<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑10/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0010</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:235">EU:T:2015:235</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20150429">29.4.2015</DATE> – KAWŻA T‑10/13</P><P>BANK OF INDUSTRY AND MINE vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika barranija u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Terminu tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni ta’ illegalità</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ liġi</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza tal-Kunsill</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Reviżjoni tal-miżuri restrittivi adottati</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑10/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bank of Industry and Mine</HT>, stabbilita f’Teheran (Iran), irrappreżentata minn E. Glaser u S. Perrotet, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn V. Piessevaux u M. Bishop, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2012">ĠU L 282, p. 58</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2012">ĠU L 282, p. 16</REF.DOC.OJ>), u tad-Deċiżjoni kkomunikata bl-ittra tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE>, sa fejn hija kkonċernata r-reġistrazzjoni ta’ isem ir-rikorrenti fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>), u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, I. Pelikánová (Relatur) u E. Buttigieg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Bukšek Tomac, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Bank of Industry and Mine, hija bank Iranjan miżmum mill-Istat Iranjan, li għandha r-rwol li tipprovdi servizzi bankarji lill-impriżi fis-settur tal-minjieri u tal-industrija.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din il-kawża tidħol fil-kuntest tal-miżuri restrittivi li ġew introdotti sabiex issir pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex din ittemm l-attivitajiet nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi li jwasslu l-armi nukleari (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>proliferazzjoni nukleari<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2010">ĠU L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>). L-Anness II ta’ din id-deċiżjoni jelenka lill-persuni u lill-entitajiet – minbarra dawk speċifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, imsemmija fl-Anness I – li l-fondi tagħhom ġew iffriżati.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2012">ĠU L 19, p. 22</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 1(7) ta’ din id-deċiżjoni introduċa d-dispożizzjoni l-ġdida tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, li tipprevedi l-iffriżar tal-fondi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>persuni jew entitajiet oħra mhumiex koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness II<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>). Bil-għan li jimplementa l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, l-Artikolu 23(2)(d) ta’ dan ir-regolament jipprevedi l-iffriżar tal-fondi tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi elenkati fl-Anness IX tiegħu, li ġew identifikati li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>huma persuni, entitajiet jew korpi oħrajn li jipprovdu appoġġ, bħal appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju, lill-Gvern tal-Iran, u lill-persuni, u entitajiet assoċjati magħhom<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/635/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2012">ĠU L 282, p. 58</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 emenda l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, li issa jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>persuni jew entitajiet oħra mhux koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u entitajiet ta’ proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li huwa assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness II<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 inkludiet isem ir-rikorrenti fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 945/2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2012">ĠU L 282, p. 16</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill Nru 945/2012 inkluda isem ir-rikorrenti fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-Deċiżjoni 2012/635 u fir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012, ġiet invokata l-motivazzjoni segwenti kontra r-rikorrenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kumpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 ġew ikkomunikati lir-rikorrenti b’ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fejn il-Kunsill ġibed l-attenzjoni tagħha għall-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet u li titlob reviżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20130108">8 ta’ Jannar 2013</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat ir-reġistrazzjoni tagħha fil-listi tal-entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi u talbet lill-Kunsill biex iwettaq reviżjoni. Hija talbet ukoll il-komunikazzjoni tal-fajl kollu li abbażi tiegħu kienu ġew adottati d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kunsill irrisponda b’ittra tal-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li magħha ġew annessi diversi dokumenti. Il-Kunsill indika li ma kellux iktar dokumenti jew informazzjoni li tikkonċerna lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kunsill informa lir-rikorrenti li kien iddeċieda, wara reviżjoni, li jżomm isimha fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u f’dik tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012. F’dan ir-rigward, dan indika li r-rikorrenti kienet miżmuma mill-Istat Iranjan, li l-Gvern Iranjan kien konsegwentement il-benefiċjarju tal-profitti miksuba mir-rikorrenti u li l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari kienet tiġġustifika l-iffriżar tal-fondi tal-entitajiet li jagħtu sostenn finanzjarju lill-Gvern imsemmi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20130109">9 ta’ Jannar 2013</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lill-Ewwel Awla, din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE>, ir-rikorrenti emendat it-talbiet tagħha wara l-ittra tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-partijiet ġew mistiedna, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, jirrispondi bil-miktub għal ċerti domandi. Il-Kunsill u r-rikorrenti ppreżentaw ir-risposti tagħhom, rispettivament, fis-27 ta’ Lulju u fil-<DATE ISO="20140815">15 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fir-risposti tagħha tal-<DATE ISO="20140815">15 ta’ Awwissu 2014</DATE>, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635, sa fejn din id-dispożizzjoni emendat l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni 2012/635, ir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 u d-Deċiżjoni kkomunikata bl-ittra tal-<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE> sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tagħha fil-lista tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u f’dik tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/212;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012. It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill li jadotta d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 u fuq in-nuqqas ta’ bażi legali ta’ dan tal-aħħar. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, tal-obbligu tal-Kunsill li jirrevedi l-miżuri restrittivi adottati u tad-dritt tar-rikorrenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ liġi u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kunċett ta’ sostenn lill-Gvern Iranjan. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tal-fatti. Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-motivi tar-rikorrenti. Barra minn hekk, dan isostni li r-rikors huwa inammissibbli għal diversi raġunijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Qabel ma jiġu ttrattati l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà invokati mill-Kunsill u l-motivi invokati mir-rikorrenti, għandha tiġi eżaminata l-kompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tiddeċiedi dwar l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kompetenza tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Bl-ewwel kap tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635, sa fejn din id-dispożizzjoni emendat l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sa fejn huwa kkonċernat mill-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrenti, l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Artikolu 20 [tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413] huwa emendat kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-paragrafi 1(b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>persuni jew entitajiet oħra mhux koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u entitajiet ta’ proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li huwa assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness II</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li kemm l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, kif ukoll l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 huma dispożizzjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE, li hija dispożizzjoni relattiva għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>PESK<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) fis-sens tal-Artikolu 275 TFUE. Issa, skont il-kliem tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 256(1) TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha biss<?PAGE NO="5"?