<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑50/12 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0050</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:771">EU:C:2013:771</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20131126">26.11.2013</DATE> — KAWŻA C‑50/12 P</P><P>KENDRION vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20131126">26 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-boroż tal-plastik industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-kumpannija sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà in solidum tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq il-kumpannija sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑50/12 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Kendrion NV,</HT> stabbilita f’Zeist (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentata minn P. Glazener u T. Ottervanger, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre u S. Noë, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, L. Bay Larsen, M. Safjan, Presidenti ta’ Awla, J. Malenovský, E. Levits, A. Ó Caoimh, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, D. Šváby u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130205">5 ta’ Frar 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Kendrion NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kendrion<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20111116">16 ta’ Novembru 2011</DATE>, Kendrion vs Il-Kummissjoni (T‑54/06, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634 final, tat-<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (Każ COMP/F/38.354 – Boroż industrijali) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll l-annullament jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa li kienet imposta fuqha permezz ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, dwar l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [81 KE u 82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), li ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE u 82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), jipprovdi, fl-Artikolu 23(2) u (3) tiegħu, li ssostitwixxa l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża [ta’ impriżi] meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu 81 [KE] jew l-Artikolu 82 [KE] [...];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Għal kull impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża [ta’ impriżi] li qed jipparteċipaw fil-ksur, il-multi mhux ser jaqbżu l-10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ [tad-dħul mill-bejgħ] fis-sena k[u]mmerċjali preċedenti.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-twaħħil [Fl-iffissar] ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn [għandhom jitqiesu] il-gravità u it-tul tal-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Kendrion hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19950608">8 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Kredest Beheer BV, sussidjarja 100 % ta’ Combattant Holding BV, li min-naħa tagħha kienet sussidjarja 100 % ta’ Kendrion, akkwistat mingħand DSM NV l-assi u l-attivitajiet kollha tal-grupp Fardem f’Edam (il-Pajjiżi l-Baxxi) u f’Veerse (il-Belġju).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>F’Novembru 1995, l-appellanti biegħet l-attivitajiet tal-grupp Fardem fil-Belġju. F’Diċembru 1995, is-sussidjarja Kredest Beheer BV bidlet isimha għal Fardem Holding BV. F’Settembru 2001 din ingħaqdet legalment mal-kumpanniji Fardem Packaging BV u CAT International BV. L-isem Fardem Holding inbidel għal Fardem Packaging BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Fardem Packaging<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) fl-okkażjoni ta’ dan il-merger.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-2001, British Polythene Industries plc informat lill-Kummissjoni li kien hemm akkordju fis-settur tal-boroż industrijali.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Wara li wettqet numru ta’ verifiki matul Ġunju 2002 u wara li bagħtet talbiet għal informazzjoni lil Fardem Packaging fl-2002 u fl-2003, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura amministrattiva fid-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> u adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-konfront ta’ diversi kumpanniji, li fosthom kien hemm, b’mod partikolari, Fardem Packaging u Kendrion.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-frattemp, f’Settembru 2003, Krendrion ittrasferixxiet Fardem Packaging lid-diretturi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20051130">30 ta’ Novembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, li l-Artikolu 1(1)(d) tagħha jipprovdi li Fardem Packaging u Kendrion kienu kisru l-Artikolu 81 KE meta pparteċipaw, Fardem Packaging, mis-<DATE ISO="19820106">6 ta’ Jannar 1982</DATE> sas-<DATE ISO="20020626">26 ta’ Ġunju 2002</DATE> u, Kendrion, mit-<DATE ISO="19950608">8 ta’ Ġunju 1995</DATE> sas-<DATE ISO="20020626">26 ta’ Ġunju 2002</DATE>, f’numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma fis-settur tal-boroż tal-plastik industrijali fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, li kienu jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet u l-implementazzjoni ta’ mudelli komuni għall-kalkolu tal-prezzijiet, it-taqsim tas-swieq u l-attribuzzjoni ta’ kwoti tal-bejgħ, it-tqassim tal-klijenti, tan-negozju u tal-ordnijiet, is-sottomissjoni miftiehma għal ċerti sejħiet għal offerti u l-iskambju ta’ informazzjoni individwalizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni imponiet fuq Kendrion, fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża, multa ta’ EUR 34 miljun, filwaqt li ppreċiżat li Fardem Packaging kienet responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fir-rigward ta’ EUR 2.20 miljuni minn dan l-ammont.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20060222">22 ta’ Frar 2006</DATE>, Kendrion ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni kontenzjuża. Hija talbet, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali, prinċipalment, tannulla, kompletament jew parzjalment, din id-deċiżjoni jew, sussidjarjament, tannulla l-multa li kienet imposta fuqha permezz ta’ din id-deċiżjoni jew tnaqqas l-ammont tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali identifikat tmien motivi fl-argumenti mressqa minn Kendrion. L-ewwel seba’ motivi kienu bbażati fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 253 KE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll fuq ksur ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt sa fejn, fl-ewwel lok, id-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża ma kienx koerenti mar-raġunijiet tagħha; fit-tieni lok, il-Kummissjoni żbaljat meta assumiet li Kendrion u Fardem Packaging kienu entità ekonomika waħda; fit-tielet lok, l-appellanti nżammet, b’mod żbaljat, responsabbli għall-ksur imwettaq minn