32001R2088



Official Journal L 282 , 26/10/2001 P. 0039 - 0039


Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 2088/2001

tal-25 ta’ Ottubru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2342/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi ta’ premiums

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/2001 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1512/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(8) l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1) Il-kalkolu tan-numru minimu u massimu tal-għoġiela li jkunu għadhom ma welldux espress bħala perċentwal kif stabbilit rispettivament fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 6(2) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jista’ jwassal għal riżultat li ma jkunx ċifra sħiħa. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni għat-tneħħija tax-xtur sabiex tinkiseb ċifra sħiħa tal-bhejjem.

(2) L-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella rigward l-iskemi tal-premiums [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1458/2001 [4], jistabbilixxi ċerti regoli dwar il-ħlas tal-ħlasijiet bil-quddiem. Id-domanda baxxa ssoktata b’riżultat tat-tħassib tal-konsumaturi dwar il-konsegwenzi tal-mard li nkixef matul dawn l-aħħar ftit xhur ipproduċiet sitwazzjoni diffiċli għas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella, hekk illi sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jissoktaw jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom għandha tiġi awtorizzata żieda fl-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem għall-premium speċjali, għall-premium tal-baqar li jreddgħu, għall-premium tal-qatla u ħlasijiet addizzjonali oħra.

(3) Minħabba l-mod kif qegħdin jiżviluppaw l-avvenimenti dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih.

(4) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2342/1999 huwa emendat kif ġej:

1. Jiġi mdaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

"L-Artikolu 29a

It-tneħħija tax-xtur fin-numru tal-bhejjem

Jekk il-kalkolu tan-numru minimu u massimu ta’ għoġġiela li jkunu għadhom ma welldux espress bħala perċentwal kif stabbilit rispettivament fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 6(2) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 jipproduċi riżultat li ma jkunx fih ċifra sħiħa, dan in-numru għandu jitneħħielu x-xtur sa l-eqreb ċifra jekk din tkun inqas minn 0,5 u sa l-eqreb ċifra sħiħa jekk din tkun 0,5 jew aktar."

2. Fl-Artikolu 41(1), l-aħħar subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Madankollu, rigward is-snin kalendarji 2000 u 2001 jrid jitħallas ħlas bil-quddiem egwali għal 80 % tal-premium speċjali, għall-primjum tal-baqar li jreddgħu, għall-premium tal-qatla u għall-ħlasijiet addizzjonali."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Madankollu, l-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 1.

[3] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30.

[4] ĠU L 194, tat-18.7.2001, p. 4.

--------------------------------------------------