2002D0739 — MT — 03.07.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-3 ta’ Settembru 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-Eko-tikketta Komunitarja għaż-żebgħa u verniċi ta’ ġewwa u li temenda d-Deċiżjoni 1999/10/KE (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2002) 3202) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 236, 4.9.2002, p.4) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 173 |
29 |
3.7.2007 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Settembru 2002
li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-Eko-tikketta Komunitarja għaż-żebgħa u verniċi ta’ ġewwa u li temenda d-Deċiżjoni 1999/10/KE
(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2002) 3202)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2002/739/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja ( 1 ), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Bir-Regolament (KE) nru 1980/2000 l-Eko-tikketta Komunitarja tista’ tingħata lill- Prodotti li jippossjedu karatteristiċi li jippermettulhom li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għat-titjib fil-kwalità ta’ ċertu aspetti improtanti fil-qasam ambjentali. |
|
(2) |
Ir-Regola (KE) No 1980/2000 tipprovdi li kriterji fuq l-eko-tikketti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
Jipprovdi ukoll illi r-reviżjoni tal-kriterji ta’ l-Eko-tikketta, kif ukoll ta’ l-istima u r-rekwiżiti għal verifikazzjoni relatati ma’ dawn il-kriterji, għandha sseħħ fi żmien qabel ma jintemm il-perjodu tal-validità tal-kriterji speċifiċi ta’ kull grupp ta’ prodotti.. Dik ir-reviżjoni għandha tagħti rizultat fi proposta għall-prolongament, irtirar jew reviżjoni. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-18 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxu l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-eko-tikketta Komunitarja għall-żebgħa u verniċ għandhom jiġu riveduti ( 2 ) sabiex jirriflettu l-iżviluppi tas-suq. Fl-istess ħin, il- perjodu ta’ validità ta’ dik id-Deċiżjoni, kif ġie estiż bid-Deċiżjoni Nru 2001/608/KE ( 3 ) u d-definizzjoni ta’ dak il-grupp ta’ prodotti għandu jiġi mmodifikat. |
|
(5) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għal dan il-grupp ta’ prodotti għandha tiġi adottata, u għandha tkun valida għal perjodu ta’ ħames snin. |
|
(6) |
Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar, iż-żewġ kriterji ġodda stabbiliti mid-Deċiżjoni 1999/10/KE ikunu validi kontemporanjament, sabiex ikun hemm biżżejjed ħin għall-kumpaniji li ngħataw, jew li applikaw għall-eko-tikketta tal-prodotti tagħhom qabel id-data li fiha din id-Deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ sabiex jirranġaw dawk il-prodotti b’mod li jsiru konformi mal-kriterji l-ġodda. |
|
(7) |
Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma bbażati fuq l-abbozz ta’ kriterji stabbilit mill-Bord ta’ l-Eko-Tiketti ta’ L-Unjoni Ewropea stabbilit b’l-Arikolu 13 tar- Regola (KE) Nru. 1980/2000. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regola (KE) Nru. 1980/2000, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Sabiex tingħata l-Eko-tikketta Komunitarja bir-Regola (KE) Nru 1980/2000, iż-żebgħa u l-verniċ għandhom ikunu fil-grupp ta’ prodotti “żebgħa u verniċi ta’ ġewwa”, kif definit mill-Artikolu 2, u għandhom ikunu konformi mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċizjoni.
Artikolu 2
1. Il-grupp ta’ prodotti “żebgħa u verniċ ta’ ġewwa” għandu jinkludi żebgħa dekorattiva u verniċ ta’ ġewwa, kulur għall-injam u prodotti relatati, f’konformità mal-paragrafu 2, għall-użu ta’ do-it-yourself u użu professjonali; u dawk li ġew żviluppati għall-użu fuq ġewwa jew huma rreklamati għal dan l-użu..
Dan jinkludi, inter alia, kowting tal-paviment u żebgħa tal-paviment; prodotti li jkollhom lewn miżjud b’talba tad-dekoraturi dilettanti jew professjonali; żebgħa dekorattiva f’forma likwida jew pejst, li jistgħu jkunu ppreparati, miżjuda mill-manifattur sabiex jolqot il-bżonnijiet tal-konsumaturi, u li jinkludi prajmer, (u undercoat) ta’ dawn il-prodotti.
