31996F0277



Official Journal L 105 , 27/04/1996 P. 0001 - 0002


Azzjoni konġunta

tat-22 t' April 1996

adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, dwar qafas għall-iskambju ta' maġistrati li jikkollegaw direttament sabiex tittejjeb il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(96/277/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu K.3 (2) (b) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Taljana,

Billi l-Istati Membri jikkunsidraw li għandhom interess komuni biex jadottaw miżuri li jtejbu il-koperazzjoni ġudizzjarja, kemm f'afffarijiet kriminali kif ukoll ċivili;

Billi, għal dak il-għan, l-iskambju bejn il-maġistrati jew uffiċjali biex jaġixxu bħala ħolqa bejn l-Istati Membri li hekk jixtiequ tikkonstitwixxi miżura utili u mixtieqa;

Billi l-iskambju bejn maġistrati jew uffiċjali li jikkollegaw direttament jista' jżid il-veloċità u l-effettività tal-koperazzjoni ġudizzjarja u fl-istess waqt jiffaċilita ftehim reċiproku aħjar bejn is-sistemi legali u ġudizzjarji ta' l-Istati Membri;

Billi aktar koperazzjoni ġudizzjarja effettiva fi kwistjonijiet kriminali tista' wkoll tgħin biex b'mod effettiv tiġi miġġielda kull forma ta' kriminalità transnazzjonali, b' mod partikolari il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, kif ukoll frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

Billi din l-azzjoni konġunta ma taffetwax regoli ta' proċedura għal koperazzjoni ġudizzjarja eżistenti jew l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni bbażati fuq strumenti oħra;

Wara ħarsa pożittiva lejn l-inzzjattivi diġà meħuda minn numru ta' Stati Membri li bagħtu għand, jew irċevew mingħand awtoritajiet kompetenti għall-koperazzjoni ġudizzjarja u l-inizzjattivi kurrenti biex tiġi stabbilita sistema effettiva ta' punti ta' kuntatti ġudizzjarji biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata internazzjonali;

Wara li kkunsidraw il-bżonn li jiddefenixxu qafas ġudizzjarju ċar u utili għall-inizzjattivi diġà fis-seħħ sabiex iżidu l-effettività tagħhom u jippromwovu il-kordinazzjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA;

Artikolu 1

Skambju ta' magistrati li jikkollegaw direttament

1. Din l-azzjoni konġunta tistabbilixxi qafas għal impjiegi jew skambju ta' maġistrati jew uffiċjali speċjalizzati fi proċeduri ta' koperazzjoni ġudizzjarja minn hawnhekk iżjed ‘il quddiem, hekk imsejħa "maġistrati li jikkollegaw direttament", bejn l-Istati Membri, fuq il-bażi ta' arranġamenti bi-laterali jew multi-laterali.

2. L-Istati Membri jaqblu illi, il-gwidi stabbiliti f'din l-azzjoni konġunta jservu ta' referenza meta jiddeċiedu li jibagħtu maġistrati li jikkollegaw direttament fi Stat Membru ieħor jew li jagħmlu skambju bejn maġistrati li jikkollegaw direttament.

3. L-għan prinċipali li jiġi kkreat qafas għal l-iskambju ta' maġistrati li jikkollegaw direttament huwa li tiżdied il-veloċità u l-effettività tal-koperazzjoni ġudizzjarja u sabiex tiġi promossa l-ġabra komuni ta' informazzjoni fuq is-sistemi legali u ġidizzjarji ta' l-Istati Membri u biex tiġi mtejba l-funzjoni tagħhom.

Artikolu 2

Il-funzjoni tal-maġistrati li jikkollegaw direttament

1. Il-kompiti tal-maġistrati li jikkollegaw direttament jinkludi normalment kull attività maħsuba biex tinkoraġġixxi u tħaffef kull forma ta' koperazzjoni ġudizzjarja f'argumenti kriminali, u meta approprjat, f'dawk ċivili, b'mod partikolari billi jistabbilixxu kuntatti diretti ma' dipartimenti u awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti ta' l-Istat li qiegħed jilqagħhom għandu.

2. Il-kompiti tal-maġistrati li jikkollegaw direttament, taħt arranġamenti magħmula bejn l-Istat Membru li qiegħed jibgħathom u dak li qiegħed jilqagħhom, jistgħu jinkludu kull attività li għandha x'taqsam ma' kif jiġi ikkontrollat l-iskambju ta' informazzjoni u statistika maħsuba sabiex jippromwovu ftehim reċiproku tas-sistemi legali u s-sorsi legali ta l-Istati kkonċernati u għal aktar relazzjonijiet bejn il-professjonijiet legali ta' kull wieħed minn dawn l-Istati.

Artikolu 3

Skambju ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom iżommu lil xulxin informati skond l-inizzjattivi tal-Kunsill diġà fis-seħħ u dawk meħuda sabiex tiġi implimentata din l-azzjoni konġunta. Ta' kull sena, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iqiegħdu informazzjoni fuq l-iskambju ta' maġistrati li jikkollegaw direttament quddiem is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet finali

Din l-azzjoni konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-22 ta' April 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Agnelli

--------------------------------------------------