28.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9925 — Lactalis Nestlé produits frais/Certain assets of Parmalat)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 284/05)

1.   

Fid-19 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

B.S.A (Franza)

—

Nestlé S.A (l-Iżvizzera)

—

Lactalis Nestlé produits frais “LNPF” (Franza)

B.S.A. u Nestlé jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LNPF.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

B.S.A. hija l-kumpanija prinċipali tal-grupp Lactalis li hija attiva prinċipalment fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

—

Nestlé S.A. hija l-kumpanija prinċipali ta’ grupp internazzjonali, li huwa prinċipalment attiv fl-industrija tal-ikel. Nestlé hija primarjament involuta fil-produzzjoni, fil-kummerċjalizzazzjoni u fil-bejgħ ta’ varjetà kbira ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb, fosthom il-prodotti tal-ħalib.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9925— Lactalis Nestlé produits frais/Certain assets of Parmalat

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.