2. “Żebgħa” tfisser materja, likwida, pejst, jew trab miżjuda bil-pigment u li meta tiġi applikata, toħloq kowting opak li jipproteġi, jiddekora jew li għandu speċifikazzjonijiet tekniċi.
“Verniċ” ifisser kowting trasparenti u li meta jkun applikat jagħmel kowting trasparenti u solidu li jipproteġi, jiddekora jew li għandu speċifikazzjonijiet tekniċi.
Wara li jkunu applikati, iż-żebgħa jew il-verniċ jinxfu għall-forma solida, aderenti u protettiv.
Żebgħa u verniċ dekorattivi huma mit-tip li jiġu applikati lill-bini, u għal għanijiet dekorattivi u protettivi. Huma jkunu applikati in situ. Filwaqt li l-funzjoni prinċipali tagħhom hi waħda dekorattiva, huma għandhom funzjoni protettiva ukoll.
Il-kuluri għall-injam (lasures) jagħmlu kowt protettiv, trasparenti jew semi-trasparenti, għall użu dekorattiv u protettiv għall-injam kontra l-effetti tat-temp, u li jippermetu l-iffaċilitar tal-manutenzjoni..
3. Il-Prodotti li ġejjin m’humiex inklużi fil-grupp ta’ prodotti:
(a) li jagħtu kowt kontra l-korrużjoni;
(b) li jagħtu kowt kontra l-imuffar;
(ċ) prodotti li jippreservaw l-injam;
(d) Kowting għal-użu industrijali u professjonali partikolari, inkluż kowting industrijali u prodotti ppakkettati doppji;
(e) prodotti għall-użu speċifiku, inlkużi prodotti li ma jippermettux tebgħat fl-injam u primers li jippenetraw fil-fond;
(f) li jagħtu kowt lil faċċati;
(g) kwalunkwe prodott li ġie żviluppat primarjament għall-użu estern u rreklamati għal dan l-iskop.
Artikolu 3
Għal raġunijiet amministrattivi, In-numru assenjat lill-grupp ta’ prodotti “żebgħa u verniċ ta’ ġewwa” huwa “007”.
Artikolu 4
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1999/10/KE huwa mibdul b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Id-Definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti u l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Awissu 2003.”
Artikolu 5
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti taż-żebgħa u verniċ ta’ ġewwa, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta’ evalwazzjoni u verifikazzjoni, se jibqgħu validi sat-28 ta’ Frar 2009.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
STRUTTURA
L-għanijiet tal- kriterji
Dawn il-kriterji għandhom l-għan partikolari li jilħqu:
— l-użu effiċjenti tal-prodotti u t-tnaqqis tal-ħela,
— it-tnaqqis tar-riskji ambjentali u oħrajn (bħalma hu l-ożon troposferiku) billi jitnaqQsu l-emissjonijiet tas-sustanzi,
— it-tnaqqis tar-rimi ta’ sostanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ilmijiet.
Il- kriterji għandhom livelli li jippromwovu l-ittikkettjar tal-prodotti ta’ żebgħa u verniċ ta’ ġewwa li għandhom impatt imnaqqas fuq l-ambejnt.
Rekwiżiti ta’ stima u verifikazzjoni
Ir-Rekwiżiti speċifiċi ta’ stima u verifikazzjoni huma indikati f’kull kriterju.
Fejn l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumenti, stimi, rapporti ta’ testijiet jew evidenza oħra sabiex jixhed il-konformità ma’ dawn il-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu jkunu oriġinati mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu jew tagħhom,eċċ, kif xieraq.
Fejn xieraq metodi ta’ ittestjar minn barra dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk dawn huma aċċettati mill-korp kompetenti li qed jistima l-applikazzjoni.
Fejn xieraq il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumenti supplenti kif ukoll jistgħu jagħmlu l-verifikazzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti.
Il-korpi kompetenti huma rrakkomandati sabiex jagħtu każ ta’ l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ l-immaniġġjar ambjentali rrikonoxxuti, bħalma huma EMAS jew EN ISO14001, meta jistimaw l-applikazzjonijiet u għandhom iħarsu l-konformità mal-kriterji. (Nota: mhux rikjest li dawn l-iskemi ta’ amministrazzjoni jiġu implimentati).