> il-kompetenza li tippronunzja ruħha dwar rikors, ippreżentat taħt il-kundizzjonijiet previsti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li jirrigwarda l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet li jipprevedu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE. Kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dak li jikkonċerna l-atti adottati abbażi tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-PESK, hija n-natura individwali ta’ dawn l-atti li tiftaħ, konformement mal-kliem tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, l-aċċess għall-qorti tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20140604">4 ta’ Ġunju 2014</DATE>, Sina Bank vs Il-Kunsill, T‑67/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:348">EU:T:2014:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-miżuri restrittivi previsti fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, kif emendat bl-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635, huma miżuri ta’ portata ġenerali, peress li japplikaw għal sitwazzjonijiet determinati oġġettivament għaliex jirrigwardaw sostenn lill-Gvern Iranjan u kategorija ta’ persuni kkunsidrata b’mod ġenerali u astratt bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>persuni jew entitajiet […] kif elenkati fl-Anness II [tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Konsegwentement, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE (ara, b’analoġija, is-sentenza Sina Bank vs Il-Kunsill, punt 27 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:348">EU:T:2014:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni ma’ hijiex mibdula mill-fatt li isem ir-rikorrenti jinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413. Effettivament, il-fatt li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, kif emendat bl-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635, ġie applikat għar-rikorrenti ma jbiddilx in-natura legali tiegħu bħala att ta’ portata ġenerali (ara, b’analoġija, is-sentenza Sina Bank vs Il-Kunsill, punt 27 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:348">EU:T:2014:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, it-talbiet intiżi għall-annullament tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635, sa fejn dan emenda l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, ma jissodisfawx ir-regoli dwar il-kompetenza tal-Qorti Ġenerali previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Għalhekk, dawn għandhom jiġu miċħuda bħala mressqa quddiem qorti li ma hijiex kompetenti biex tismagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza Sina Bank vs Il-Kunsill, punt 27 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:348">EU:T:2014:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-osservanza tat-terminu ta’ rikors f’dak li jikkonċerna d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, rikors għal annullament għandu jitressaq fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tal-att, min-notifika tiegħu lir-rikorrent jew, fin-nuqqas, mill-ġurnata meta dan sar jaf bih, skont il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, dan it-terminu ta’ rikors għandu jiżdied b’terminu ta’ dekadenza ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-atti li bihom ġew adottati ġew miżmuma miżuri restrittivi li jirrigwardaw lil persuna jew lil entità, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament jibda jiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni li għandha ssir lil din l-istess persuna jew entità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, Gbagbo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, C‑478/11 P sa C‑482/11 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:258">EU:C:2013:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 55 u 59).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u l-Artikolu 46(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, meta l-indirizz tal-persuna jew tal-entità kkonċernata jkun magħruf, il-Kunsill għandu jikkomunikalha l-atti kkonċernati direttament.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kunsill isostni li l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> li biha kkomunika d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 lir-rikorrenti waslet għand din tal-aħħar fit-<DATE ISO="20121028">28 ta’ Ottubru 2012</DATE>. Dan isostni l-allegazzjoni tiegħu permezz tal-konferma tal-wasla ta’ din l-ittra, kif ukoll permezz ta’ screenshot tas-sit tal-Internet tal-posta Iranjana, mibgħut fuq talba tiegħu mill-posta Belġjana.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Kunsill jikkunsidra li t-terminu ta’ rikors ta’ xahrejn u għaxart-ijiem skada fis-<DATE ISO="20130107">7 ta’ Jannar 2013</DATE>, liema ħaġa timplika li dan ir-rikors, ippreżentat fid-<DATE ISO="20130109">9 ta’ Jannar 2013</DATE>, ġie ppreżentat wara t-terminu u għandu għalhekk jiġi ddikjarat inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirrispondi li, meta bagħat l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE>, il-Kunsill indika numru tat-triq ħażin, u li konsegwentement, l-ittra msemmija twasslet fit-<DATE ISO="20121028">28 ta’ Ottubru 2012</DATE> lil entità terza, li tinsab f’dan in-numru. Din l-entità reġgħet bagħtet l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> permezz ta’ posta sempliċi lir-rikorrenti, li rċevietha fil-<DATE ISO="20121031">31 ta’ Ottubru 2012</DATE>. Biex issostni l-allegazzjonijiet tagħha, ir-rikorrenti ppreżentat, waqt is-seduta, kopja tal-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> li kellha fuqha t-timbru intern tagħha bid-data tal-<DATE ISO="20121031">31 ta’ Ottubru 2012</DATE>, kif ukoll dikjarazzjoni tad-direttur tal-posta Iranjana dwar iċ-ċirkustanzi li fihom l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> twasslet fid-destinazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti tqis li r-rikors ġie ppreżentat fit-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, peress li l-Kunsill jinvoka t-tardività tar-rikors, dan għandu jipprova d-data li fiha l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19800605">5 ta’ Ġunju 1980</DATE>, Belfiore vs Il-Kummissjoni, 108/79, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:146">EU:C:1980:146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 7).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-provi ppreżentati mill-Kunsill jirriżulta li l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> intbagħtet permezz ta’ ittra rreġistrata bil-konferma tal-wasla, indirizzata lir-rikorrenti, fl-indirizz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>No. 2817 Firouzeh Tower (above park junction) Valiaar St. Tehran IRAN<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, u ngħatat wara li ġiet iffirmata fit-<DATE ISO="20121028">28 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minkejja dan, hekk kif tosserva r-rikorrenti, l-indirizz indikat mill-Kunsill ma huwiex korrett f’dak li jikkonċerna n-numru tat-triq, peress li r-rikorrenti tinsab fin-numru 2917 ta’ Valiaar St., u mhux fin-numru 2817. Barra minn hekk, il-konferma tal-wasla ma tippermettix li tiġi identifikata l-persuna jew l-entità li lilha effettivament ingħatat l-ittra mill-posta Iranjana.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kunsill ma rnexxilux jistabbilixxi, b’mod suffiċjenti fil-liġi, li l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> ingħatat lir-rikorrenti fit-<DATE ISO="20121028">28 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl ta’ dak li ġie espost fil-punt 39 iktar ’il fuq, id-dubju fir-rigward tad-data tal-komunikazzjoni tal-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li jirriżulta min-nuqqas ta’ prova affidabbli li tikkonferma din id-data, għandha tibbenefika lir-rikorrenti. Issa, l-allegazzjoni ta’ din tal-aħħar, li tgħid li l-ittra msemmija ingħatatilha biss fil-<DATE ISO="20121031">31 ta’ Ottubru 2012</DATE>, wara li ntbagħtitilha minn entità terza, ma hijiex ikkonfutata mill-provi ppreżentati mill-Kunsill u hija kkorroborata minn dawk ippreżentati mir-rikorrenti waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies il-<DATE ISO="20121031">31 ta’ Ottubru 2012</DATE> bħala d-data tal-komunikazzjoni tal-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-terminu ta’ rikors kontra d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 skada fl-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, liema ħaġa timplika li r-rikors, ippreżentat fid-<DATE ISO="20130109">9 ta’ Jannar 2013</DATE>, ġie ppreżentat fit-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk għandha tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors ibbażata fuq il-fatt li l-motivi kollha invokati insostenn tiegħu huma bbażati fuq l-invokazzjoni, mir-rikorrenti, tal-protezzjonijiet u tal-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-ammissibbiltà tar-rikors billi josserva li, bħala entità pubblika Iranjana, ir-rikorrenti ma għandhiex interess li tinvoka ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, sa fejn il-Qorti Ġenerali hija kompetenti biex tiddeċiedi r-rikors preżenti, dan tal-aħħar jidħol fil-kuntest tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE u li r-rikorrenti għandha interess li tikkontesta, quddiem il-qorti tal-Unjoni, ir-reġistrazzjoni tagħha fil-lista li tinsab fl-atti kkontestati, peress li din ir-reġistrazzjoni tikkonċernaha direttament u individwalment fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, Il-Kunsill vs Manufacturing Support &amp; Procurement Kala Naft, C‑348/12 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:776">EU:C:2013:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argumentazzjoni relattiva għall-possibbiltà, għar-rikorrenti, li tinvoka l-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tar-rikors u lanqas ta’ motiv, iżda tirrigwarda l-mertu tal-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kunsill vs Manufacturing Support &amp; Procurement Kala Naft, punt 48 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:776">EU:C:2013:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill għandha tiġi miċħuda bħala infondata. Din iċ-ċaħda hija mingħajr preġudizzju, fid-dawl tal-motiv ta’ difiża mressaq mill-Kunsill, għall-verifika tal-kapaċità tar-rikorrenti li tinvoka protezzjonijiet u garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali, li tinsab fil-punti 53 sa 58 iktar ’il quddiem.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandha tiġi vverifikata l-kapaċità tar-rikorrenti li tinvoka l-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali, ikkontestata mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Sussegwentement, fid-dawl tal-artikolazzjoni tal-argumentazzjoni tar-rikorrenti, għandhom jiġu eżaminati flimkien l-ewwel u r-raba’ motivi, li jikkonċernaw, minn naħa, il-legalità u, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu l-kriterju li ġie implementat fir-rigward tar-rikorrenti, peress li ż-żewġ kwistjonijiet huma marbuta mill-qrib. Il-motivi l-oħra ser jiġu eżaminati skont l-ordni li ġew ippreżentati fih fil-punt 22 iktar ’il fuq.