15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 133/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni Nru A3 tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-akkumulazzjoni ta’ perjodi ta’ stazzjonar mhux interrotti mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru E2 tat-3 ta’ Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura tal-ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li hu parti inerenti tal-EESSI (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord tal-Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru H5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Deċiżjoni Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni Nru S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “benefiċċji mhux finanzjarji” kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36(1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni Nru S6 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kumpilazzjoni tal-inventarji previsti fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(10)

Id-Deċiżjoni Nru S7 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimborż (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness VI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3.2 (Deċiżjoni Nru A2):

“3.3.

32010 D 0608 (01): Id-Deċiżjoni Nru A3 tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar l-akkumulazzjoni ta’ perjodi ta’ stazzjonar mhux interrotti mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 149 8.6.2010, p. 3).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 4.1 (Deċiżjoni Nru E1):

“4.2.

32010 D 0710(01): Id-Deċiżjoni Nru E2 tat-3 ta’ Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta’ proċedura tal-ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li hu parti inerenti tal-EESSI (ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5).”

3.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 6.2 (Deċiżjoni Nru H2):

“6.3.

32010 D 0424(16): Id-Deċiżjoni Nru H3 tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fin-nuqqas ta’ rata ta’ konverżjoni ppubblikata fir-rigward tal-kuruna Islandiża (ISK) mill-Bank Ċentrali Ewropew, ir-rata ta’ konverżjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru H3 għandha tiġi mifhuma bħala r-rata ta’ konverżjoni ta’ kuljum iffissata mill-Bank Ċentrali tal-Islanda matul ix-xahar ta’ referenza.

6.4.

32010 D 0427(01): Id-Deċiżjoni Nru H4 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Bord ta’ Verifika tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (ĠU C 107 27.4.2010, p. 3).

6.5.

32010 D 0608(02): Id-Deċiżjoni Nru H5 tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5).”

4.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 8.3 (Deċiżjoni Nru S3):

“8.4.

32010 D 0424(14): Id-Deċiżjoni Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 52).

8.5.

32010 D 0424(15): Id-Deċiżjoni Nru S5 tat-2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ benefiċċji mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27(1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36(1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54).

8.6.

32010 D 0427(02): Id-Deċiżjoni Nru S6 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u l-kumpilazzjoni tal-inventarji previsti fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6).

8.7.

32010 D 0427(03): Id-Deċiżjoni Nru S7 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tranżizzjoni mir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ rimborż (ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri A3, E2, H3, H4, H5, S4, S5, S6 u S7 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 33.

(2)   ĠU C 149, 8.6.2010, p. 3.

(3)   ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5.

(4)   ĠU C 106, 24.4.2010, p. 56.

(5)   ĠU C 107, 27.4.2010, p. 3.

(6)   ĠU C 149, 8.6.2010, p. 5.

(7)   ĠU C 106, 24.4.2010, p. 52.

(8)   ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54.

(9)   ĠU C 107, 27.4.2010, p. 6.

(10)   ĠU C 107, 27.4.2010, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.