisħiħ tal-kapaċità tal-ittestjar għall-prodotti u l-assemblaġġi tal-pressjoni elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 43a(1).

(*23)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).”."

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   Sad-29 ta’ Mejju 2026 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.

2.   Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-30 ta’ Mejju 2026.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppublikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.

3.   Malli din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tkun informata, fi żmien suffiċjenti sabiex din tkun tista’ tippreżenta l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU C 100, 16.3.2023, p. 95.

(2)   ĠU C 157, 3.5.2023, p. 82.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2024.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2024/2747 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern) (ĠU L, 2024/2747, 8.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2747/oj).

(5)  Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(7)  Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 dwar apparat ta’ pressjoni li jista’ jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45).

(9)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).

(10)  Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).

(11)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

(12)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(13)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

(14)  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

(15)  Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2749/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)