<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-214/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0214</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:914">EU:C:2017:914</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20171129">29.11.2017</DATE> – Kawża C-214/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">King</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal leave annwali mhux meħud imħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jieħu l-leave annwali tiegħu mingħajr ma tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni għal dan il-leave</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-214/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160330">30 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Conley King</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">The Sash Window Workshop Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Richard Dollar,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, E. Levits (Relatur), A. Borg Barthet, M. Berger, u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: C Strömholm, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20170329">29 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal C. King, minn C. Gilroy-Scott, solicitor kif ukoll minn A. Dashwood, QC, u J. Williams, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għal The Sash Window Workshop Ltd u R. Dollar, minn M. Pilgerstorfer, barrister, mogħti mandat minn J. Potts, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Simmons, bħala aġent, assistita minn C. Banner, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u J. Tomkin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din il-kawża tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Conley King u l-persuna li kienet timpjegah preċedentement, The Sash Window Workshop Ltd u R. Dollar (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sash WW<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fir-rigwarda tat-talba ta’ dan tal-ewwel sabiex jikseb pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal-leave annwali mħallas mhux meħud għas-snin 1999 sa 2012.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni Nru 132 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni Nru 132 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, tal-<DATE ISO="19700624">24 ta’ Ġunju 1970</DATE>, dwar il-leave annwali mħallas (riveduta) jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-parti tal-leave annwali mhux interrotta msemmija fl-Artikolu 8(2) ta’ din il-Konvenzjoni għandha tingħata u tittieħed f’terminu ta’ mhux iktar minn sena, u l-bqija tal-leave annwali mħallas f’terminu ta’ mhux iktar minn tmintax-il xahar li jibda jiddekorri fit-tmiem tas-sena li fiha jibda d-dritt għal-leave.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-imsemmija konvenzjoni ġiet irratifikata minn sebgħa u tletin Stat u r-Renju Unit ma huwiex fosthom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessa 6 tad-Direttiva 2003/88:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Akkont għandu jittieħed tal-prinċipji ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Dan jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-direttiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ […] leave annwali […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Leave annwali</HT></P></TI></TITLE><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-istess direttiva jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tagħha. Ebda deroga ma hija ammessa fir-rigward tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88 ġiet implementata fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-Working Time Regulations 1998 (Regolamenti dwar il-Ħin tax-Xogħol tal-1998), kif emendati (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regolament tal-1998<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-1998 jistabbilixxi d-dritt tal-ħaddiem għal-leave annwali. L-Artikolu 13(1) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>[…] ħaddiem għandu dritt għall-erba’ ġimgħat leave annwali f’kull sena ta’ leave.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(9) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Leave li għalih ħaddiem huwa intitolat taħt dan l-artikolu jista’ jittieħed ratealment, imma</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jista’ jittieħed biss fis-sena tal-leave li fir-rigward tagħha huwa dovut, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jista’ jinbidel bi ħlas bħala kumpens biss meta l-impjieg tal-ħaddiem jiġi tterminat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament jittratta d-dritt tal-ħaddiem li jikseb remunerazzjoni għal-leave annwali. L-Artikolu 16(1) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ħaddiem għandu d-dritt li jitħallas fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ leave annwali li huwa għandu dritt għalih skont l-Artikolu 13, bir-rata li tikkorrispondi mas-salarju ta’ ġimgħa għal kull ġimgħa ta’ leave.