Fardem Packaging; fir-raba’ lok, id-deċiżjoni kontenzjuża imponiet fuq l-appellanti, bħala l-kumpannija parent, multa superjuri għal dik imposta fuq is-sussidjarja li kienet ikkunsidrata responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>; fil-ħames lok, l-appellanti kienet is-suġġett ta’ trattament differenti minn dak mogħti lill-kumpanniji parent l-oħrajn li tqiesu responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur imwettaq minn sussidjarja. Fis-sitt lok, l-appellanti invokat ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet sa fejn l-ammont bażiku tal-multa ta’ Fardem Packaging kien iffissat bħala EUR 60 miljun u, fis-seba’ lok, sa fejn kienet imposta fuqha multa ta’ EUR 34 miljun. It-tmien motiv kien ibbażat fuq ksur tal-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi [i]mposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20110112">12 ta’ Jannar 2011</DATE>, l-appellanti wieġbet għal mistoqsija li għamlitilha l-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u li permezz tagħha staqsietha dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-impatt li kellha s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/08 P" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="2009">C-97/08 P, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>) fuq it-tieni motiv tar-rikors tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul is-seduta, li nżammet fid-<DATE ISO="20110309">9 ta’ Marzu 2011</DATE>, Kendrio sostniet li t-tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kien eċċessiv. Dan l-argument ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 18 tas-sentenza appellata, bħala ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li eżaminat il-motivi kollha invokati minn Kendrion insostenn tar-rikors tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħditu fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Kendrion titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla kompletament jew parzjalment is-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla kompletament jew parzjalment id-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn tikkonċernaha;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-multa li ġiet imposta fuqha jew tnaqqas l-ammont tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Kendrion għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 61 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja stiednet lill-partijiet, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Istati Membri, sabiex iwieġbu għal numru ta’ mistoqsijiet dwar il-kriterji li jippermettu li tiġi evalwata n-natura raġonevoli tat-tul ta’ proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll dwar il-miżuri ta’ natura li jirrimedjaw għall-konsegwenzi ta’ tul eċċessiv ta’ tali proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li għandu jiġi eżaminat fl-ewwel lok sa fejn jikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk Kendrion u s-sussidjarja tagħha, jiġifieri Fardem Packaging, jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fit-tqassim tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti minn Kendrion fuq is-sussidjarja tagħha u li wettqet evalwazzjoni żbaljata u mhux suffiċjentement motivata tal-provi prodotti f’dan ir-rigward mill-Kummissjoni u minnha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Kendrion issostni li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni, sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ unità ekonomika waħda bejnha u bejn is-sussidjarja tagħha, ma bbażatx ruħha biss fuq il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja li tagħha żżomm it-totalità tal-kapital, iżda bbażat ruħha wkoll fuq provi supplimentari. Issa, wara li adottat din l-analiżi<?PAGE NO="5"?> u wara li indikat, fil-punt 33 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni wettqitx żball ta’ evalwazzjoni, kemm fir-rigward tal-provi supplimentari msemmija fid-deċiżjoni [kontenzjuża] u kemm fir-rigward tal-provi mressqa [mill-appellanti] sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 53 tas-sentenza msemmija, wettqet żball ta’ liġi meta indikat li kienet ser teżamina biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>jekk [l-appellanti] rnexxilhiex tegħleb dawn l-erba’ provi supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li l-oneru tal-prova kien jaqa’ fuq il-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-appellanti, kien minħabba evalwazzjoni żbaljata ta’ dawn il-provi supplimentari li l-Qorti Ġenerali waslet, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, għall-konklużjoni li l-Kummissjoni setgħet ġustament tikkunsidra li l-appellanti u Fardem Packaging kienu jikkostitwixxu entità ekonomika waħda. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija ssostni li, anki jekk jitqies li l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-provi supplimentari inkwistjoni hija korretta, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni jew ma eżaminatx b’mod suffiċjenti l-argumenti invokati minn Kendrion sabiex tistabbilixxi l-awtonomija kummerċjali li kellha Fardem Packaging.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tieni aggravju invokat mill-appellanti insostenn tal-appell tagħha għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Meta ddikjarat lil Kendrion responsabbli għall-ksur imwettaq minn Fardem Packaging, il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq il-fatt li din tal-aħħar kienet sussidjarja 100 % tal-appellanti fid-data tal-fatti u fuq il-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha f’tali sitwazzjoni. Għalkemm id-deċiżjoni kontenzjuża ssemmi erba’ provi supplimentari li juru l-eżistenza ta’ tali influwenza, dawn ma ġewx ikkunsidrati bħala determinanti.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-valur probatorju tal-provi supplimentari msemmija fid-deċiżjoni kontenzjuża bħala provi invokati minn Kendrion sabiex tistabbilixxi l-assenza ta’ influwenza determinanti min-naħa tagħha fuq is-sussidjarja tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-argumenti ta’ Kendrion huma inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat dan l-aggravju għandhom jitfakkru l-argumenti mressqa minn Kendrion fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 31 u 32 tas-sentenza appellata, l-appellanti rrinunzjat, wara l-għoti tas-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, milli ssostni li s-sempliċi żamma mill-kumpannija parent ta’ 100 % tal-kapital ta’ sussidjarja hija insuffiċjenti sabiex isservi ta’ bażi għal preżunzjoni konfutabbli li din il-kumpannija parent teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Madankollu, filwaqt li rreferiet għall-punt 155 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20101027">27 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-24/05" PAGE.ECR="I-5329" YEAR="2010">T-24/05, Ġabra p. I-5329</REF.DOC.ECR>), l-appellanti sostniet li, fil-każijiet fejn il-Kummissjoni ma tibbażax il-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti ta’ kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha biss fuq iż-żamma tat-totalità tal-kapital ta’ din tal-aħħar iżda tibbażaha wkoll fuq provi supplimentari, għandu jiġi vverifikat jekk dawn il-provi jistabbilixxux b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi li l-kumpannija parent teżerċita effettivament tali influwenza fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li, fil-kawża ineżami, il-Kummissjoni għamlet riferiment espliċitu, fil-kunsiderazzjoni 580 tad-deċiżjoni kontenzjuża, għall-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja miżmuma 100 % minnha qabel ma<?PAGE NO="6"?