/* KUMM/2010/0751 finali */ Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 3448/80 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 17.12.2010 KUMM(2010) 751 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 3448/80 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80 MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Numru ta' atti li ġew adottati matul id-deċennji li għaddew eżawrixxew l-effetti kollha tagħhom, iżda teknikament għadhom fis-seħħ. Dawn skadew minħabba l-karattru temporanju tagħhom jew inkella minħabba li l-kontenut tagħhom ġie inkorporat f'atti sussegwenti. Wara l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda, bosta miżuri marbuta mal-adeżjoni tagħhom issa skadew. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, fil-ftehim interistituzzjonali tagħhom dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, li l-liġijiet tal-Unjoni għandhom jiġu aġġornati u kkondensati billi jiġu rrevokati l-atti li ma għadhomx jiġu applikati[1]. Atti li ma għadhomx rilevanti għandhom jitneħħew mill-" acquis tal-Unjoni", sabiex titjieb it-trasparenza u ċ-ċertezza tal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni wettqet diversi eżerċizzji sabiex tneħħi l-leġiżlazzjoni skaduta mill- acquis , l-aktar billi tiddikjara l-atti rilevanti tal-Kummissjoni bħala skaduti. Dan l-aħħar, il-Kummissjoni ddikjarat mal-250 att agrikolu bħala atti skaduti, xi atti agrikoli oħra u xi 60 att fil-qasam tal-kummerċ fi prodotti agrikoli se jkunu ddikjarati skaduti dalwaqt[2]. Il-Kummissjoni identifikat att tal-Kunsill fil-qasam tal-kummerċ ta' merkanzija li tirriżulta mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, li huwa bbażat fuq l-Artikolu 43 tal- att tal-adeżjoni tal-1979, li eżawrixxa l-effetti prattiċi kollha, iżda li formalment għadu fis-seħħ. Mhuwiex fl-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tiddikjara l-atti li ġew adottati mill-Kunsill bħala atti skaduti. Fl-interess taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-atti elenkati f'din il-proposta għandhom jiġu rrevokati mill-Kunsill. Il-proposta tikkonċerna r-revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/1980 li jimplimenta l-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979 (l-Adeżjoni tal-Greċja fil-KE) dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati li huma barra mill-Anness I tat-Trattat. Dan ir-Regolament kien jistipula miżuri tranżitorji għall-kummerċ f'Merkanzija tat-tip li mhix fl-Anness I bejn il-KE ta’ Disgħa u l-Greċja. Peress li l-Greċja issa hija Membru sħiħ, dan ir-regolament skada u għandu jiġi rrevokat. Din il-proposta hija simili għal dik prevista għall-atti agrikoli skaduti fil-Programm Kontinwu ta’ Simplifikazzjoni adottat fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju, kif aġġornat dan l-aħħar - fid-dokument COM (2008) 712 l-Anness 2 għall-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2009. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jirrevoka ir-Regolament (KEE) Nru 3448/80 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-1979, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qed jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ. 2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/80 tat-22 ta’ Diċembru 1980 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tal-Att tal-Adeżjoni tal-1979, dwar is-sistema tal-kummerċ applikabbli għall-merkanzija koperta bir-Regolamenti (KEE) Nru 3033/80 u (KEE) Nru 3035/80[3] kien jistipula miżuri tranżitorji għall-kummerċ f'Merkanzija tat-tip li mhix fl-Anness I bejn il-KE u l-Greċja bejn l-1 ta' Novembru 1981 u l-31 ta' Lulju 1982. Peress li l-Greċja issa hija Membru sħiħ, dan ir-regolament sar bla suġġett u għalhekk skadut, u għandu konsegwentament ikun irtirat mill-" aquis tal-Unjoni" fis-seħħ. 3. Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, ir-Regolament (KE) Nru 3448/80 għandu jiġi rrevokat. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3448/1980 għandu jiġi rrevokat. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1. [2] ĠU C 30, 6.2.2009, p. 18. [3] ĠU L 359, 31.12.1980, p.18.