KRITERJI
1. Pigmenti bojod
(a) Kontenut ta’ pigment abjad (pigmenti bojod inorganiċi b’indiċi rifrattiv ogħla minn 1,8): Iż-żebgħa għandu jkollha kontenut ta’ pigment abjad daqs jew inqas minn 38 g għal kull m2 ta’ lega niexfa, b’opaċità ta’98 %. Dan il-provvediment ma japplikax għal verniċ u kulur għall-injam.
Stima u verifikazzjoni: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu jew jipprovdi l-kontenut ta’ pigmenti bojod u r-rata li bihom dawn jixterrdu (kif rikjest fil-kriterju 6(a), flimkien ma’ kalkolazzjoni ddettaljata li turi l-konformità ma’ dan il-kriterju.
(b) Diossidu tat-titanju: L-emissjonijiet jew ir-rimi ta’ ħela minn prodotti tal-pigment tad-diossidu tat-titanju m’għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:
— l-emissjonijiet ta’ SOx (espressi bħala SO2): 300 mg għal kull m2 ta’ lega niexfa (opaċità ta’ 98 %),
— rimi ta’ sulfat: 20 °g għal kull m2 ta’ lega niexfa (opaċità ta’ 98 %),
— rimi ta’ klorur: 5, 9 u 18 g għal kull m2 ta’ lega niexfa (opaċità ta’ 98 %) rispettivament għal retile naturali, retile sintetiku and metalli tal-gagazza slag ores.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jew jipprovdi dikjarazzjoni li ma jintużawx dawn il-kemikali jew jipprovdi dokumenti ta’ sostenn li jindikaw il-livelli ta’ emissjonijiet u ta’ rimi rispettivi f’dawn il-parametri, il-kontenut ta’ diossidu tat-titanju tal-prodott, ir-rata ta’ diffużjoni (kif inhu mitlub fil-kriterju 6(a)), flimkien ma’ kalkolazzjonijiet iddettaljati li juri l-konformità ma’ dan il- kriterju.
2. Komposizzjonijiet organiċi li huma volatili (VACS)
Il- kontenut ta’ komposizzjonijiet organiċi li huma volatili m’għandux jeċċedi:
— żebgħa tal-ħajt (skond EN 13300): 30 g/l (naqqas l-ilma),
— żebgħat oħra b’rata ta diffużjoni ta’ aktar minn least 15 m2/l b’saħħa li jgħatti ta’ 98 % opaċità: 250 g/l (naqqas l-ilma),
— il-prodotti l-oħrajn kollha (inklużi żebgħat li m’humiex tal-ħajt u li għandhom rata ta’ diffużjoni ta’ inqas minn 15 m2/l, verniċi, kulur għall-injam, kowtings tal-pavimenti u żebgħat tal-pavimenti u prodoti rrelatati): 180 g/l (naqqas l-ilma). F’dan il-kuntest, komposizzjoni organika volatili hi kwalunkwe komposizzjoni organika li għandha, taħt kondizzjonijiet normali barometriki, jagħlu (jew jibdew jagħlu) f’temperatura ta’ inqas, jew daqs 250 °C.
Stima u verfikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Għal kull prodott, l-applikant għandu jindika il-kontenut ta’ komposizzjonijiet organiċi li huma. Fejn Xieraq, ir-rata ta’ diffużjoni (ikkalkolata skond il-kriterju meħtieġ fil-kriterju 6(a)) għandu jkun indikat.
3. Idrokarboni aromatiċi volatili (VHS)
Il-Kontenut VA m’għandux jeċċedi:
— żebgħa tal-ħajt (skond EN 13300): 0,15 % tal-prodott (m/m),
— Il-prodotti l-oħrajn kollha (inklużi żebgħat li m’humiex tal-ħajt u li għandhom rata ta’ diffużjoni ta’ inqas minn 15 m2/l, verniċi, kulur għall-injam, kowtings tal-pavimenti u żebgħat tal-pavimenti u prodoti relatati): 0,4 % tal-prodott (m/m). F’dan il-kuntest, idrokarboni aromatiċi volatili li, taħt kundizzjonijiet normali baromertriki, jagħlu f’tempertaura ta’, jew inqas minn 250 °C u li għandhom ta’ l-anqas nukleu aromatiku fil-formula strutturali żviluppata.
Stima and verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Għal kull prodott, l-applikant għandu jindika il-kontenut ta’ VA.