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kapaċità tar-rikorrenti li tinvoka l-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li la l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="389" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 389</REF.DOC.OJ>), u lanqas il-liġi primarja tal-Unjoni ma jipprevedu dispożizzjonijiet li jeskludu lill-persuni ġuridiċi li huma estensjonijiet tal-Istati mill-benefiċċju tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Skont il-ġurisprudenza, la l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u lanqas il-liġi primarja tal-Unjoni ma jipprovdu dispożizzjonijiet li jeskludu lill-persuni ġuridiċi li huma estensjonijiet tal-Istati mill-benefiċċju tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. B’mod kuntrarju, id-dispożizzjonijiet tal-Karta msemmija li huma rilevanti fil-konfront tal-motivi invokati mir-rikorrenti, u b’mod partikolari l-Artikoli 17, 41 u 47 tagħha, jiggarantixxu d-drittijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[k]ull persuna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, formulazzjoni li tinkludi lil persuni ġuridiċi bħar-rikorrenti (sentenza tas-<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, T‑35/10 u T‑7/11, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-kuntest, il-Kunsill jinvoka l-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li ma jilqax l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minn organizzazzjonijiet governattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, l-Artikolu 34 tal-KEDB huwa dispożizzjoni proċedurali li ma hijiex applikabbli għall-proċeduri quddiem il-qorti tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jiġi evitat li Stat firmatarju għall-KEDB ikun rikorrent u konvenut fl-istess ħin quddiem l-imsemmija qorti (ara, f’dan is-sens, Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, Islamic Republic of Iran Shipping Lines vs It-Turkija, <DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <HT TYPE="ITALIC">Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet</HT>, 2007-V, § 81). Dan ir-raġunament ma japplikax għal dan il-każ (sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 53 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni wkoll li r-regola li qed jinvoka hija ġġustifikata mill-fatt li Stat jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet fundamentali fuq it-territorju tiegħu, iżda ma jistax jibbenefika minn tali drittijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk jitqies li din il-ġustifikazzjoni tapplika f’dak li jikkonċerna lil sitwazzjoni interna, il-fatt li Stat jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet fundamentali fuq it-territorju tiegħu huwa irrilevanti fir-rigward tal-firxa tad-drittijiet li jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni ġuridiċi li huma estensjonijiet ta’ dan l-istess Stat fuq it-territorju tal-Istati terzi (sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 53 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li l-d-dritt tal-Unjoni ma fih ebda regola li tipprojbixxi lil persuni ġuridiċi li huma estensjonijiet ta’ Stati terzi milli jinvokaw favur tagħhom il-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali. Konsegwentement, anki jekk jitqies li r-rikorrenti, bħala entità pubblika, hija estensjoni tal-Istat Iranjan, din tista’ tinvoka dawn l-istess drittijiet quddiem il-qorti tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-kwalità tagħha bħala persuna ġuridika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 53 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 70).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel u r-raba’ motiv, ibbażati fuq l-illegalità tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, kif ukoll fuq żball ta’ liġi u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kunċett ta’ sostenn lill-Gvern Iranjan</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, fil-kuntest tal-ewwel motiv, li d-dispożizzjonijiet li huma bbażati fuqhom il-miżuri restrittivi li jikkonċernawha, jiġifieri, minn naħa, l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35 u bid-Deċiżjoni 2012/635, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali u d-dritt tal-proprjetà, peress li dawn jużaw kriterji indeterminati, vagi u indeċifrabbli biex jiddefinixxu lill-persuni u entitajiet li jistgħu jkunu kkonċernati minn miżuri restrittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>sostenn lill-Gvern Iranjan<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> previst fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35 u bid-Deċiżjoni 2012/635, u fl-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kriterju kkontestat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), huwa eċċessivament vag.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-istess konstatazzjoni tapplika għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> użat fl-istess dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>It-tielet nett, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 hija indeċifrabbli f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ sostenn mogħti lill-entitajiet differenti mill-Gvern Iranjan.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont ir-rikorrenti, l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, huma eċċessivament vagi, liema ħaġa timplika li huma illegali u li b’hekk għandhom jiġu ddikjarati inapplikabbli, abbażi tal-Artikolu 277 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tesponi li l-kriterju kkontestat, jekk jitqies li huwa legali, jikkonċerna biss l-ipoteżi fejn tingħata għajnuna speċifika, marbuta mal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari, mill-persuna jew l-entità inkwistjoni. B’hekk, il-kunċett imsemmi għandu jikkonċerna biss jew sostenn dirett lill-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari jew sostenn lill-gvern fl-implementazzjoni tal-programm nukleari Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirreferi, f’dan ir-rigward, għall-għanijiet li jsostnu l-miżuri restrittivi inkwistjoni, li jikkonsistu, skontha, biss fil-preklużjoni tal-proliferazzjoni nukleari, u mhux biex jolqtu oqsma esterni għall-imsemmija proliferazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tiddeduċi minn dan li l-Kunsill wettaq żball ta’ liġi u kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta adotta l-interpretazzjoni li tikser il-kriterju kkontestat. Din tippreċiża li din l-interpretazzjoni tikkonferixxi lill-Kunsill setgħa eżorbitanti u arbitrarja li tippermettilu, b’mod partikolari, li jiffriża l-fondi ta’ kull entità miżmuma mill-Gvern Iranjan jew li għandha rabtiet ma’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Kunsill jippretendi, minn naħa, li l-ewwel u r-raba’ motivi huma inammissibbli abbażi tal-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura. Fil-fatt, dawn il-motivi huma kontradittorji sa fejn ir-rikorrenti, fl-istess ħin, tinvoka l-karattru vag tal-kriterju kkontestat u tippretendi li dan l-istess kriterju jikkonċerna biss sostenn marbut mal-proliferazzjoni nukleari.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Preliminarjament, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda. Fil-fatt, minn naħa, mill-qari tal-osservazzjonijiet tar-rikorrenti jirriżulta li r-raba’ motiv huwa ppreżentat għall-każ fejn il-Qorti Ġenerali tiċħad l-ewwel wieħed. Min-naħa l-oħra, fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Kunsill kien f’pożizzjoni li jirrispondi għaż-żewġ motivi, u l-Qorti Ġenerali hija wkoll f’pożizzjoni li tevalwa l-fondatezza tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fondatezza, għandu jitfakkar li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, kif emendata, fl-aħħar lok, bid-Deċiżjoni 2012/635, jipprevedi li huma ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>persuni jew entitajiet oħra mhux koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u entitajiet ta’ proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li huwa assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness II<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 jirreferi għal dawk li ġew identifikati li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>huma persuni, entitajiet jew korpi oħrajn li jipprovdu appoġġ, bħal appoġġ materjali, loġistiku jew finanzjarju, lill-Gvern tal-Iran, u lill-persuni, u entitajiet assoċjati magħhom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikorrenti, din ġiet identifikata mill-Kunsill fil-motivazzjoni tal-atti kkontestati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[k]umpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Din il-motivazzjoni timplika li għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi l-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq il-karattru allegatament vag tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u tal-allegata indeċifrabbiltà tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ għajnuna mogħtija lill-entitajiet differenti mill-Gvern Iranjan (ara l-punti 61 u 62 iktar ’il fuq). Fil-fatt, mill-motivazzjoni mfakkra fil-punt preċedenti jirriżulta b’mod ċar li, skont il-Kunsill, ir-rikorrenti tagħti sostenn jew għajnuna direttament lill-Gvern Iranjan, iktar milli hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>assoċjata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew tagħti għajnuna lil entitajiet differenti minn dan tal-aħħar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki jekk jitqies li<?PAGE NO="10"?> l-argumenti tar-rikorrenti li jikkonċernaw il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u l-ipoteżi ta’ għajnuna mogħtija lill-entitajiet differenti mill-Gvern Iranjan huma fondati, dawn ma jiġġustifikawx l-annullament tal-atti kkontestati sa fejn hija kkonċernata r-reġistrazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm biss lok li jiġu eżaminati l-argumenti li jikkonċernaw il-karattru allegatament vag tal-kriterju kkontestat u l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil dan il-kriterju.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-qrati tal-Unjoni għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi li huma għandhom taħt it-trattat, jiżguraw stħarriġ, bħala prinċipju komplet, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti integrali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit huwa espressament stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian, C‑280/12 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Il-Kunsill vs Manufacturing Support &amp; Procurement Kala Naft, punt 48 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:776">EU:C:2013:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-Kunsill għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni ġenerali u astratta tal-kriterji legali u tal-metodi ta’ adozzjoni tal-miżuri restrittivi. Konsegwentement, ir-regoli ta’ portata ġenerali li jiddefinixxu dawn il-kriterji u dawn il-metodi, bħad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 li jipprevedu l-kriterju kkontestat u kkonċernati mill-ewwel u mir-raba’ motiv, huma s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju ristrett, li huma limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti, kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti u ta’ użu ħażin ta’ poter. Dan l-istħarriġ ristrett japplika, b’mod partikolari, għall-evalwazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ta’ opportunità li huma bbażati fuqhom il-miżuri restrittivi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, T‑246/08 u T‑332/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:266">EU:T:2009:266</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 44 u 45, u tal-<DATE ISO="20091014">14 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, T‑390/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:401">EU:T:2009:401</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 35 u 36).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għandu jiġi ammess li, bil-formulazzjoni wiesgħa ħafna tiegħu, il-kriterju kkontestat jikkonferixxi setgħa diskrezzjonali lill-Kunsill. Madankollu, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, din is-setgħa hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, kif ukoll mad-dritt ta’ proprjetà tagħha, u ma tagħtix lill-Kunsill setgħa eżorbitanti jew arbitrarja.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u li b’mod partikolari jeħtieġ li l-liġijiet ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta dawn jistgħu jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u fuq l-impriżi (sentenza tat-<DATE ISO="20081118">18 ta’ Novembru 2008</DATE>, Förster, C‑158/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:630">EU:C:2008:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67), huwa, ċertament, applikabbli f’dak li jikkonċerna l-miżuri restrittivi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ li jaffettwaw ħafna d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni u entitajiet ikkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20140716">16 ta’ Lulju 2014</DATE>, National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, T‑578/12, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 112, 113, 116 u 117).