7.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 59/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/388

tas-6 ta' Marzu 2017

li tikkonferma l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tal-ittra lill-President tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2016, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jaċċetta r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

Ir-Renju Unit diġà jipparteċipa fil-Europol kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (2). Ma hemm l-ebda kundizzjonijiet speċifiċi marbutin mal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fir-Regolament (UE) 2016/794 u l-ebda ħtieġa għal miżuri tranżizzjonali.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fir-Regolament (UE) 2016/794 tkun ikkonfermata.

(4)

Sabiex ir-Renju Unit jitħalla jkompli jipparteċipa fil-Europol mill-1 ta' Mejju 2017 meta r-Regolament (UE) 2016/794 jibda japplika, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fir-Regolament (UE) 2016/794 hija kkonfermata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI, (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).