> indikat, fil-kunsiderazzjoni 584 tal-istess deċiżjoni, li dan l-approċċ kien ser jidħol fid-dettall każ b’każ għal kull impriża kkonċernata. Fil-kunsiderazzjonijiet li jindirizzaw lil Fardem Packaging, il-Kummissjoni, fl-ewwel lok, fakkret, fil-kunsiderazzjoni 590 tal-istess deċiżjoni, li Kendrion kienet iżżomm, permezz ta’ kumpannija intermedjarja, 100 % tal-kapital ta’ Fardem Packaging u li din il-konstatazzjoni kienet wasslitha sabiex tindirizza d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil Kendrion. Fit-tieni lok, hija semmiet, fil-premessi 594 sa 597 tad-deċiżjoni msemmija, provi supplimentari li ħarġu matul il-fażi ulterjuri tal-proċedura amministrattiva u li juru, skontha, l-eżistenza ta’ influwenza minn Kendrion fuq is-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li għandu jiġi eżaminat ir-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata. Wara li fakkret, fil-punti 49 sa 51 tagħha, il-ġurisprudenza dwar il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata fuq is-sussidjarja miżmuma totalment mill-kumpannija parent tagħha, il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 52 tal-istess sentenza, li, sabiex tiġi kkonfutata din il-preżunzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>minn naħa, il-kumpannija parent għandha tippreżenta għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni kull prova li tikkonċerna r-rabtiet organizzattivi, ekonomiċi u legali, bejn is-sussidjarja tagħha u bejnha [...] u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, hija effettivament obbligata tevalwa kull prova dwar ir-rabtiet li jistgħu jistabbilixxu li s-sussidjarja kienet taġixxi b’mod awtonomu mill-kumpannija parent tagħha u li dawn iż-żewġ kumpanniji ma jikkostitwixxux, għaldaqstant, entità ekonomika waħda<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-punt 53 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li, fil-kawża ineżami, il-Kummissjoni ma kinitx invokat biss il-fatt li l-appellanti kienet iżżomm 100 % tal-kapital ta’ Fardem Packaging iżda kienet irreferiet ukoll għal erba’ provi supplimentari oħra. Minn dan hija kkonkludiet li kellu jiġi eżaminat jekk l-appellanti kienx irnexxielha tegħleb dawn l-erba’ provi supplimentari. Il-Qorti Ġenerali wettqet dan l-eżami fil-punti 54 sa 60 tas-sentenza appellata qabel ma eżaminat, fil-punti 63 sa 67 tagħha, il-provi invokati mill-appellanti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżistenza ta’ influwenza determinanti min-naħa tagħha fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-punt 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[l-appellanti] ma [kienx] irnexxielha tegħleb il-valur probatorju tal-parti l-kbira tal-provi supplimentari mressqa mill-Kummissjoni u lanqas ma [kien] irnexxielha tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ kontroll effettiv [mill-appellanti] fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, ma jistgħux jintlaqgħu l-argumenti tal-appellanti fis-sens li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 53 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta imponiet fuqha l-obbligu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tegħleb<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> l-erba’ provi supplimentari invokati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża meta kienet din l-istituzzjoni li kellha tistabbilixxi l-valur probatorju ta’ dawn il-provi. Fil-fatt, minn naħa, mill-punti 54 sa 60 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali eżaminat il-valur probatorju ta’ dawn il-provi supplimentari u kkonkludiet li l-appellanti kien irnexxielha tegħleb il-valur probatorju ta’ prova supplimentari waħda biss. Min-naħa l-oħra, mill-punti 63 sa 67 tal-istess sentenza jirriżulta li Kendrion ma rnexxilhiex tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-kawża ineżami hija b’hekk differenti mill-kawża li wasslet għas-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑628/10 P u C‑14/11 P). Fil-fatt, f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fis-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali kienet ikkonstatat li ebda waħda mill-provi supplimentari msemmija fid-deċiżjoni kontenzjuża ma setgħet tikkonferma l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv mill-kumpannija parent ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha (sentenza Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ’il fuq, punt 54).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 68 tas-sentenza appellata, li, fid-dawl tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja miżmuma 100 % minnha, minn naħa, u fid-dawl tat-tliet provi supplimentari li jikkonfermaw tali influwenza determinanti, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[i]l-Kummissjoni setgħet [...] ġustament tikkunsidra li [l-appellanti] u Fardem Packagning kienu jikkostitiwxxu entità ekonomika waħda u, għaldaqstant, li r-responsabbiltà tal-aġir antikompetittiv ta’ Fardem Packaging seta’ jiġi imputat [lill-appellanti]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Sa fejn Kendrion issostni li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata dwar l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali tal-provi eżaminati hija insuffiċjenti, għandu jiġi rrilevat li dan l-argument, fil-verità, huwa intiż li jikkontesta tali evalwazzjoni. Sa dan il-punt u sa fejn Kendrion issostni wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata ta’ dawn il-provi, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-evalwazzjoni tal-provi taqa’ fil-kompetenza tal-Qorti Ġenerali u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistħarreġ tali evalwazzjoni fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-tieni aggravju invokat minn Kendrion insostenn tal-appell tagħha għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Kendrion tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi u li mmotivat is-sentenza appellata b’mod kontradittorju u insuffiċjenti sa fejn iddeċidiet, fil-punti 22 sa 30 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet esponiet b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi r-raġunijiet li kienu wassluha sabiex timponi fuq l-appellanti multa ta’ ammont ikbar minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, jiġifieri fuq Fardem Packaging.