4. Metalli tqal
Il-metalli tqal li ġejjin jew il-komposizzjonijiet tagħhom m’għandhomx jintużaw bħala ingredjenti fil-prodott (kemm bħala sustanza jew bħala parti minn preparazzjoni użata): kadmju, ċomb, kromjuVI, merkurju, arseniku.
Huwa aċċettat illi dawn l-ingredjenti jistgħu jkollhom traċċi ta’ dawn il-metalli li jiġu mill-impuritajiet fil-materja prima.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
5. Sustanzi Perikolużi
(a) Il-Prodott: Il-prodott m’għandux jiġi kklassifikat bħala tossiku ħafna, tossiku, perikoluż għall-ambjent, karsinoġeniku, tossiku għar-riproduzzjoni jew li jikkawża mutamenti skond id-Direttiva 1999/45/KE.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ l-ingredjenti u d-dokumenti relattivi (bħal formula bl-informazzjoni fuq il-materjali u s-sigurtà).
(b) Ingredjenti (tossiċi ħafna, tossiċi, perikolużi għall-ambjent, karsinoġeniċi, jikkawżaw mutamenti, tossiku għar-riproduzzjoni): L-ebda ingredjent (sustanza jew preparazzjoni) li jkollu jew li jista’ jkollu waqt li qed jiġi użat kwalunkwe fażi ta’ riskju (jew kombinazzjoni tagħhom) m’għandu jiġi użat:
R23 (tossiku għan-nifs)
R24 (tossiku f’kuntatt mal-ġilda)
R25 (tossiku jekk jinbela’)
R26 (tossiku ħafna għan-nifs)
R27 (tossiku ħafna f’kuntatt mal-ġilda)
R28 (tossiku ħafna jekk jinbela’)
R39 (perikolu ta’ effeti serji irreversibbli)
R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),
R46 (jista’ jikkawża danni ġenetiċi ereditarji),
R48 (perikolu ta’ danni serji lis-saħħa b’esposizzjoni prolungata)
R60 (jista’ jfixkel il-fertilità),
R61 (jista’ jikkawża dannu lit-tarbija fil-ġuf),
bħalma hu stabbiliti fid- Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi rrelatati mal-klassifikazzjoni, l-ippakkettjar u l-ittikkettjar ta’ sostanzi perikolużi, u l-emendi sussegwenti, jew id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkettjar u l-ittikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi ( 4 ) u l-emendi sussegwenti.
L-ingredjenti attivi użati bħala preservattivi fil-formula u li huma assenjati xi wieħed mir-riskji msemmija f’R23, R24, R25, R26, R27, R28, R39 jew R48 (jew kombinazzjonijiet tagħhom) jistgħu madanakollu jkunu użati sa’ limitu ta’ 0,1 % (m/m) tal-formulazzjoni totali taż-żebgħa.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ l-ingredjenti u d-dokumenti relattivi (bħal formula bl-informazzjoni fuq il-materjali u s-sigurtà).
(ċ) Ingredjenti (perikolużi għall-ambjent): L-ebda ingredjent (sustanza jew preparazzjoni) li jkollu jew li jista’ jkollu, waqt li qed jiġi użat, kwalunkwe fażi ta’ riskju (jew kombinazzjoni tagħhom):
R50 (tossiku ħafna għal organiżmi akwatiċi),
R51 (tossiku għal organiżmi akwatiċi),
R52 (perikoluż għal organiżmi akwatiċi),
R53 (jista’ jikkawża effetti ħżiena għal tul ta’ żmien fl-ambjent akwatiku),
kif inhu stabbilit fid-Direttiva 67/548/KEE jew id-Direttiva 1999/45/KE, għandu jeċċedi 2,5 % bil-piż tal-prodotti.
Is-somma totali ta’ l-ingredjenti kollha li jkollhom jew li jista’ jingħatalhom ir-riskji imsemmija (jew kombinazzjonijiet tagħhom) m’għandux jeċċedi il 5 % tal-piż tal-prodott.
Dan l-obbligu ma japplikax għall-ammonja, akyl ammonja jew alkylammina.
Dan l-obbligu ma jaffettwax l-obbligu li jaderixxu ma’ l-obbligi mniżżla fil-kriterju 5(a)) fuq imsemmi.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ l-ingredjenti u d-dokumenti relattivi (bħal formula bl-informazzjoni fuq il-materjali u s-sigurtà).
