|
24.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/510
tat-22 ta’ Marzu 2021
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Frar 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (BĊE/2021/4) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021. |
|
(3) |
Id-Deutsche Bundesbank għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2026, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż sas-sena finanzjarja 2027. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2021 sa 2026, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż sas-sena finanzjarja 2027. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji mill-2021 sal-2026.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).