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-kriterju kkontestat jidħol f’kuntest legali delimitat b’mod ċar mill-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tirregola l-miżuri restrittivi kontra l-Iran. F’dan ir-rigward, il-premessa 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35, li daħħlet dan il-kriterju fl-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tippreċiża espressament li l-iffriżar tal-fondi għandu jiġi applikat fir-rigward tal-persuni u tal-entitajiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u li jippermettulu jkompli attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ konsenja ta’ armi nukleari, b’mod partikolari persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju, loġistiku jew materjali lill-Gvern tal-Iran<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. L-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 isemmi wkoll li dan l-appoġġ jista’ jkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>materjali, loġistiku jew finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 118).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kriterju kkontestat ma jirrigwardax il-forom kollha ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan, iżda l-forom ta’ appoġġ li, permezz tad-daqs kwantitattiv jew kwalitattiv tagħhom, jikkontribwixxu għat-tkomplija tal-attivitajiet nukleari Iranjani. B’hekk, interpretat, taħt l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni, fid-dawl tal-għan li jikkonsisti f’li ssir pressjoni fuq il-Gvern Iranjan sabiex jiġi mġiegħel itemm l-attivitajiet tiegħu li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni nukleari, il-kriterju kkontestat jiddefinixxi b’mod oġġettiv lil kategorija definita ta’ persuni u ta’ entitajiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-għan tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi, imsemmi fil-punt 79 iktar ’il fuq, jirriżulta mingħajr ambigwità mill-kriterju kkontestat li dan jikkonċerna b’mod immirat u selettiv lil attivitajiet tal-persuna jew tal-entità kkonċernata stess u li, anki jekk bħala tali dawn ma għandhom ebda rabta’ diretta jew indiretta mal-proliferazzjoni nukleari, madankollu jistgħu jiffavoruha, billi jipprovdu lill-Gvern Iranjan b’riżorsi jew b’faċilitajiet ta’ natura materjali, finanzjarja jew loġistika li jippermettulu jkompli l-attivitajiet ta’ proliferazzjoni (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 120).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konstatazzjoni timplika li għandha tiġi miċħuda l-argumentazzjoni tar-rikorrenti ppreżentata fil-kuntest tar-raba’ motiv, li tgħid li l-kriterju kkontestat jista’ jikkonċerna biss jew appoġġ dirett għall-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari jew appoġġ lill-gvern fl-implementazzjoni tal-programm nukleari Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tagħmel konfużjoni bejn il-kriterju kkontestat, l-uniku wieħed rilevanti f’dan il-każ, u l-kriterju relattiv għall-provvista ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u fl-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, u li jimplika ċertu livell ta’ rabta mal-attivitajiet nukleari tal-Iran (ara, f’dan is-sens, is-sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 139).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 78 iktar ’il fuq, f’dak li jikkonċerna l-kriterju kkontestat, mill-premessa 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35 jirriżulta espressament li l-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi għandhom jiġu applikati lill-persuni u lill-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan li jippermettulu jkompli attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari. L-eżistenza ta’ rabta bejn il-provvista ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan u t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari hija b’hekk espressament stabbilita mil-leġiżlazzjoni applikabbli, peress li l-kriterju kkontestat huwa intiż biex iċaħħad lill-Gvern Iranjan mir-riżorsi ta’ dħul tiegħu, bil-għan li dan jiġi mġiegħel iwaqqaf l-iżvilupp tal-programm ta’ proliferazzjoni nukleari tiegħu, minħabba nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 140).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>B’hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-kriterju kkontestat jista’ japplika għal kull entità li tagħti appoġġ, b’mod partikolari taħt forma ta’ sostenn finanzjarju, lill-Gvern Iranjan. Min-naħa l-oħra, dan ma jikkonċernax lill-entitajiet kollha miżmuma mill-Gvern Iranjan jew li għandhom rabtiet ma’ dan tal-aħħar, jew inkella lill-kontribwenti Iranjani kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jitfakkar li s-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kunsill mill-kriterju kkontestat hija bbilanċjata minn obbligu ta’ motivazzjoni u minn drittijiet proċedurali msaħħa, ggarantiti mill-ġurisprudenza (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 122; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, C‑269/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14, u tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi, C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 114).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti tikkontesta, fil-kuntest tat-tielet motiv, li l-Kunsill osserva dawn il-garanziji, u l-fondatezza tal-argumenti tagħha fuq dan il-punt ser tiġi eżaminata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 121 sa 168 iktar ’il quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal fil-punti 74 sa 85 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-kriterju kkontestat jillimita s-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill, billi jistabbilixxi kriterji oġġettivi, u jiggarantixxi l-livell ta’ prevedibbiltà meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 123; ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni, C‑266/06 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:295">EU:C:2008:295</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kriterju msemmi huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ma jistax jitqies bħala arbitrarju.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi abbażi tal-kriterju kkontestat hija prevista mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, il-ksur tad-dritt tal-proprjetà li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju huwa konformi mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jistabbilixxi li kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet irrikonoxxuti mill-imsemmija Karta għandha tiġi stabbilita mil-liġi (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 124).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, abbażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-legalità tal-projbizzjoni ta’ attività ekonomika hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-miżuri ta’ projbizzjoni jkunu adegwati u neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimament imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u dan dejjem bil-kundizzjoni li, meta jkun hemm għażla bejn diversi miżuri adegwati, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva u li l-inkonvenjenzi kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet mixtieqa (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 53 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 179 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-importanza primordjali taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, il-Kunsill seta’ jqis, mingħajr ma jaqbeż il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li l-ksur tad-dritt tal-proprjetà li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-kriterju kkontestat kien xieraq u neċessarju, għall-finijiet li tiġi eżerċitata pressjoni fuq il-Gvern Iranjan sabiex jiġi mġiegħel iwaqqgħu l-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20120313">13 ta’ Marzu 2012</DATE>, Melli Bank vs Il-Kunsill, C‑380/09 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:137">EU:C:2012:137</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kriterju kkontestat, kif interpretat fil-punti 76 sa 84 iktar ’il fuq, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma jagħtix setgħa eżorbitanti lill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud bħala parzjalment ineffettiv u parzjalment infondat u r-raba’ motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill biex jadotta d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 u fuq in-nuqqas ta’ bażi legali ta’ dan tal-aħħar</P></TI></TITLE><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012. F’dan ir-rigward, hija tfakkar li, abbażi tal-Artikolu 215(2) TFUE, jistgħu jiġu adottati miżuri restrittivi mill-Kunsill fuq proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, u tal-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, fl-ewwel lok, id-Deċiżjoni 2012/635 ġiet adottata mill-Kunsill waħdu, b’tali mod li r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 215(2) TFUE ma ġiex osservat. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 215 TFUE ma jistabbilixxi ebda distinzjoni bejn il-miżuri adottati fil-kuntest tal-PESK u ta’ miżuri oħra, u għalhekk japplika għad-deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE, bħad-Deċiżjoni 2012/635.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, peress li r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 jimplementa d-Deċiżjoni 2012/635, dan huwa nieqes minn bażi legali u vvizzjat b’nuqqas ta’ kompetenza.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 jmur kontra l-Artikolu 215(2) TFUE, sa fejn dan jikkonferixxi lill-Kunsill, li jaġixxi waħdu, il-kompetenza biex jemenda l-Anness IX li fih il-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri restrittivi. Konsegwentement, l-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 għandu jiġi ddikjarat ineffettiv fil-konfront tar-rikorrenti, konformement mal-Artikolu 277 TFUE, liema ħaġa timplika, skontha, li r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012, adottat abbażi tiegħu, huwa nieqes minn bażi legali u vvizzjat b’nuqqas ta’ kompetenza wkoll għal din ir-raġuni.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-metodi tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Deċiżjoni 2012/635, għandu jiġi rrilevat, kif isostni l-Kunsill, li din ma hijiex ibbażata fuq l-Artikolu 215 TFUE, iżda biss fuq l-Artikolu 29 TUE, li jinsab fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE ddedikat għall-PESK u li jawtorizza lill-Kunsill jaġixxi waħdu biex jadotta d-deċiżjonijiet imsemmija hemm.