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, wara li fakkret, fil-punt 22 tagħha, li d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>dispożittiv ta’ att ma jistax jiġi sseparat mill-motivazzjoni tiegħu, b’tali mod li għandu jiġi interpretat, jekk ikun hemm bżonn, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 29 tal-istess sentenza, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>minkejja l-formulazzjoni ekwivoka tiegħu, il-portata u l-kontenut tal-punt (d) [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni [kontenzjuża] huma kompletament komprensibbli minn qari tal-kunsiderazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Kendrion, li tikkunsidra li d-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża huwa inkompatibbli mar-raġunijiet tagħha, tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma applikatx b’mod korrett il-prinċipju mfakkar fil-punt 22 tas-sentenza appellata. Skont Kendrion, fil-punti 24 u 25 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li, skont il-kunsiderazzjonijiet tal-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni qieset lil Kendrion bħala waħda mill-kumpanniji parent li kienu responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur imwettaq mis-sussidjarji tagħhom u li għalhekk setgħet tinżamm responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa li kellha tiġi imposta fuq Fardem Packaging. Madankollu, fid-dispożittiv tad-deċiżjoni msemmija, il-Kummissjoni bidlet l-irwoli rispettivi tagħhom, billi imponiet il-multa fuq Kendrion filwaqt li żammet parzjalment lil Fardem Packaging bħala responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tagħha. Skont Kendrion, id-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni mhux biss huwa fformulat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>b’mod ekwivoku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, iżda jmur kontra l-kunsiderazzjonijiet tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-kumpanniji parent u s-sussidjarji huma responsabbli b’mod ugwali għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Ma hemm ebda differenza bejn ir-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-kumpanniji parent u r-responsabbli individwali tas-sussidjarji, peress li kollha huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> minħabba li jagħmlu parti mill-entità ekonomika li kisret ir-regoli tal-kompetizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, li tkun l-awtur tal-att, b’mod li jippermetti lill-persuni kkonċernati jidentifikaw il-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u li jippermetti lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk, fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet individwali, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-obbligu li tiġi mmotivata deċiżjoni individwali għandu l-għan, minbarra li jippermetti stħarriġ ġudizzjarju, li jipprovdi lill-persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti sabiex tkun taf jekk id-deċiżjoni tistax tkun ivvizzjata b’nuqqas li jippermettilha tikkontesta l-validità tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni tan-natura adattata tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn tikkonċerna r-raġunijiet għalfejn imponiet, fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tagħha, multa fuq Kendrion, bħala kumpannija parent, li għall-ħlas tagħha Fardem Packaging, bħala sussidjarja, hija parzjalment miżmuma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha titlaq mill-premessa li, kif jirriżulta mill-evalwazzjoni magħmula fir-rigward tat-tieni aggravju ta’ dan l-appell, il-Kummissjoni setgħet ġustament tikkunsidra li Kendrion u Fardem Packaging kienu jikkostitwixxu entità ekonomika waħda u, għaldaqstant, li r-responsabbiltà tal-aġir antikompetittiv ta’ din l-aħħar kumpannija seta’ jiġi imputat lill-appellanti (ara l-punt 34 ta’ din is-sentenza).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-punt 25 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li d-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>deċiżjoni [kontenzjuża] tinkludi diversi spjegazzjonijiet fir-rigward tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li l-kumpanniji parent u s-sussidjarji tagħhom kellhom jinżammu responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, filwaqt li indikat li dawn ir-raġunijiet kienu spjegati f’termini ġenerali fil-kunsiderazzjonijiet 577 sa 583 ta’ din id-deċiżjoni u, b’mod iktar speċifiku, fil-kunsiderazzjonijiet 587 sa 599 tagħha. Fil-punt 26 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[m]inn dawn l-ispjegazzjonijiet jirriżulta li l-Kummissjoni imponiet multa fuq l-appellanti minħabba li kienet tikkostitwixxi entità ekonomika waħda flimkien ma’ Fardem Packaging mill-1995 sal-2003<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u li minn dan kien jirriżulta li, peress li l-aġir antikompetittiv ta’ din tal-aħħar seta’ jiġi imputat lill-appellanti minħabba li jappartjenu lill-istess entità ekonomika, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[l-appellanti kienet] meqjusa li wettqet il-ksur hija stess minħabba din l-imputazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li mal-motivazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward kien hemm ukoll, fil-kunsiderazzjonijiet 578 sa 580 tad-deċiżjoni kontenzjuża, diversi riferimenti għall-ġurisprudenza f’dan il-qasam kemm tal-Qorti Ġenerali u kemm tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ġustament li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet suffiċjenti sabiex tippermetti lill-appellanti tifhem għaliex kienet inżammet responsabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li r-responsabbiltà ta’ Kendrion kienet ibbażata, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, fuq il-prinċipju tar-responsabbiltà personali tal-entità ekonomika li hija kienet tifforma flimkien mas-sussidjarja tagħha (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, Il-Kummissjoni vs Stichting Administratiekantoor Portielje, C‑440/11 P, punti 37 sa 39 u l-ġurisprudenza ċċitata), l-appellanti ma tistax issostni li l-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn jimponilha multa fuq bażi personali, jinsab f’kontradizzjoni mar-raġunijiet ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Sa fejn id-dispożizzjoni msemmija tad-deċiżjoni kontenzjuża żżomm, fir-rigward ta’ parti mill-multa imposta fuq Kendrion bħala l-kumpannija parent, lis-sussidjarja tagħha Fardem Packaging bħala responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, għandu jiġi kkonstatat, kif għamlet il-Qorti Ġenerali fil-punt 29 tas-sentenza appellata, li, għalkemm il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija ekwivoka, il-portata u l-kontenut tagħha huma kompletament komprensibbli minn qari tal-kunsiderazzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni, b’mod partikolari, kif osservat il-Qorti Ġenerali fil-punt 28 tas-sentenza appellata, minn qari tal-kunsiderazzjonijiet 814 u 815 tagħha. Fil-fatt, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-impożizzjoni fuq Fardem Packaging ta’ multa li l-ammont tagħha huwa kunsiderevolment inqas minn dak tal-multa imposta fuq il-kumpannija parent tagħha tirriżulta mill-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Sa fejn Kendrion issostni li ma setgħetx tiġi imposta fuqha multa ogħla minn dik imposta fuq Fardem Packaging, dan l-argument jikkoinċidi ma’ dak li jikkostitwixxi l-ewwel parti tat-tielet aggravju u għalhekk ser jiġi eżaminat flimkien magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel aggravju invokat insostenn tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tielet aggravju invokat minn Kendrion insostenn tal-appell tagħha huwa maqsum fi tliet partijiet distinti li għandhom jiġu eżaminati suċċessivament.