|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2381 |
24.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2381
tat-13 ta’ Novembru 2025
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għall-emendar tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija Parti Kontraenti għall-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (1) (il-“Ftehim”). |
|
(2) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li tieħu sehem fin-negozjati li ġejjin li se jsiru fil-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (il-“Kunsill tal-Membri”) biex jemendaw il-Ftehim, meta titqies l-importanza ta’ dak is-settur għall-ekonomija tal-Unjoni. Il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi aġġornat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ wħud mill-objettivi tiegħu, il-proċedura biex jitħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-Membri u l-proċedura biex jiġu adottati l-emendi tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 32 tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Membri jista’ jadotta deċiżjonijiet li jemendaw il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tieħu sehem fin-negozjati biex jiġi emendat il-Ftehim dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015.
2. In-negozjati għandhom jitwettqu abbażi tad-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni hija b’dan innominata bħala n-negozjatur tal-Unjoni.
Artikolu 3
In-negozjati għandhom jitwettqu f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar Prodotti Bażiċi (PROBA).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU L 293, 28.10.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/1892/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2381/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)