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 215(2) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[m]eta deċiżjoni li tkun adottata skond il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tipprevedi hekk, il-Kunsill jista’ jadotta miżuri restrittivi taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 1 kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux Statali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>B’hekk, l-adozzjoni bil-quddiem ta’ deċiżjoni konformement mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat UE – bħal, f’dan il-każ, id-Deċiżjoni 2012/635, adottata abbażi tal-Artikolu 29 TUE – tikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja biex il-Kunsill ikun jista’ jadotta miżuri restrittivi abbażi tas-setgħat ikkonferiti lilu bl-Artikolu 215(2) TFUE. Madankollu, din il-konstatazzjoni ma timplikax li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni bħad-Deċiżjoni 2012/635 hija suġġetta għar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti mill-Artikolu 215(2) TFUE, pjuttost milli għar-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 29 TUE stess.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi miċħud l-ewwel argument tar-rikorrenti, peress li l-Kunsill huwa kompetenti, abbażi tal-Artikolu 29 TUE, biex jadotta waħdu d-Deċiżjoni 2012/635.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi miċħud ukoll it-tieni argument tar-rikorrenti, li huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li tgħid li l-Kunsill ma kienx kompetenti biex jadotta d-Deċiżjoni 2012/635.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-kompatibbiltà tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 mal-Artikolu 215 TFUE</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, li jawtorizza li jsiru emendi tal-Anness IX tal-istess regolament li fih il-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri restrittivi, ġie adottat abbażi tal-Artikolu 291(2) TFUE, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[m]eta jkun hemm bżonn ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ l-atti ta’ l-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 [TUE] u 26 [TUE], lill-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat, preliminarjament, li la l-Artikolu 215 TFUE u lanqas ebda dispożizzjoni oħra tad-dritt primarju ma jipprekludu li regolament adottat abbażi tal-Artikolu 215 TFUE jikkonferixxi kompetenzi ta’ implementazzjoni fuq il-Kummissjoni jew fuq il-Kunsill fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 291(2) TFUE, meta jkunu neċessarji kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni uniformi ta’ ċerti miżuri restrittivi stabbiliti minn dan ir-regolament. B’mod partikolari, mill-Artikolu 215 TFUE ma jirriżultax li l-miżuri restrittivi individwali għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 215(1) TFUE. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ kull indikazzjoni li tillimita l-possibbiltà li jiġu kkonferiti kompetenzi ta’ implementazzjoni, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 291(2) TFUE ma tistax tiġi injorata fil-qasam ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 215(1) TFUE, li fiha l-Kunsill jiddeċiedi fuq proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, u tal-Kummissjoni, tista’ tirriżulta mhux adattat għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ sempliċi miżuri ta’ implementazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 291(2) TFUE jippermetti li tiġi prevista proċedura ta’ implementazzjoni iktar effettiva, adatta għat-tip ta’ miżura li għandha tiġi implementata u għall-kapaċità ta’ azzjoni ta’ kull istituzzjoni. B’hekk, il-kunsiderazzjonijiet li wasslu lill-awturi tat-Trattat FUE biex jawtorizzaw, fl-Artikolu 291(2) TFUE, l-għoti ta’ kompetenzi ta’ implementazzjoni japplikaw kemm f’dak li jikkonċerna l-implementazzjoni tal-atti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE kif ukoll f’dak li jikkonċerna l-implementazzjoni ta’ atti oħra legalment vinkolanti (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitqies li l-Kunsill kellu d-dritt li jistabbilixxi kompetenzi ta’ implementazzjoni, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 291(2) TFUE, għall-adozzjoni tal-miżuri individwali ta’ ffriżar ta’ fondi li jimplementaw l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Minkejja dan, għad irid jiġi vverifikat jekk il-Kunsill osservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 291(2) TFUE meta rreżerva għalih, minflok lill-Kummissjoni, il-kompetenzi ta’ implementazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-regolamenti, bħar-Regolament Nru 267/2012, li jipprovdu miżuri restrittivi abbażi tal-Artikolu 215 TFUE, huma intiżi biex jimplementaw fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat FUE, deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 29 TUE, fil-kuntest tal-PESK. Konsegwentement, ir-Regolament Nru 267/2012 jidħol fil-kuntest tat-tfittxija tal-għanijiet u tal-implementazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK (ara, f’dan is-sens, is-sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minħabba l-finalità, in-natura u l-għan tagħhom, miżuri restrittivi adottati abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, li għandhom bħala għan li jeżerċitaw pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari, huma relatati b’mod iktar strett mal-implementazzjoni tal-PESK iktar milli mal-eżerċizzju tal-kompetenzi kkonferiti lill-Unjoni mit-Trattat FUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 66 u 67).</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Issa, fil-kuntest tat-Trattat UE, mill-qari flimkien tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, tal-Artikolu 29 TUE u tal-Artikolu 31(1) TUE jirriżulta li l-Kunsill, bħala regola ġenerali, għandu l-kompetenza li jeżerċita s-setgħa deċiżjonali fil-qasam tal-PESK, billi jaġixxi unanimament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, C‑130/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:472">EU:C:2012:472</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>B’mod partikolari, huwa l-Kunsill, li jaġixxi waħdu, li jiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni ta’ isem ta’ persuna jew ta’ entità fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413. Issa, hija proprjament din ir-reġistrazzjoni li tiġi implementata, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat FUE, bl-adozzjoni ta’ miżura ta’ ffriżar ta’ fondi abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl tal-partikolarità tal-miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, tan-neċessità li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u dik li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, kif ukoll tal-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għad-data tas-servizzi ta’ informazzjoni tal-Istati Membri li jistgħu jirriżultaw neċessarji għall-implementazzjoni tal-miżuri msemmija, il-Kunsill seta’ jqis ġustament li l-implementazzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, relattiv għall-iffriżar tal-fondi, kienet tikkostitwixxi każ speċifiku fis-sens tal-Artikolu 291(2) TFUE, u li għaldaqstant kellu d-dritt li jirriżerva għalih il-kompetenza li jimplementah, fl-Artikolu 46(2) tar-regolament imsemmi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 68 sa 73).</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk ġietx debitament iġġustifikata l-eżistenza ta’ każ speċifiku, għandu jiġi osservat li l-Kunsill ma ddikjarax espressament, fir-Regolament Nru 267/2012, li kien qiegħed jirriżerva għalih il-kompetenza ta’ implementazzjoni għar-raġunijiet elenkati fil-punt 113 iktar ’il fuq. Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li l-ġustifikazzjoni għar-riżerva tal-implementazzjoni magħmula favur il-Kunsill, fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, tirriżulta minn qari flimkien tal-premessi u tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament, fil-kuntest tal-artikolazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat UE u tat-Trattat FUE fil-qasam tal-iffriżar tal-fondi (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-Kunsill irrefera espliċitament, fil-premessa 28 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, għall-eżerċizzju tal-kompetenza tiegħu fil-qasam tan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>nomina ta’ persuni soġġetti għal miżuri ta’ ffriżar [tal-fondi]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kif ukoll għall-intervent tiegħu stess fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjoni skont l-osservazzjonijiet jew il-provi l-ġodda ppreżentati mill-persuni kkonċernati (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 78).</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>It-tieni nett, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, moqrija flimkien mal-premessa 14 tal-istess regolament, jippermettu li jinftiehem li l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi fir-rigward ta’ persuni jew entitajiet tidħol iktar fil-qasam ta’ azzjoni tal-Kunsill fil-kuntest tal-PESK, pjuttost milli f’tal-miżuri ta’ natura ekonomika adottati normalment fil-qasam tat-Trattat FUE (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 79 u 80).</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-paralleliżmu bejn il-miżuri restrittivi adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u dawk adottati abbażi tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 huwa msemmi espliċitament mill-premessi 11 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dan tal-aħħar, li minnhom jirriżulta li l-imsemmi regolament jimplementa l-emendi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 magħmula bid-Deċiżjoni 2012/35. Bl-istess mod, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u dik li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 tirriżulta mill-qari tal-premessi tar-regolamenti ta’ implementazzjoni li jemendaw l-imsemmi Anness IX, u b’mod partikolari mill-premessa 2 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill Nru 945/2012, li jirreferi espliċitament għad-Deċiżjoni 2012/635 (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 81).</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-raġunijiet speċifiċi li mmotivaw l-għoti tal-kompetenzi ta’ implementazzjoni lill-Kunsill fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 jirriżultaw b’mod suffiċjentement komprensibbli mid-dispożizzjonijiet rilevanti u mill-kuntest ta’ dan ir-regolament (sentenza National Iranian Oil Company vs Il-Kunsill, punt 77 iktar ’il fuq, taħt appell, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:678">EU:T:2014:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 82).