18.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9466 — Infineon/Cypress)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 314/11)

1.   

Fil-11 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Infineon Technologies AG (“Infineon”) (il-Ġermanja),

—

Cypress Semiconductor Corp. (“Cypress”) (l-Istati Uniti),

Infineon takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Cypress Semiconductor Corp (“Cypress”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal Infineon: Id-diżinjar, il-manfifattura u d-distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ semikondutturi u semikondutturi tal-kurrent, fost l-oħrajn, tranżisters, drivers, dijodi, mikrokontrolluri (inkluż bil-kontroll integrat, bil-frekwenza tar-radju u bis-sensuri), għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet.

—   Għal Cypress: il-manifattura u l-provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ sistemi integrati għas-swieq aħħarija awtomobilistiċi, industrijali, tal-konsumaturi u tal-impriżi. Il-portafoll tal-prodotti ta’ Cypress jinkludi mikrokontrolluri, ċirkwiti integrati analoġiċi, soluzzjonijiet ta’ konnettività mingħajr fili u bil-fili u prodotti ta’ memorja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9466 — Infineon/Cypress

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).