Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu, fir-Reġjun tal-Wallonie, mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) – Impjanti eżistenti li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġis.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi awtorizza, fir-Reġjun tal-Wallonie, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, u dan minkejja l-iskadenza tat-terminu tat-30 ta’ Ottubru 2007, hekk kif inhu previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.