|
6.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11036 – EP POWER EUROPE / CAMDEN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 82/03)
1.
Fit-23 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EP Power Europe, a.s. (“EPPE”, iċ-Ċekja), li tappartjeni għall-EPH Group (iċ-Ċekja), ikkontrollata minn Daniel Křetínský, |
|
— |
Camden B.V. (“Camden”, in-Netherlands). |
EPPE se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Camden kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
EPPE tappartjeni għall-EPH Group, li huwa utilità tal-enerġija integrata vertikalment b’diversi attivitajiet li jinkludu l-estrazzjoni tal-linjite, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriċità u tas-sħana kif ukoll it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-provvista tal-gass, |
|
— |
Camden hija attiva fin-Netherlands fil-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriċità, il-forniment ta’ ċerti servizzi ta’ bbilanċjar u anċillari, il-kummerċ finanzjarju tal-elettriċità u l-kummerċ tal-gass fuq hub. Camden għandha sehem ta’ 100 % fl-impjant tal-enerġija b’ċiklu kkombinat li jaħdem bil-gass (combined cycle gas turbine, CCGT) ta’ MaasStroom u sehem ta’ 50 % fl-impjant tal-enerġija CCGT li jaħdem bil-gass tal-Enecogen, it-tnejn li huma jinsabu f’Rotterdam. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11036 – EP POWER EUROPE / CAMDEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).