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tat-tielet aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Kendrion tikkritika lill-Qorti Ġenerali li injorat il-kunċett ta’ responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Filwaqt li tirreferi għall-punti 40 u 89 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, General Química <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-90/09 P" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2011">C-90/09 P, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>), Kendrion issostni li din is-sentenza tistabbilixxi regola legali fis-sens li l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja miżmuma 100 % minnha, tista’ żżomm lill-kumpannija parent responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja. Il-kunċett ta’ responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, li joffri soluzzjoni għall-ħtieġa li jiġi ggarantit l-irkupru effettiv tal-multa, jimplika, għalhekk, li l-kumpannija parent tista’ tinżamm responsabbli biss għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti għall-istess raġunijiet bħal dawk invokati bħala risposta għall-ewwel aggravju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li kemm ir-responsabbiltà ta’ Kendrion, bħala kumpannija parent, u kemm dik ta’ Fardem Packaging, bħala ex sussidjarja, huma bbażati fuq il-fatt li dawn il-kumpanniji kienu jagħmlu parti, it-tnejn li huma, mill-entità ekonomika li kienet kisret l-Artikolu 81 KE. Kif osservat il-Qorti Ġenerali fil-punt 26 tas-sentenza appellata, l-appellanti, għalhekk, hija meqjusa li wettqet hija stess il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-ħlas tal-multa, ir-relazzjoni ta’ responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> li teżisti bejn żewġ kumpanniji li jikkostitwixxu tali entità ekonomika ma tistax tiġi limitata għal forma ta’ garanzija pprovduta mill-kumpannija parent sabiex tiggarantixxi l-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 87 tas-sentenza appellata, l-ammont li l-Kummissjoni kkunsidrat adegwat sabiex tissanzjona l-parteċipazzjoni ta’ Fardem Packaging fl-akkordju għal perijodu ta’ iktar minn 20 sena ma jikkorrispondix għall-ammont ta’ EUR 2.20 miljuni msemmi fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, iżda għall-ammont ta’ EUR 60 miljun, jiġifieri ammont ogħla minn dak ta’ EUR 34 miljun impost fil-konfront ta’ Kendrion għall-perijodu li matulu din tal-aħħar u Fardem Packaging kienu jikkostitwixxu l-istess impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 81 KE. Kif osservat il-Qorti Ġenerali fil-punt 89 tal-istess sentenza, il-fatt li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kontenzjuża, imponiet multa ta’ EUR 34 miljun fuq l-appellanti u multa ta EUR 2.20 miljuni fuq Fardem Packaging huwa dovut għall-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 għal Fardem Packaging. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet, fil-punti 92 u 93 tas-sentenza msemmija, li, f’sitwazzjoni fejn żewġ persuni ġuridiċi distinti, bħalma huma kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, ma jkunux għadhom jikkostitwixxu impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 81 KE fid-data tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponilhom multa għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, kull waħda minnhom għandha d-dritt li jiġi applikat b’mod individwali fil-konfront tagħha l-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, Kendrion ma setgħetx tallega li kienet intitolata tibbenefika mil-limitu massimu applikabbli għall-ex sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti ta’ Kendrion fis-sens li ma setgħetx tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ multa li l-ammont tagħha huwa ogħla minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha huma infondati u għalhekk għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tat-tielet aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Kendrion tikkritika lill-Qorti Ġenerali li injorat il-fatt li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kontenzjuża, kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Kendrion issostni li hija l-unika kumpannija parent li fuqha kienet imposta multa li l-ammont tagħha huwa ogħla minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, u dan fir-rigward ta’ ksur imwettaq minn din tal-aħħar u li fih ma kinitx ipparteċipat hija stess bħala kumpannija parent. Skont Kendrion, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta, fil-punt 109 tas-sentenza appellata, iġġustifikat din id-differenza fit-trattament permezz tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003. L-applikazzjoni ta’ dan il-limitu massimu tista’ tispjega differenza fir-rigward tal-ammont tal-multa iżda mhux id-differenza fil-prinċipju li l-Kummissjoni introduċiet bejn Kendrion u l-kumpanniji parent l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat ġustament, fil-punt 109 tas-sentenza appellata, li mid-deċiżjoni kontenzjuża jirriżulta li l-Kummissjoni applikat l-istess metodu sabiex tiddetermina l-ammont tal-multi applikabbli għad-destinatarji kollha ta’ din id-deċiżjoni. Il-fatt li, f’żewġ każijiet, dan il-metodu wassal għall-impożizzjoni lill-kumpannija parent ta’ multi ogħla minn dawk imposti fuq is-sussidjarja huwa biss il-konsegwenza ta’ applikazzjoni koerenti tal-metodu ta’ kalkolu magħżul.