Official Journal L 086 , 30/03/1999 P. 0006 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/1999 tad-29 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzi rappreżentattivi tal-laħam tat-tjur u fis-setturi tal-bajd u ta’ l-albumina tal-bajd, u li jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 15 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur tad-dar [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 15 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ tal-ovalbumina u tal-laktalbumina [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2916/95, u b’mod partikolari l-Artikoli 3(4) u 10 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 [6] kien ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 493/1999 [7] bi qbil mad-deċiżjoni meħuda fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinija tax-Xogħol sabiex isir obligatorju għal dazju addizzjonali li jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz cif ta’ l-importazzjoni; billi l-Artikoli 4(2) u 6 ta’dak ir-Regolament għandhom ukoll jiġu emendati bi qbil ma dik id-deċiżjoni; Billi hu neċċesarju li din l-emenda tiġi applikat kemm jista’ jkun malajr possibbli; Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Bajd u tal-Laħam tat-Tjur, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nu 1484/95 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 4(2) huwa mħassar; 2. fl-Artikolu 6, "stabbilit fl-Artikolu 1" huwa mibdul bi "li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika b’effett mill-25 ta’Marzu 1999. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 29 ta’Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.49. [2] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p.99. [3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.77. [4] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p.49. [5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.104. [6] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p.47. [7] ĠU L 59, tas-6.3.1999, p.15. --------------------------------------------------