02019R0804 — MT — 25.09.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/804

tas-17 ta' Mejju 2019

li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 132 20.5.2019, p. 28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1459 tat-2 ta’ Settembru 2022

  L 229

22

5.9.2022




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/804

tas-17 ta' Mejju 2019

li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittivi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.  
Il-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, is-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawn is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Diċembru 2019 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2.  
Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Ġunju 2020 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3.  
Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Ġunju 2021 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 jitħassru.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Selenju f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi

▼M1

3b810

—

Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, inattivata

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ selenju organiku:

Kontenut ta’ selenju: 2 000 sa 2 400  mg Se/kg

Selenju organiku > 97 sa 99 % ta’ selenju totali

Selenometjonina > 63 % ta’ selenju totali

L-ispeċijiet kollha

—

 

0,50 (total)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jindikaw il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jixxejnu jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali.

4.  Supplimentazzjoni massima bis-selenju organiku:

0,2 mg Se/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

id-9 ta’ Ġunju 2029

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Selenometjonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060

Formula kimika: C5H11NO2Se

Metodu analitiku (1)

Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija likwida ta’ rendiment għoli f’fażi inversa b’detezzjoni tal-UV (RP-HPLC-UV) jew

— kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja u spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (HPLC-ICPMS) wara diġestjoni proteolitika trippla.

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) jew

— spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICPMS).

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves (EN 16159:2012).

3b810i

—

Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, inattivata

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ selenju organiku:

Kontenut ta’ selenju 3 000 - 3 500  mg Se/kg

Selenju organiku > 97 sa 99 % ta’ selenju totali

Selenometjonina > 63 % ta’ selenju totali

L-ispeċijiet kollha

—

 

0,50 (total)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.  L-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jindikaw il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jixxejnu jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

4.  Supplimentazzjoni massima bis-selenju organiku:

0,2 mg Se/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

5.  Il-potenzjal tiegħu li jarmi t-trab għandu jiżgura esponiment massimu għas-Se ta’ 0,2 mg Se/m3

id-9 ta’ Ġunju 2029

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Selenometjonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060

Formula kimika: C5H11NO2Se

Metodu analitiku (1)

Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija likwida ta’ rendiment għoli f’fażi inversa b’detezzjoni tal-UV (RP-HPLC-UV) jew

— kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja u spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (HPLC-ICPMS) wara diġestjoni proteolitika trippla.

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) jew

— spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICPMS).

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves (EN 16159:2012).

▼B

3b811

—

Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, mhux attivata

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' selenju organiku:

Kontenut ta' selenju: 2 000 sa 3 500  mg ta' Se/kg

Selenju organiku > 98 % tas-selenju totali

Selenometijonina > 63 % tas-selenju totali

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397

Formula kimika: C5H11NO2Se

Metodu analitiku (1)

Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa b'detezzjoni tal-UV (RP-HPLC-UV) jew

— kromatografija likwida b'rendiment għoli u spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (HPLC-ICPMS) wara diġestjoni proteolitika trippla.

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) jew

— spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICPMS).

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves (EN 16159:2012).

L-ispeċijiet kollha

—

 

0,50 (total)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda, mal-mukożi jew mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta' tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv, inkluż b'protezzjoni għan-nifs, u b'nuċċalijiet u b'ingwanti tas-sikurezza..

3.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

4.  Supplimentazzjoni massima bis-selenju organiku:

0,20 mg Se/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

id-9 ta' Ġunju 2029

(1)   

Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en