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Arcelor Atlantic et Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/07" PAGE.ECR="I-9895" YEAR="2008">C-127/07, Ġabra p. I-9895</REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, ma tistax issir, permezz tal-applikazzjoni ta’ metodi ta’ kalkolu differenti, diskriminazzjoni bejn l-impriżi li jkunu pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma kuntrarji għall-Artikolu 81 KE (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, l-appellanti ma hijiex qiegħda tikkontesta l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 109 tas-sentenza appellata, fis-sens li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>mid-deċiżjoni [kontenzjuża] jirriżulta li l-Kummissjoni applikat l-istess metodu sabiex tiddetermina l-ammont tal-multi applikabbli għad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni [kontenzjuża], inkluża [l-appellanti], li nżammu responsabbli bħala kumpanniji parent ta’ sussidjarja involuta fl-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għall-kuntrarju, l-appellanti tikkunsidra li hija vittma ta’ diskriminazzjoni sa fejn, minn fost il-kumpanniji parent kollha li huma destinatarji ta’ din id-deċiżjoni, hija l-unika waħda li fuqha kienet imposta multa li l-ammont tagħha huwa ogħla minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, u dan f’sitwazzjoni fejn hija ma kinitx ipparteċipat fil-ksur imwettaq minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba differenza fit-trattament jeħtieġ, madankollu, li s-sitwazzjonijiet inkwistjoni jkunu komparabbli fir-rigward tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Arcelor Atlantic et Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 104 tal-konklużjonijiet tagħha, is-sitwazzjoni ta’ Kendrion kellha, meta mqabbla ma’ dik tal-kumpanniji parent l-oħra, karatteristika partikolari sa fejn, peress li kienet biegħet is-sussidjarja tagħha f’Settembru 2003, hija ma kinitx għadha tikkostitwixxi entità ekonomika waħda mas-sussidjarja tagħha matul is-sena kummerċjali li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, bħala s-sena rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Kienet din il-karatteristika partikolari li wasslet lill-Kummissjoni sabiex tikkalkula separatament, għal kull waħda miż-żewġ kumpanniji inkwistjoni, dan il-limitu massimu fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ iġġenerat matul is-sena kummerċjali li kienet ippreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Sa fejn id-differenza fit-trattament allegata mill-appellanti hija dovuta għal ċirkustanza li hija speċifika għaliha, din tal-aħħar, għalhekk, ma tistax effettivament issostni li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għad-detriment tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet parti tat-tielet aggravju</P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Kendrion issostni li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa kontradittorju u lakunarju. Wara li ddeċidiet, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li, jekk jiġi stabbilit li l-kumpannija parent u s-sussidjarja jikkostitwixxu unità ekonomika waħda, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tattribwixxi r-responsabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-kumpannija parent, lis-sussidjarja jew lill-kumpannija parent u lis-sussidjarja tagħha <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, il-Qorti Ġenerali kompliet billi, b’mod żbaljat, irrikonoxxiet li, fil-kawża ineżami, il-Kummissjoni setgħet tapplika soluzzjoni oħra billi żżomm lis-sussidjarja responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas ta’ parti mill-multa imposta fuq il-kumpannija parent.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-argumenti ta’ Kendrion jinjoraw il-fatt li hija stess u s-sussidjarja tagħha kienu jagħmlu parti mill-impriża li kisret l-Artikolu 81 KE. Kif jirriżulta mill-punt 55 ta’ din is-sentenza, il-punti 87 sa 89 tas-sentenza appellata jispjegaw b’mod inekwivoku li l-multa imposta fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża fuq Fardem Packaging tirriżulta mir-responsabbiltà tagħha stess fil-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Peress li ebda waħda mit-tliet partijiet tat-tielet aggravju ma tista’ tintlaqa’, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-raba’ aggravju invokat minn Kendrion insostenn tal-appell tagħha jikkonċerna l-punt 18 tas-sentenza appellata, punt li fih il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala ineffettiv l-argument ibbażat fuq it-tul eċċessiv, skont Kendrion, tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Din tal-aħħar iddeċidiet, f’dan ir-rigward, li l-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat minnha jikkonċerna biss id-deċiżjoni kontenzjuża u li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>legalità ta’ din id-deċiżjoni tista’ tiġi evalwata biss fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha fid-data tal-adozzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Minn dan l-appellanti ddeduċiet li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li la għandha kompetenza sabiex tiddeċiedi dwar l-irregolaritajiet li jseħħu matul proċedura li tiżvolġi quddiemha u lanqas sabiex tipprovdi rimedju fir-rigward tagħhom. Kendrion tikkontesta din l-analiżi u ssostni li, fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, li huma ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, prinċipji li jinkludu l-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, il-Qorti Ġenerali hija saħansitra obbligata li tintervjeni. Billi rrifjutat mill-ewwel kull eżami tal-funzjonament tagħha stess fil-każ speċifiku li kellha quddiemha, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni u dan il-ksur jiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Sussidjarjament, Kendrion titlob l-annullament tal-multa li kienet imposta fuqha jew it-tnaqqis tal-ammont tagħha. F’dan ir-rigward hija ssostni li, anki jekk jitqies li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex hija stess il-kompetenza li tnaqqas, minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura li tkun żvolġiet quddiemha, l-ammont tal-multa imposta f’deċiżjoni tal-Kummissjoni, ma hemm xejn xi jwaqqaf lill-Qorti tal-Ġustizzja, fi kwalunkwe każ, milli tiddeċiedi dwar dan il-punt fundamentali għaċ-ċertezza legali tal-individwi u milli tislet il-konsegwenzi neċessarji minn dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Filwaqt li tirreferi għall-kriterji ta’ evalwazzjoni żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Kendrion tenfasizza t-tul tal-proċedura tal-ewwel istanza, li hija tistma bħala 6 snin u 9 xhur. Hija tosserva li s-suġġett tal-kawża kien importanti għaliha peress li l-ammont tal-multa kien jirrappreżenta multiplu tal-profitt nett tagħha u kien ugwali għal nofs il-fondi proprji tagħha. Barra minn hekk, din il-multa tippreġudika r-reputazzjoni tagħha u għandha konsegwenzi kunsiderevoli ħafna fuq il-possibbiltajiet tagħha ta’ investiment u ta’ tkabbir. Fid-dawl ta’ dawn il-punti, l-appellanti tikkunsidra li jkun ġustifikat tnaqqis ta’ 5 % tal-multa li kienet imposta fuqha.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Prinċipalment, il-Kummissjoni tikkontesta l-affermazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li teżamina l-funzjonament tagħha stess sa fejn, minn naħa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali ma jistax iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża u, min-naħa l-oħra, ma jkunx xieraq jekk il-Qorti Ġenerali tkun obbligata tivverifika, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, jekk offrietx lill-partijiet fil-kawża protezzjoni<?PAGE NO="13"?