11.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9842 — Hitachi Chemical Company/Fiamm Energy Technology)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 196/05)

1.   

Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Hitachi Chemical Company Ltd (“HCC”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Showa Denko K.K. (“SDK”, il-Ġappun),

—

Fiamm Energy Technology S.p.A (“FET”, l-Italja).

HCC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-FET kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

HCC: il-produzzjoni tal-materjali funzjonali bħalma huma l-materjali elettroniċi, materjali inorganiċi, materjali tax-xjenza tal-polimeri u materjali għal ċirkwiti stampati u l-produzzjoni ta’ komponenti u sistemi avvanzati, bħalma huma prodotti tal-karozzi, apparati ta’ ħażna tal-enerġija, komponenti elettroniċi u aġenti u strumenti dijanjostiċi oħra,

—

FET: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ batteriji tal-aċidu u ċ-ċomb għall-istartjar u batteriji stazzjonarji. Bħalissa FET hija kkontrollata bi sħab minn HCC u Elettra 1938 S.p.A. (“Elettra”, l-Italja).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9842 — Hitachi Chemical Company/Fiamm Energy Technology

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.