</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 291(2) TFUE, biex ikunu jistgħu jingħataw kompetenzi ta’ implementazzjoni lill-Kunsill, ġew sodisfatti f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, liema ħaġa timplika li ma jista’ jiġi lmentat kontra l-Kunsill ebda ksur tal-Artikolu 215 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-konstatazzjoni, għandu jiġi miċħud it-tielet argument tar-rikorrenti u, għalhekk, it-tieni argument kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, inkluż id-dritt ta’ aċċess tagħha għall-fajl, tal-obbligu tal-Kunsill li jirrevedi l-miżuri restrittivi adottati u tad-dritt tar-rikorrenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</P></TI></TITLE><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, bl-adozzjoni tal-atti kkontestati, il-Kunsill kiser l-obbligi ta’ motivazzjoni, id-drittijiet tad-difiża tagħha, inkluż id-dritt tagħha ta’ aċċess għall-fajl, l-obbligu li tirrevedi l-miżuri restrittivi adottati u d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ att li jikkawża preġudizzju, li jikkostitwixxi korollarju għall-prinċipju tar-rispett lejn id-drittijiet tad-difiża, għandu l-għan, minn naħa, li jipprovdi lil persuna kkonċernata indikazzjoni suffiċjenti dwar jekk l-att huwiex fondat jew jekk huwiex eventwalment ivvizzjat b’xi żball li jippermetti l-kontestazzjoni tal-validità tiegħu quddiem il-qorti tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jippermetti lil din tal-aħħar li teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità ta’ dak l-att (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20121115">15 ta’ Novembru 2012</DATE>, Il-Kunsill vs Bamba, C‑417/11 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha turi b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li l-persuna kkonċernata tkun tista’ ssir taf il-ġustifikazzjonijiet tal-miżuri adottati u l-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 122 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Meta l-persuna kkonċernata ma tingħatax dritt li tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni inizjali ta’ ffriżar ta’ fondi, l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni huwa iktar importanti, għaliex huwa jikkostitwixxi l-unika garanzija li tippermetti lill-persuna kkonċernata, speċjalment wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, li tagħmel użu effettiv mir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tikkontesta l-legalità tal-imsemmija deċiżjoni (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 122 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-motivazzjoni ta’ att tal-Kunsill li jimponi miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi għandu jidentifika l-motivi speċifiċi u konkreti li abbażi tagħhom il-Kunsill jikkunsidra, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali ta’ evalwazzjoni tiegħu, li l-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal tali miżura (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 122 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Madankollu, il-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih dan ikun ġie adottat. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li jista’ jkollhom id-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex mitlub li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha, sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-formulazzjoni tagħha, iżda anki fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 122 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>B’mod partikolari, att li jikkawża preġudizzju jkun motivat b’mod suffiċjenti jekk jiġi adottat f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata, li permezz tiegħu tkun tista’ tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Bamba, punt 122 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:718">EU:C:2012:718</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti tosserva li d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 ma humiex immotivati b’mod suffiċjenti fil-liġi sa fejn hija kkonċernata r-reġistrazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, minn naħa, il-Kunsill ma identifikax il-kriterju, fost dawk stabbiliti mill-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u mill-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, li bbaża ruħu fuqhom biex jadotta l-miżuri restrittivi li jikkonċernawha.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kunsill ma ppreċiżax il-metodi, in-natura jew il-firxa tas-sostenn finanzjarju li allegatament hija tat lill-Gvern Iranjan. B’mod partikolari, dan ma identifikax l-operazzjonijiet finanzjarji speċifiċi li jistgħu jiġġustifikaw il-miżuri adottati kontriha, jew inkella r-rabta bejn dawn l-operazzjonijiet u l-proliferazzjoni nukleari. Din l-insuffiċjenza fil-motivazzjoni ma tistax tiġi solvuta bl-affermazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-Kunsill, ippreżentata fir-risposta, li tgħid li l-adozzjoni tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi kontriha hija ġġustifikata mill-ħlas tad-dividendi, bħala impriża pubblika, lill-azzjonisti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ġiet identifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[k]umpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-motivazzjoni pprovduta jirriżulta espliċitament li r-rikorrenti kienet is-suġġett ta’ miżuri restrittivi abbażi tal-kriterju inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>It-tieni nett, huwa ċertament minnu li l-motivazzjoni li tikkonċernaha ma fijhiex preċiżazzjonijiet dwar il-metodi u l-firxa tas-sostenn allegatament ipprovdut lill-Gvern Iranjan, peress li l-unika preċiżazzjoni mill-Kunsill hija li dan is-sostenn huwa ta’ natura finanzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Madankollu, minkejja l-qosor tal-motivazzjoni pprovduta, ir-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tifhem l-essenzjali tal-fatti kkunsidrati fir-rigward tagħha mill-Kunsill u li tiddefendi ruħha b’mod xieraq.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tar-raba’ motiv ippreżentat fir-rikors, ir-rikorrenti rreferiet espressament għall-ipoteżi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>persuna fiżika jew ġuridika differenti minn Stat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li tiffinanzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>bit-taxxi tagħha jew eventwalment fir-rigward tal-impriżi pubbliċi, bid-dividendi mqassma lill-azzjonisti, baġit li fih is-somom imħallsa jitħalltu mal-massa ta’ dħul u ma humiex, bħala definizzjoni, dedikati biex ikopru oneru partikolari, b’mod partikolari l-attività statali meqjusa illegali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, biex issostni li, f’tali każ, il-kunċett ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan ma kienx japplika.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>B’hekk, ir-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tidentifika, fil-motivi tar-reġistrazzjoni tagħha, li l-Kunsill ibbaża ruħu fuq il-fatt li, bħala impriża tal-Istat, hija kienet tagħti sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan bit-trasferiment tar-riżorsi finanzjarji tagħha. Din kienet ukoll f’pożizzjoni li tikkontesta r-rilevanza u r-realtà ta’ din il-prova.</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-motivazzjoni mogħtija mill-Kunsill tippermetti lill-Qorti Ġenerali tistħarreġ il-legalità tal-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-motivazzjoni pprovduta fid-Deċiżjoni 2012/635 u fir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012, minkejja li partikolarment qasira, hija suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>It-tielet nett, din il-konstatazzjoni timplika li l-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-Kunsill fir-risposta tiegħu la jikkostitwixxu motivazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> li ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali u lanqas juru l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni pprovduta. Fil-fatt, dawn il-preċiżazzjonijiet jillimitaw ruħhom biex jispjegaw u jippreċiżaw l-element essenzjali kkunsidrat mill-Kunsill u identifikat mir-rikorrenti fil-motivazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill Nru 945/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, għandu jiġi miċħud l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-aċċess għall-fajl</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija kisbet l-aċċess għall-fajl biss wara l-iskadenza tat-terminu li ngħatalha biex titlob ir-reviżjoni tal-miżuri li jikkonċernawha. Tali komunikazzjoni tardiva ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-fondatezza tal-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, meta tiġi kkomunikata informazzjoni biżżejjed preċiża, li tippermetti li l-entità kkonċernata tkun tista’ tesprimi b’mod utli l-perspettiva tagħha dwar il-provi użati kontriha mill-Kunsill, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jimplikax li din l-istituzzjoni għandha l-obbligu li tagħti, b’mod spontanju, aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tagħha. Huwa biss meta ssir talba mill-parti kkonċernata li l-Kunsill huwa obbligat jagħti aċċess għad-dokumenti amministrattivi mhux kunfidenzjali kollha li jkunu jikkonċernaw il-miżura inkwistjoni (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 53 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 84 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti talbet l-aċċess għall-fajl fit-<DATE ISO="20130108">8 ta’ Jannar 2013</DATE>, jiġifieri lejliet il-preżentata tar-rikors tagħha, li seħħet fid-<DATE ISO="20130109">9 ta’ Jannar 2013</DATE>. Il-Kunsill irrisponda għat-talba fl-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, qabel kollox, ma jistax jiġi lmentat lill-Kunsill talli ma rrispondiex it-talba għall-aċċess qabel il-preżentata tar-rikors, peress li l-intervall ta’ jum li jissepara t-talba u l-preżentata tar-rikors huwa qasir wisq.</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Sussegwentement, la l-ittra tas-<DATE ISO="20121016">16 ta’ Ottubru 2012</DATE> li biha l-Kunsill ikkomunika lir-rikorrenti d-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012, la dawn l-atti stess, u lanqas l-avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413, implementati bid-Deċiżjoni 2012/635, u fir-Regolament Nru 267/2012, implementat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2012">ĠU C 312, p. 21</REF.DOC.OJ>) ma jistabbilixxu terminu għall-preżentata tal-osservazzjonijiet tal-entitajiet milquta mill-miżuri restrittivi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument li jgħid li r-rikorrenti kisbet l-aċċess għall-fajl biss wara l-iskadenza ta’ tali terminu huwa manifestament nieqes fil-mertu.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Finalment, għandu jiġi rrilevat li terminu ta’ risposta ta’ iktar minn ħames xhur huwa eċċessiv.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kunsill jirreferi għan-neċessità li jinkiseb il-permess ta’ Stat Membru qabel il-komunikazzjoni tad-dokumenti inkwistjoni. Issa, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat, peress li, skont il-ġurisprudenza, meta l-Kunsill ikollu l-intenzjoni li jibbaża ruħu fuq elementi pprovduti minn Stat Membru biex jadotta miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità, dan huwa marbut li jiżgura ruħu, qabel l-adozzjoni tal-miżuri msemmija, li l-provi inkwistjoni jistgħu jiġu kkomunikati lill-entità kkonċernata fi żmien utli sabiex din tkun tista’ tesponi b’mod utli l-perspettiva tagħha [sentenza tas-<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, Persia International Bank vs Il-Kunsill, T‑493/10, Ġabra (Estratti), <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:398">EU:T:2013:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 84].</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li, minn naħa, ir-rikorrenti ma ppreżentatx argumenti konkreti intiżi biex juru li t-terminu ta’ risposta eċċessiv effettivament għamel id-difiża tagħha iktar diffiċli.