01993R3199 — MT — 23.12.2018 — 012.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 (ĠU L 288 23.11.1993, p. 12) |
Emendat bi:
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3199/93
tat-22 ta' Novembru 1993
dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa
Artikolu 1
L-isnaturanti li huma impjegati f'kull Stat Membru għall-iskopijiet biex jiġi żnaturat kompletament l-alkoħol skond Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma kif deskritti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista ta' prodotti awtorizzati, bin-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS), għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.
|
Aċeton |
CAS: 67-64-1 |
|
Benżoat tad-denatonju |
CAS: 3734-33-6 |
|
Etanol |
CAS: 64-17-5 |
|
Etil terz-butil-etere |
CAS: 637-92-3 |
|
Fluworexxeina |
CAS: 2321-07-5 |
|
Petrol (inkluż petrol bla ċomb) |
CAS: 86290-81-5 |
|
Alkoħol isopropiliku |
CAS: 67-63-0 |
|
Pitrolju |
CAS: 8008-20-6 |
|
Pitrolju |
CAS: 64742-47-8 u 64742-48-9 |
|
Metanol |
CAS: 67-56-1 |
|
Metiletilketon (2-butanon) |
CAS: 78-93-3 |
|
Metilisobutilketon |
CAS: 108-10-1 |
|
Metilen blu (52015) |
CAS: 61-73-4 |
|
Solvent tan-nafta |
CAS: 92062-36-7 |
|
Trementina |
CAS: 8006-64-2 |
|
Petrol għal użu tekniku |
CAS: 92045-57-3 |
It-terminu “etanol assolut” f'dan l-Anness għandu l-istess tifsira bħat-terminu “alkoħol assolut” użat mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata.
Fl-Istati Membri kollha, kwalunkwe żebgħa tista' tiġi miżjuda mal-alkoħol żnaturat biex tagħtih kulur karatteristiku, u jsir immedjatament identifikabbli.
I. Il-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament użata fil-Belġju, fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, f'Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, fl-Ungerija, f'Malta, fin-Netherlands, fl-Awstrija, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovenja, fis-Slovakkja u fil-Finlandja:
Għal kull ettolitru etanol assolut:
— Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,
— Litru (1,0 l) metiletilketon,
— 1,0 gramma benżoat tad-denatonju.
II. Konċentrazzjoni ikbar tal-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użata fl-Istati Membri li ġejjin:
Ir-Renju Unit.
Għal kull ettolitru etanol assolut:
— 3,0 litri alkoħol isopropiliku,
— 3,0 litri metiletilketon,
— 1,0 gramma benżoat tad-denatonju.
Il-Kroazja
Għal kull ettolitru etanol assolut:
Minimu ta':
— Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,
— Litru (1,0 l) metiletilketon,
— Gramma (1,0 g) benżoat tad-denatonju.
L-Iżvezja
Għal kull ettolitru etanol assolut:
— Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,
— 2,0 litri metiletilketon,
— Gramma (1,0 g) benżoat tad-denatonju.
III. Proċeduri addizzjonali tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użati f'ċerti Stati Membri:
Ir-Repubblika Ċeka
Għal kull ettolitru etanol assolut:
— 0,4 litru solvent tan-nafta,
— 0,2 litru pitrolju,
— 0,1 litru petrol għal użu tekniku.
Il-Greċja
Alkoħol ta' kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 96 % tal-volum jista' jiġi żnaturat.
Għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % tal-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:
— 2,0 litri metanol,
— Litru (1,0 l) trementina,
— 0,50 litru pitrolju,
— 0,40 gramma metilen blu.
F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott finali, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % tal-volum.
Il-Finlandja — awtorizzata sal-31.12.2018
Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
1. 2,0 litri metiletilketon,
3,0 litri metilisobutilketon.
2. 2,0 litri aċeton,
3,0 litri metilisobutilketon.