> ġudizzjarja effettiva għaliex, f’każ bħal dan, il-Qorti Ġenerali tkun qiegħda tiddeċiedi dwarha stess. Sussidjarjament, il-Kummissjoni tesprimi dubji dwar l-eżistenza, fil-każ ineżami, ta’ ksur, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar qabel kollox li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[k]ull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi, dan l-artikolu huwa marbut mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/07 P" PAGE.ECR="I-6155" YEAR="2009">C-385/07 P, Ġabra p. I-6155</REF.DOC.ECR>, punt 179 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>B’hekk, dan id-dritt, li l-eżistenza tiegħu kienet irrikonoxxuta qabel id-dħul fis-seħħ tal-Karta bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, japplika fil-kuntest ta’ rikors ġudizzjarju kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 178 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala ineffettiv, mingħajr ma eżaminatu, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni li Kendrion kienet invokat matul is-seduta, u dan minħabba li l-istħarriġ ġudizzjarju li kellha teżerċita kien jikkonċerna biss il-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-fondatezza ta’ din iċ-ċaħda, għandhom jiġu ppreċiżati r-rimedji u r-rimedji ġudizzjarji disponibbli għall-parti kkonċernata fil-każ ta’ ksur tal-prinċipju msemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-fatt li jkun inqabeż żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, sa fejn jikkostitwixxi irregolarità proċedurali li tikkostitwixxi ksur ta’ dritt fundamentali, għandu jintitola lill-parti kkonċernata għal rimedju effettiv li permezz tiegħu tkun tista’ tikseb kumpens adegwat (ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Kudla vs Il-Polonja, <HT TYPE="ITALIC">Recueil des arrêts et décisions</HT> 2000 XI, § 156 u 157).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għalkemm l-appellanti qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza appellata u, sussidjarjament, tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fl-assenza ta’ kull indizju li juri li t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali kellu impatt fuq l-eżitu tal-kawża, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 190 u 196, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza hija bbażata b’mod partikolari fuq il-kunsiderazzjoni li, fl-assenza ta’ impatt fuq l-eżitu tal-kawża tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, l-annullament tas-sentenza appellata ma jirrimedjax il-ksur, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 193).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, l-appellanti ma pprovdiet lill-Qorti tal-Ġustizzja ebda indizju ta’ natura li jindika li n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni seta’ kellu impatt fuq l-eżitu tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-raba’ aggravju invokat insostenn tal-appell ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata fl-intier tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Sa fejn l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma siltitx il-konsegwenzi neċessarji li kien jimplika n-nuqqas ta’ osservanza min-naħa ta’ din tal-aħħar ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, għandu jiġi osservat li l-appellanti ma hijiex qiegħda ssostni li pprovdiet lill-Qorti Ġenerali xi tip ta’ indizju ta’ natura li jindika li din l-irregolarità proċedurali seta’ kellha impatt fuq l-eżitu tal-kawża li kellha quddiemha l-Qorti Ġenerali u, għalhekk, setgħet tiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tippermetti, għas-sempliċi raġuni li ma kienx osservat żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, lil rikorrent jikkontesta l-fondatezza jew l-ammont ta’ multa meta jkunu ġew miċħuda l-motivi kollha mressqa kontra l-konstatazzjonijiet magħmula fir-rigward tal-ammont ta’ din il-multa u tal-aġir issanzjonat minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 194).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni fil-kuntest tal-eżami ta’ rikors ġudizzjarju ppreżentat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa fuq impriża minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iwassal għall-annullament, totali jew parzjali, tal-multa imposta permezz ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Sa fejn l-appellanti talbet, quddiem il-Qorti Ġenerali, tnaqqis tal-multa li kienet imposta fuqha sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi dannużi li ġarrbet minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura quddiem dik il-qorti, għandu jiġi kkonstatat li tali talba, minn naħa, għandha suġġett differenti minn dak ta’ proċedura għal annullament, li tkun limitata għall-istħarriġ tal-legalità tal-att ikkontestat, u, min-naħa l-oħra, timplika l-eżami ta’ fatti differenti minn dawk meħuda inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura għal annullament. Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 18 tas-sentenza appellata, li, fil-kuntest tar-rikors għal annullament li kellha quddiemha, il-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża setgħet tiġi evalwata biss fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li l-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha fid-data tal-adozzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ġustament bħala ineffettiv l-ilment imressaq minn Kendrion u bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Sa fejn l-appellanti qiegħda titlob, sussidjarjament, li l-Qorti tal-Ġustizzja tnaqqas, għall-istess raġunijiet bħal dawk invokati quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ammont tal-multa li kienet ġiet imposta fuqha, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li, il-Qorti tal-Ġustizzja, meta kellha quddiemha sitwazzjoni simili, laqgħet tali talba għal raġunijiet marbuta mal-ekonomija tal-ġudizzju u sabiex tiggarantixxi rimedju immedjat u effettiv kontra tali irregolarità proċedurali u, għalhekk, kienet naqqset l-ammont tal-multa (sentenza tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/95 P" PAGE.ECR="I-8417" YEAR="1998">C-185/95 P, Ġabra p. I-8417</REF.DOC.ECR>, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ kawża dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti iżda li ma timponix multa, iddeċidiet li n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni jista’ jagħti lok għal talba għad-danni (sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 195).</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-kawża ineżami tikkonċerna sitwazzjoni analoga għal dik li kienet wasslet għas-sentenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq. Madankollu, talba għad-danni mressqa kontra l-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 258 TFUE u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE tikkostitwixxi, sa fejn tista’ tkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn ikun inqabeż żmien raġonevoli fi proċedura, rimedju effettiv u ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jiġi invokat u ssanzjonat tali ksur.