</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont il-ġurisprudenza, il-komunikazzjoni tardiva ta’ dokument li l-Kunsill ikun ibbaża ruħu fuqu biex jadotta jew biex iżomm il-miżuri restrittivi diretti lejn entità tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża li jiġġustifika l-annullament tal-atti adottati preċedentement jekk jiġi stabbilit li l-miżuri restrittivi kkonċernati ma kinux jistgħu jiġu adottati jew miżmuma legalment kieku d-dokument ikkomunikat tardivament kellu jiġi injorat bħala prova inkriminanti (sentenza Persia International Bank vs Il-Kunsill, punt 149 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:398">EU:T:2013:398</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 85).</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-evalwazzjoni mwettqa fil-punti 169 sa 188 iktar ’il quddiem jirriżulta li l-miżuri restrittivi li jolqtu lir-rikorrenti huma fondati, anki mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dokumenti kkomunikati mill-Kunsill fir-risposta tiegħu tal-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ksur tal-obbligu li jingħata aċċess għall-fajl fi żmien utli ma jiġġustifikax l-annullament tal-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-obbligu ta’ reviżjoni annwali tal-miżuri restrittivi adottati</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Fl-emenda tat-talbiet tagħha tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE>, ir-rikorrenti tosserva li l-Kunsill naqas mill-obbligu tiegħu ta’ reviżjoni annwali tal-miżuri restrittivi adottati, peress li dan ikkomunika ż-żamma tal-imsemmija miżuri biss fil-<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[i]l-miżuri msemmijin fl-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont l-Artikolu 46(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[i]l-lista fl-Anness IX għandha tiġi eżaminata mill-ġdid f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kunsill kien effettivament marbut li jirrevedi l-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrenti f’terminu ta’ tnax-il xahar mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill Nru 945/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kunsill jgħid li rreveda r-reġistrazzjoni tar-rikorrenti darbtejn billi adotta, minn naħa, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU L 156, p. 10</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jimplimenta r-Regolament Nru 267/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2013">ĠU L 156, p. 3</REF.DOC.OJ>) u, min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2013">ĠU L 306, p. 18</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE>, li jimplimenta r-Regolament Nru 267/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2013">ĠU L 306, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li ebda wieħed mill-atti msemmija mill-Kunsill ma jindika li dan wettaq reviżjoni perjodika tar-reġistrazzjonijiet kollha fil-listi tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413 u tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012. L-atti inkwistjoni lanqas ma jikkonċernaw, speċifikatament, ir-reġistrazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-Kunsill ma wettaqx reviżjoni tal-miżuri restrittivi fil-konfront tar-rikorrenti fit-terminu ffissat mid-Deċiżjoni 2010/413 u mir-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi evalwat jekk dan il-ksur tal-obbligu ta’ reviżjoni tal-miżuri restrittivi adottati jiġġustifikax l-annullament tal-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-għan tal-obbligu inkwistjoni huwa dak li tiġi żgurata verifika regolari li l-miżuri restrittivi adottati jkunu għadhom ġustifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li, fil-mument li fih tqajjem dan l-ilment mir-rikorrenti, fl-emenda tat-talbiet tagħha tas-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE>, il-Kunsill kien diġà wettaq il-verifika inkwistjoni, u kien ikkomunika r-riżultat tagħha lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20140314">14 ta’ Marzu 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-għan tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu r-reviżjoni perjodika tal-miżuri restrittivi ġie osservat, minkejja li tardivament, u b’hekk il-ksur tat-terminu ta’ reviżjoni mill-Kunsill ma jipproduċi ebda effett negattiv ulterjuri fuq is-sitwazzjoni tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Għalhekk, mingħajr preġudizzju għad-dritt tar-rikorrenti li titlob il-kumpens għad-dannu li hija, jekk ikun il-każ, sofriet minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ reviżjoni, abbażi tal-Artikolu 340 TFUE, din ma tistax tinvoka d-dewmien inkwistjoni sabiex tikseb l-annullament tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawha, adottati jew miżmuma mill-atti kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li dan l-ilment jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-bqija tal-ksur allegat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tosserva li n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill Nru 945/2012 jimplika ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha, inkluż id-dritt li tikseb ir-reviżjoni tal-miżuri restrittivi adottati, u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tagħha. Fil-fatt, fid-dawl tan-natura vaga tal-motivazzjoni li ngħatat, huwa meħtieġ min-naħa tagħha, biex tiżgura d-difiża tagħha, mhux li tiċħad elementi ta’ liġi u ta’ fatt ċirkostanzjali invokati mill-Kunsill, iżda li ġġib il-prova negattiva li hija ma tatx appoġġ lill-Gvern Iranjan jew lill-programm Nukleari Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-punti 122 sa 140 iktar ’il fuq, id-Deċiżjoni 2012/635 u r-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 huma mmotivati biżżejjed fil-liġi, liema ħaġa timplika li dan l-ilment huwa bbażat fuq premessa żbaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>Għalhekk, dan għandu jiġi miċħud, l-istess bħat-tielet motiv, fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Hekk kif tfakkar fil-punt 74 iktar ’il fuq, il-qrati tal-Unjoni għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi li huma għandhom taħt it-Trattat FUE, jiżguraw stħarriġ, bħala prinċipju komplet, tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali li jiffurmaw parti integrali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit huwa espressament stabbilit fit-tieni paragrafu<?PAGE NO="21"?> tal-Artikolu 275 TFUE (ara s-sentenzi Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian, punt 74 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Il-Kunsill vs Manufacturing Support &amp; Procurement Kala Naft, punt 74 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:776">EU:C:2013:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Fost dawn id-drittijiet fundamentali hemm, b’mod partikolari, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian, punt 74 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>L-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, teżiġi b’mod partikolari li l-qorti tal-Unjoni tiżgura li d-deċiżjoni, li għandha portata individwali għall-persuna jew l-entità kkonċernata, tkun ibbażata fuq bażi fattwali suffiċjentement solida. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li huma l-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, b’mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tas-sunt veru tal-motivi invokati, iżda jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew għall-inqas wieħed minnhom, jitqiesx li huwa suffiċjenti fih innifsu sabiex isostni din l-istess deċiżjoni, humiex sostnuti (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian, punt 74 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hija l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li għandha l-obbligu, fil-każ ta’ kontestazzjoni, li tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi meqjusa kontra l-persuna kkonċernata, u mhux din tal-aħħar li għandha tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza ta’ dawn il-motivi (ara s-sentenza Il-Kunsill vs Fulmen u Mahmoudian, punt 74 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:775">EU:C:2013:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan il-każ, għandu jiġi vverifikat jekk il-Kunsill kienx iġġustifikat meta kkunsidra, waqt l-adozzjoni tal-atti kkontestati, li r-rikorrenti setgħet tintlaqat minn miżuri restrittivi bħala entità li tagħti appoġġ lill-Gvern Iranjan, taħt forma ta’ sostenn finanzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>175</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tirrepeti li l-kriterju ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan jikkonċerna biss il-każ fejn għajnuna speċifika, marbuta mal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari, tingħata mill-entità kkonċernata. Issa, hija ma tagħtix tali għajnuna, peress li l-attivitajiet tagħha huma diretti lejn l-impriżi privati.</TXT></NP><NP><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biżżejjed li ssir riferenza għall-punti 74 sa 93 iktar ’il fuq, li minnhom jirriżulta li l-kriterju ta’ appoġġ lill-Gvern Iranjan jista’ japplika wkoll għall-entitajiet li ma humiex huma stess involuti fil-proliferazzjoni nukleari.</TXT></NP><NP><NO.P>177</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tippretendi li, kuntrarjament għal dak li tindika l-motivazzjoni tal-atti kkontestati, hija ma tagħtix sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>178</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tippreċiża, qabel kollox, li l-għan tagħha ma huwiex li tħallas id-dividendi lill-Gvern Iranjan.</TXT></NP><NP><NO.P>179</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti tammetti li tħallas parti mill-profitti tagħha lit-teżorerija nazzjonali, li hija suġġetta għall-Ministeru tal-Finanzi Iranjan, minbarra t-taxxa fuq id-dħul. Madankollu, din tippreċiża li dan l-obbligu, impost fuq il-kumpanniji pubbliċi Iranjani kollha bil-paragrafu 17 tal-liġi dwar il-baġit għas-Sena Iranjana 1389 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>paragrafu 17<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), ma jistax jikkostitwixxi sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan fis-sens tal-kriterju kkontestat peress li dan ma jikkostitwixxix dividend, iżda huwa iktar simili għall-impożizzjoni ta’ taxxa parafiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>180</NO.P><TXT>Finalment, skont ir-rikorrenti, is-somom li hija tħallas lit-teżorerija nazzjonali abbażi tal-paragrafu 17 ma jintużawx liberament mill-Gvern Iranjan, iżda jintużaw għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ interess ġenerali u ta’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku favur il-poplu Iranjan. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti żżid li s-somom inkwistjoni huma b’mod partikolari investiti mill-ġdid, flimkien ma’ riżorsi Statali oħra, fil-kuntest ta’ żiediet fil-kapital tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="22"?