28.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/871

tas-27 ta’ April 2023

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/855 tal-24 ta’ April 2023 dwar Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/855, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova), inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-24 ta’ April 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li s-Sur Cosmin DINESCU jinħatar bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPM Moldova sal-24 ta’ April 2024.

(3)

Jenħtieġ tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ EUPM Moldova mill-25 ta’ April 2023 sal-24 ta’ April 2024,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Cosmin DINESCU huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) mill-25 ta’ April 2023 sal-24 ta' April 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-25 ta’ April 2023.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 110, 25.4.2023, p. 30.