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi li ksur, minn qorti tal-Unjoni, tal-obbligu tagħha li jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta li tiddeċiedi l-kawżi mressqa quddiemha fi żmien raġonevoli, għandu jiġi ssanzjonat permezz ta’ rikors għad-danni ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali peress li tali rikors jikkostitwixxi rimedju effettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali stess.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi evalwat jekk il-Qorti Ġenerali osservatx il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, għandu jitfakkar li n-natura raġonevoli taż-żmien għall-għoti ta’ deċiżjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, bħalma huma l-kumplessità tat-tilwima u l-aġir tal-partijiet (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-lista tal-kriterji rilevanti ma hijiex eżawrjenti u li l-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli taż-żmien imsemmi ma teħtieġx eżami sistematiku taċ-ċirkustanzi tal-kawża fid-dawl ta’ kull wieħed minn dawn il-kriterji meta t-tul tal-proċedura jidher li jkun iġġustifikat fir-rigward ta’ wieħed minn dawn il-kriterji. B’hekk, il-kumplessità tal-kawża jew aġir dilatorju min-naħa tar-rikorrent jistgħu jitqiesu li jiġġustifikaw tul ta’ żmien li <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> jkun jidher twil wisq (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 182 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fl-eżami ta’ dawn il-kriterji, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, fil-każ ta’ tilwima dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ir-rekwiżit fundamentali ta’ ċertezza legali li għandhom jibbenefikaw minnha l-operaturi ekonomiċi u l-għan li jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern huma ta’ interess kunsiderevoli mhux biss għar-rikorrent stess u għall-kompetituri tiegħu iżda wkoll għal terzi, u dan minħabba n-numru kbir ta’ persuni kkonċernati u ta’ interessi finanzjarji inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 186 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Hija wkoll il-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa kemm ir-realtà tad-dannu invokat kif ukoll ir-rabta kawżali bejn dan id-dannu u t-tul eċċessiv tal-proċedura ġudizzjarja kontenzjuża billi teżamina l-provi prodotti għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, fil-każ ta’ rikors għad-danni bbażat fuq ksur, min-naħa tal-Qorti Ġenerali, tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, sa fejn allegatament ma osservatx ir-rekwiżiti marbuta mal-osservanza ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali għandha, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipji ġenerali applikabbli fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri sabiex jiġu ttrattati r-rikorsi bbażati fuq ksur simili. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali għandha b’mod partikolari tistħarreġ jekk tistax tiġi identifikata, minbarra l-eżistenza ta’ dannu materjali, l-eżistenza ta’ dannu immaterjali li setgħet ġarrbet il-parti milquta mill-qbiż ta’ żmien raġonevoli u li, jekk ikun il-każ, għandu jkun is-suġġett ta’ kumpens adegwat.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali, li għandha kompetenza bis-saħħa tal-Artikolu 256(1) TFUE, għandha tiddeċiedi dwar tali talbiet għad-danni u dan permezz ta’ kulleġġ ġudikanti differenti minn dak li jkun ittratta l-kawża li tkun wasslet għall-proċedura li t-tul tagħha jkun qiegħed jiġi kkritikat u billi tapplika l-kriterji ddefiniti fil-punti 96 sa 100 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>B’dan premess, għandu jiġi kkonstatat li t-tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, li damet għal kważi 5 snin u 9 xhur, ma jista’ jiġi ġġustifikat minn ebda waħda miċ-ċirkustanzi partikolari għall-kawża li tat lok għal din it-tilwima.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>B’mod partikolari, jirriżulta li l-perijodu bejn it-tmiem tal-proċedura bil-miktub, bil-preżentata, fi Frar 2007, tal-kontroreplika tal-Kummissjoni, u l-ftuħ, matul Diċembru 2010, tal-proċedura orali, kien ta’ madwar 3 snin u 10 xhur. It-tul ta’ dan il-perijodu ma jistax jiġi spjegat miċ-ċirkustanzi tal-kawża, u dan la mill-kumplessità tat-tilwima, la mill-aġir tal-partijiet u lanqas mill-intervent ta’ kwistjonijiet proċedurali.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kumplessità tat-tilwima, mill-eżami tar-rikors ippreżentat mill-appellanti, kif deskritt fil-qosor fil-punt 12 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li, għalkemm kienu jeħtieġu eżami ddettaljat, il-motivi invokati ma kinux jippreżentaw livell ta’ diffikultà partikolarment għoli. Għalkemm huwa minnu li ħmistax mid-destinatarji tad-deċiżjoni kontenzjuża ppreżentaw rikors għall-annullament tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, dan il-fatt ma setax iwaqqaf lill-Qorti Ġenerali milli tissintetizza l-proċess u milli tipprepara l-proċedura orali f’perijodu ta’ żmien iqsar minn 3 snin u 10 xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aġir tal-partijiet u tal-intervent ta’ kwistjonijiet proċedurali, għandu jiġi rrilevat li kien biss wara li ntemm dan il-perijodu ta’ 3 snin u 10 xhur li l-Qorti Ġenerali adottat, f’Diċembru 2010, miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura billi stiednet lil Kendrion twieġeb bil-miktub għal mistoqsija. Peress li l-appellanti wieġbet fit-<DATE ISO="20110112">12 ta’ Jannar 2011</DATE> fit-terminu mogħti, l-aġir tagħha għalhekk ma kellu ebda konsegwenza fuq it-tul globali tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta sa fejn ma osservatx ir-rekwiżiti marbuta mal-osservanza ta’ żmien raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni, ksur dan li jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi (sentenza tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Bergarderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/98 P" PAGE.ECR="I-5291" YEAR="2000">C-352/98 P, Ġabra p. I-5291</REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Madankollu, mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 81 sa 95 ta’ din is-sentenza jirriżulta li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellanti insostenn tal-appell tagħha ma jista’ jintlaqa’ u, għaldaqstant, dan l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-Regoli, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni talbet li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż u peress li l-appellanti tilfet, hemm lok li l-appellanti tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kendrion NV hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="17"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>