><NP><NO.P>181</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-fatt li r-rikorrenti ma għandhiex l-għan li tħallas dividendi lill-Gvern Iranjan, jekk jitqies bħala stabbilit, ma jimplikax li din effettivament ma tagħtix sostenn finanzjarju lil dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>182</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif jirriżulta mill-provi mressqa mir-rikorrenti stess, hija ttrasferixxiet, għas-snin finanzjarji 1387 sa 1391 tal-Kalendarju Iranjan (<DATE ISO="20080320">20 ta’ Marzu 2008</DATE> sal-<DATE ISO="20130320">20 ta’ Marzu 2013</DATE>, iktar ’il fuq il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>perijodu ta’ riferenza<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), ammont totali ta’ Rials <FT TYPE="NUMBER">1687181</FT> miljun lit-teżorerija nazzjonali abbażi tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 17.</TXT></NP><NP><NO.P>183</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li tippretendi r-rikorrenti, dawn l-ammonti ma jistgħux jiġu pparagunati mal-impożizzjonijiet jew taxxi parafiskali u jaħarbu, abbażi ta’ hekk, il-kwalifika bħala sostenn finanzjarju msemmija mill-kriterju kkontestat. Fil-fatt, minn naħa, hekk kif tammetti r-rikorrenti stess, l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 17 huwa applikabbli apparti t-taxxa fuq id-dħul. Min-naħa l-oħra, dan l-obbligu japplika biss għall-kumpanniji pubbliċi Iranjani, u b’hekk ma jistax jitqies li jifforma parti mis-sistema fiskali jew parafiskali ġenerali Iranjana.</TXT></NP><NP><NO.P>184</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata assenjazzjoni baġitarja tas-somom ittrasferiti abbażi tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 17, ir-rikorrenti ma ssostni b’ebda mod l-allegazzjonijiet tagħha. F’kull każ, it-termini tal-allegata assenjazzjoni, kif deskritti mir-rikorrenti, tant huma ġenerali li jistgħu <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> japplikaw għal kull nefqa tal-Istat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżistenza ta’ din l-assenjazzjoni, jekk titqies bħala stabbilita, ma timplikax li s-somom ittrasferiti abbażi tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 17 għall-perijodu ta’ riferenza ma jikkostitwixxux sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan fis-sens tal-kriterju kkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>185</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, mid-dokumenti ppreżentati mir-rikorrenti jirriżulta wkoll, b’risposta għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, li l-kapital tagħha żdied, fl-2012, b’ammont ta’ Rials <FT TYPE="NUMBER">1054102</FT> miljun. Issa, din is-somma hija kunsiderevolment inqas mill-ammont totali ta’ Rials <FT TYPE="NUMBER">1687181</FT> miljun ittrasferit mir-rikorrenti lit-teżorerija nazzjonali abbażi tal-obbligu stabbilit mill-paragrafu 17 għall-perijodu ta’ riferenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, iż-żieda fil-kapital tar-rikorrenti ma tippermettix li jitqies li din tal-aħħar ma tatx sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan matul il-perijodu msemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>186</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, għandu jiġi konkluż li, għall-perijodu ta’ riferenza, ir-rikorrenti ħallset ammonti kunsiderevoli favur it-teżorerija nazzjonali Iranjana li jikkostitwixxu sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan. Konsegwentement, il-Kunsill kellu d-dritt li jimponi fuq ir-rikorrenti miżuri restrittivi bħala entità li tat appoġġ lill-gvern imsemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>187</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, kuntrarjament għal dak li huwa meħtieġ mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 172 iktar ’il fuq, il-Kunsill ma ressaqx provi li jsostnu l-allegazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>188</NO.P><TXT>Issa, mill-evalwazzjoni mwettqa fil-punti 174 sa 185 iktar ’il fuq jirriżulta li r-rikorrenti effettivament ma tikkontestax ir-realtà taċ-ċirkustanza fattwali essenzjali li tiġġustifika l-miżuri restrittivi li jikkonċernawha, jiġifieri l-fatt li hija ħallset lit-teżorerija nazzjonali Iranjana parti mill-profitti tagħha għall-perijodu ta’ riferenza. Issa, fin-nuqqas ta’ tali kontestazzjoni, il-Kunsill ma kienx marbut li jressaq provi biex isostni l-fondatezza ta’ dan il-fatt, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 172 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>189</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="23"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</P></TI></TITLE><NP><NO.P>190</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tosserva li l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawha tikkostitwixxi ksur inġustifikat tad-dritt ta’ proprjetà u tal-libertà tagħha li teżerċita attività ekonomika u, għalhekk, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>191</NO.P><TXT>B’hekk, qabel kollox, skont il-ġurisprudenza, il-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha invokat fil-kuntest tat-tielet motiv jimplika ksur tad-dritt tal-proprjetà tagħha u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>192</NO.P><TXT>Sussegwentement, peress li din ma hijiex involuta fil-proliferazzjoni nukleari, il-miżuri restrittivi li jikkonċernawha ma jikkorrispondux mal-għan ġenerali mfittex mill-atti kkontestati, jiġifieri l-ġlieda kontra l-proliferazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>193</NO.P><TXT>Finalment, il-miżuri inkwistjoni jikkawżaw dannu partikolarment serju lilha stess u lill-impjegati tagħha, b’mod sproporzjonat mal-għan imfittex mill-Kunsill. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti żżid li, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, il-miżuri restrittivi inkwistjoni jolqtu, lil hinn mill-fondi miżmuma fi ħdan l-Unjoni, anki l-fondi miżmuma fl-Iran, peress li dawn jipprekluduha milli twettaq kull trasferiment ta’ fondi mill-Iran lejn l-Unjoni u għandhom effett dissważiv fir-rigward tal-operaturi Iranjani li jistgħu jikkuntrattaw magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>194</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif jirriżulta mill-punti 121 sa 168 iktar ’il fuq, l-atti kkontestati ma humiex ivvizzjati minn ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti li jiġġustifika l-annullament tagħhom. Għalhekk, it-teżi tar-rikorrenti, li tgħid li l-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha jwassal għal ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jistax jirnexxi.</TXT></NP><NP><NO.P>195</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilmenti l-oħra, fil-punt 90 iktar ’il fuq diġà tfakkar li abbażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-legalità tal-projbizzjoni ta’ attività ekonomika hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-miżuri ta’ preklużjoni jkunu xierqa u neċessarji għat-twettiq tal-għanijiet leġittimament imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, sakemm, meta jkun hemm għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel dik l-inqas vinkolanti u l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbel mal-għanijiet imfittxija (ara s-sentenza Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, punt 53 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:397">EU:T:2013:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 179 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>196</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, hekk kif jirriżulta mill-punti 59 sa 93 iktar ’il fuq, l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi kontra entitajiet li jagħtu sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan, hija intiża biex iċċaħħad lil dan tal-aħħar mis-sorsi ta’ dħul tiegħu, bil-għan li jiġi mġiegħel iwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari, fin-nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti. B’hekk, il-miżuri restrittivi li jolqtu lir-rikorrenti jikkorrispondu għall-għan imfittex mill-Kunsill, minkejja l-fatt li r-rikorrenti ma hijiex hija stess involuta fil-proliferazzjoni nukleari.</TXT></NP><NP><NO.P>197</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna d-dannu kkawżat lir-rikorrenti, huwa ċertament minnu li d-dritt ta’ proprjetà u l-libertà tagħha li teżerċita attività ekonomika huma ristretti b’mod kunsiderevoli mill-miżuri restrittivi inkwistjoni, peress li din ma tistax, b’mod partikolari, tiddisponi mill-fondi tagħha li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni jew li huma miżmuma miċ-ċittadini tagħha u lanqas tittrasferixxi l-fondi tagħha lejn l-Unjoni, ħlief abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet partikolari. Bl-istess mod, il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrenti jistgħu joħolqu ċertu suspetti kontriha fost l-imsieħba kummerċjali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>198</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-drittijiet fundamentali invokati mir-rikorrenti, jiġifieri d-dritt għall-proprjetà u d-dritt li teżerċita attività ekonomika, ma humiex prerogattivi assoluti u li l-eżerċizzju tagħhom jista’ jkun is-suġġett ta’ restrizzjonijiet iġġustifikati minn għanijiet ta’ interess ġenerali mfittxija mill-Unjoni. B’hekk, kull miżura restrittiva ekonomika jew finanzjarja tinvolvi, bħala definizzjoni, effeti li jolqtu d-drittijiet ta’ proprjetà u l-libertà ta’ eżerċizzju ta’ attivitajiet professjonali,<?PAGE NO="24"?> u b’hekk joħolqu danni lil partijiet li r-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tas-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni ma tkunx ġiet stabbilita. L-importanza tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija tali li tiġġustifika konsegwenzi negattivi, anki kunsiderevoli, għal ċerti operaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Melli Bank vs Il-Kunsill, punt 75 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:266">EU:T:2009:266</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 111 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>199</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-importanza primarja taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, l-inkonvenjenti kkawżati lir-rikorrenti ma humiex eċċessivi meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija. Dan huwa iktar il-każ għaliex, qabel kollox, l-iffriżar tal-fondi jikkonċerna biss parti mill-assi tar-rikorrenti. Sussegwentement, id-Deċiżjoni 2010/413 u r-Regolament Nru 267/2012 jistabbilixxu xi eċċezzjonijiet li jippermettu b’mod partikolari lill-entitajiet ikkonċernati minn miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi li jaffrontaw l-ispejjeż essenzjali. Finalment, għandu jiġi rrimarkat li l-Kunsill ma jallegax li r-rikorrenti stess hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari. B’hekk, din ma hijiex assoċjata personalment ma’ aġiri li jippreżentaw riskju għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali, u minħabba f’hekk, il-livell ta’ suspett fir-rigward tagħha huwa minimu.</TXT></NP><NP><NO.P>200</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sitt motiv għandu jiġi miċħud u, għalhekk, ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>201</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Bank of Industry and Mine hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20130429">29 ta’ April 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>