|
26.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 422/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/2059
tat-23 ta’ Novembru 2021
dwar il-konferma mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/5/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u varat operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) għall-perijodu sal-31 ta’ Marzu 2021. |
|
(2) |
L-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 jipprevedi li, minkejja dak il-perijodu, l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-ġdid kull erba’ xhur u li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà għandu jtawwal l-operazzjoni sakemm l-iskjerament tal-assi marittimi tal-operazzjoni ma jipproduċix effett ta’ attrazzjoni fuq il-migrazzjoni abbażi ta’ evidenza sostanzjata miġbura skont il-kriterji stipulati fil-Pjan ta’ Operazzjonijiet. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/542 (2), li estendiet l-operazzjoni sal-31 ta’ Marzu 2023, soġġett għall-istess proċedura ta’ konferma mill-ġdid. |
|
(4) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni pprovda rapporti dwar il-fattur ta’ attrazzjoni għal kull xahar. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tal-operazzjoni tiġi kkonfermata mill-ġdid għas-sitt subperijodu ta’ erba’ xhur tal-mandat tagħha u jenħtieġ li l-operazzjoni tittawwal skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni ta’ EUNAVFOR MED IRINI hija b’dan ikkonfermata mill-ġdid u l-operazzjoni hija mtawla mill-1 ta’ Diċembru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/542 tas-26 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 108, 29.3.2021, p. 57).