(d) Alkylphenolethoxylates (APEOs): APEOS m’għandhomx jiġu użati.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(e) Eteri tal-glikol: Etere tad-dietelene glykol methil (DEGME, SAK 111-77-3) m’għandux jintuża.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(f) komposti ta’ l-Isothiazolinone: Il-kontenut ta’ komposti ta’ isothiazolinone fil-prodotti m’għandux jeċċedi 500 ppm. Il-kontenut tat- taħlita ta’ 5-kloro-2-methil-2H-isothiazol-3-one (EC No 247-500-7) u 2-methil-2H-isothiazol-3-one (KE No 220-239-6) (3:1) m’għandux jeċċedi l-15 ppm.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, li jindika l-ammonti (jekk użati).
(g) Formaldehydes: Il-kontenut ta’ formaldehyde ħieles preżenti fil-prodotti m’għandux jeċċedi 10 mg/kg. Aġġunti tal-Formaldehyde jistgħu jiġu miżjuda fi kwantitajiet illi jassiguraw li r-riżultat finali ma jeċċedix 10 mg/kg.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, jindika l-ammonti preżenti (jekk hemm) kif ikkalkolati bil-metodu tal-Merckoquant (ara minn l-Anness 2 sa’ RAL-UZ 102 għall-eżempji). Alternattivament il-kontenut ta’ formaldehyde jista’ jiġi kkalkolat bil-metodu VdL-RL 03 (VdL linja ta’ gwida 03) “konċentrazzjoni ‘In-can’ ta’ formaldehyde ddeterminata mill-metodu acetyl-acetone”, f’liema każ il-konċentrazzjoni m’għandhiex teċċedi 100 ppm. Metodi ta’ ttestjar ekwivalenti għal dawn jistgħu jkunu użati.
6. Kapaċita’ għall-użu
(a) Rata ta’ diffużjoni: Iż-żebgħat għandhom ikollhom rata ta diffużjoni (b’saħħa li jgħatti 98 %) ta’ iktar minn 8 m2 għal kull litru ta’prodotti.
Kowtings dekorattivi ta’ ċertu ħxuna (żebgħa li hi ddisinjata speċifikament sabiex jagħtu effett tridimensjonali u li għalhekk huma kkaratterizzati b’kowtijiet ta’ ċertu ħxuna) għandhom alternattivament ikollhom saħħa li jgħattu ta’ 2 m2 għall kg ta’ prodotti.
Dan l-obligu ma japplikax għall-verniċ, kulur għall-injam, kowtings tal-paviment, żebgħa tal-paviment, kowtings ta’ taħt, jew prajmers.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant u/jew il-formitur(i) għandhom jipprovdu rapport tat-test magħmul bil-metodu ISO 6504/1 (Żebgħa u verniċi – determinazzjoni ta’ saħħa li jgħatti – Parti 1: Metodu Kubelka-Munk għal żebgħa bajda u b’kulur ħafif) jew 6504/3 (Parti 3: determinazzjoni ta’ razzjon ta’ kuntrast (opaċità) ta’żebgħa ta’ kulur ħafif b’rata ta diffużjoni fissa), jew (għal żebgħa disinjata speċifikament biex tagħti effett dekorattiv tridimensjonali u kkaratterizzati minn żebgħa b’kowting oħxon) il-metodu NF T 30 073 (jew l-ekwivalenti tiegħu).
(b) Resistenza għall-għorik fil-ħasil: Żebgħa tal- ħajt (skond EN 13300) fejn jiġu rreklamati (kemm fil-prodott innifsu jew fir-reklamar) bħala prodotti li jistgħu jinħaslu jew jitnaddfu għandhom ikollhom resistenza għall-għorik fil-ħasil kif ikkalkolata minn EN 13300 u EN ISO 11998 tal-klassi 3 jew aħjar (mingħajr ma jeċċedi 70 microns wara 200 ċiklu). Fejn jiġI rreklamat illi dawn iż-żebgħat jifilħu għall-għorik, dawn għandhom ikollhom resistenza għall-għorik fil-ħasil tal-klassi 2 jew aħjar (li ma jeċċedux 20 microns wara 200 ċiklu).
Kowtings tal-paviment u żebgħat tal-paviment paints għandhom ikollhom resistenza għall-għorik fil-ħasil tal-klassi 1 (li ma jeċċedux 5 microns wara 200 ċiklu).
Stima u verifikazzjon: L-applikant u/jew il-formitur(i) għandhom jipprovdu rapport tat-test magħmul bil-metodu EN 13300 bl-użu tal-metodu EN ISO 11998 (test għal resistenza għall-ħasil u għall-għorik)
(ċ) Resistenza għall-ilma: Verniċ, kowtings għall-paviment u żebgħa għall-paviment għandhom ikollhom resistenza għall-ilma, kif iddeterminat b’EN ISO 2812-1 metodu 2, tant li wara li jkunu esposti għal 24 siegħa u 16-il siegħa biex jinxfu, ma jkunx hemm tibdil fil-gloss jew fil-kulur.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant u/jew il-formitur(i) għandhom jipprovdu rapport tat-test magħmul bil-metodu ISO 2812/1 metodu 2 (Żebgħa u verniċ - determinazzjoni ta’ resistenza għal-likwidi – Parti 1: Metodi ġenerali).
(d) Kapaċità biex teħel: Kowtings tal-pavimenti, żebgħa tal-pavimenti, u żebgħa ta’ taħt għandha ġġib riżultat ta’ mhux inqas minn 2 fit-test ta’ tweħħil EN 2409.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant u/jew il-formitur(i) għandhom jipprovdu rapport tat-test magħmul bil-metodu EN ISO 2409.
(e) Kapaċità li tiflaħ għall-brix: Kowtings tal-pavimenti u żebgħa tal-pavimenti għandhom ikollhom resistenza għall-għorik tal-klassi 1 skond EN 13300 (mingħajr ma jeċċedi 5 microns wara 200 ċiklu).
Stima u verifikazzjoni: L-applikant u/jew il-formitur(i) għandhom jipprovdu rapport tat-test li juri konformità ma’ dan il-kriterju bil-metodu msemmi f’EN 13300 (EN ISO 7784).
7. Informazzjoni għall-konsumatur
L-informazzjoni mniżżla hawnhekk għandha tkun miktuba fl-ippakkettjar jew tkun miżjuda mal-pakkett:
— l-użu, is-sustrat u l-kondizzjonijiet għall-użu illi l-prodott ikun maħsub għali. Dan għandu jinkludi pariri fuq preparamenti, eċċ, bħalma huma l-preparazzjoni korretta tas-sustrat, pariri fuq kif għandu jintuża għal barra (fejn xieraq), jew it-tempertatura,
— rakkomandazzjonijiet ta’ kif għandhom jitnaddfu l-għodda u r-rimi xieraq għall-ambjent (sabiex it-tniġġiż ta’ l-ilma jkun limitat). Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu adatti għat-tip ta’ prodotti u għall-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn il-prodotti u jistgħu jagħmlu użu minn stampi li jispjegaw l-użu fejn xieraq,
— rakkomandazzjonijiet dwar kondizzjonijiet li fihom jista’ jiġi merfugħ wara li l-prodott jinfetaħ (sabiex jiġi kkontrollat rimi solidu), inklużi pariri fuq sigurtà fejn xieraq,
— rakkomandazzjonijiet fuq miżuri ta’ protezzjoni preventiva għal min ikun qed jiżbogħ, b’mod partikolari għal min ikun qed jaħdem f’postijiet magħluqin jew b’żebgħat li jaqgħu fil-klassi 2 u żebgħat f’kontenut għoli ta’ solidi. Il-kliem li ġej, (jew l-ekwivalenti tiegħhu) għandu jidher fl-ippakkettjar jew ikun miżjud mal-pakket:“Għal aktar informazzjoni fuq kif dal-prodott ingħata l-Fjura jekk jogħġbok żur il- website: http: europa.eu.int/ecolabel”
Stima u verifikazzjoni: Kampjun tal-pakkett tal-prodott għandu jkun ippreżentat ma’ l-applikazzjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
8. Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta
It-2 kaxxa ta’ l-eko-tikketta għandha jkollha dan il-kliem:
“prestazzjoni tajba għall-użu fuq ġewwa
is-sostanzi perikolużi huma ristretti
kontenut baxx ta’ solventi”.
Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ l-ippakkettjar tal-prodotti juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
( 1 ) ĠU L 237, tal-21.9.2000, pġ. 1.
( 2 ) ĠU L 5, tad-9.1.1999, pġ. 77
( 3 ) ĠU L 214, tat-8.8.2001, pġ. 43
( 4 ) ĠU L 200, tat-30.7.1999, pġ. 1.