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 30(1) tal-istess regolament jagħti lil ħaddiem id-dritt li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Ħaddiem jista’ jressaq ilment quddiem Employment Tribunal [tribunal industrijali, ir-Renju Unit] li l-persuna li timpjegah:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tkun irrifjutat li tippermettilu li jeżerċita kwalunkwe dritt mogħti lilu taħt:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>[…] l-Artikolu 13(1) […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…] jew</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tkun naqset li tħallsu kwalunkwe ammont, kollu jew xi parti minnu, dovut lilu skont l-Artikolu […]16(1).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Employment Tribunal [tribunal industrijali] ma għandux jikkunsidra lment taħt dan l-artikolu jekk ma jkunx imressaq:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tliet xhur (jew, fil-każ li għalih japplika l-Artikolu 38(2), sitt xhur) li jibda mid-data ta’ meta huwa allegat li l-eżerċizzju tad-dritt kellu jkun permess (jew fil-każ ta’ perijodu ta’ mistrieħ jew leave li jestendi fuq aktar minn ġurnata waħda, id-data li fiha kellu jiġi permess li jibda) jew, skont il-każ, kellu jsir il-ħlas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>f’dak iż-żmien ulterjuri li t-tribunal jidhirlu raġonevoli f’każ fejn ikun issodisfatt li ma kienx raġonevolment prattikabbli li l-ilment jitressaq qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu ta’ tliet jew, skont il-każ, sitt xhur.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>….<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>C. King ħadem ma Sash WW abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kuntratt ta’ persuna taħdem għal rasha bil-kummissjoni biss<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, mill-<DATE ISO="19990601">1 ta’ Ġunju 1999</DATE> sal-irtirar tiegħu, jiġifieri fis-<DATE ISO="20121006">6 ta’ Ottubru 2012</DATE>. Abbażi ta’ dan il-kuntratt, C. King kien jirċievi biss kummissjonijiet. Meta huwa kien jieħu leave annwali, dan tal-aħħar ma kienx jiġi remunerat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, C. King talab mingħand il-persuna li timpjegah il-ħlas tal-pagamenti ta’ benefiċċji bħala kumpens għal-leave annwali tiegħu, kemm għal dak meħud u mhux imħallas kif ukoll għal dak mhux meħud, li jikkorrispondi għall-perijodu kollu li matulu kien ħadem, jiġifieri mill-<DATE ISO="19990601">1 ta’ Ġunju 1999</DATE> sas-<DATE ISO="20121006">6 ta’ Ottubru 2012</DATE>. Sash WW irrifjutat li tilqa’ t-talba ta’ C. King minħabba li dan tal-aħħar kellu l-istatus ta’ ħaddiem għal rasu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>C. King ippreżenta rikors quddiem l-Employment Tribunal (tribunal industrijali) kompetenti. Dan tal-aħħar għamel distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ leave annwali, li huwa paċifiku li ebda waħda minnhom ma ġiet remunerata:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ħlas għal vaganzi 1<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jikkorrispondi għall-leave miġmugħ iżda mhux meħud fid-data tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol matul l-aħħar sena tal-leave (2012–2013);</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ħlas għal vaganzi 2<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li jikkorrispondi għal-leave effettivament meħud bejn is-sena 1999 u s-sena 2012, iżda li għalih ma nagħtat l-ebda remunerazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Ħlas għal vaganzi 3<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li jikkorrispondi għall-leave miġmugħ iżda mhux meħud matul il-perijodu kollu li matulu ħadem C. King, jiġifieri t-total ta’ 24.15-il ġimgħa.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Employment Tribunal (tribunal industrijali) qies li C. King kellu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, u li huwa kellu d-dritt li jibbenefika mit-tliet kategoriji ta’ ħlas għall vaganzi mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Sash WW appellat mis-sentenza tal-Employment Tribunal (tribunal industrijali) quddiem l-Employment Appeal Tribunal (tribunal industrijali tal-appell, ir-Renju Unit), li laqgħa l-appell tagħha u bagħat lura l-kawża quddiem l-Employment Tribunal (tribunal industrijali). C. King u Sash WW ippreżentaw, rispettivament, appell u appell inċidentali kontra din l-aħħar sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Quddiem il-qort tar-rinviju, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili), ir-Renju Unit), huwa issa paċifiku li C. King huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, u li huwa għandu dritt għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ħlas għall-vaganzi 1 u 2<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ħlas għall-vaganzi 3<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, Sash WW issostni li, abbażi tal-Artikolu 13(9)(a) tar-Regolament tal-1998, C. King ma kellux id-dritt li jirrimanda perijodi ta’ leave annwali mhux meħud fuq sena tal-leave ġdida. Peress li ma ppreżentax rikors skont l-Artikolu 30(1)(a) ta’ dan ir-regolament, C. King tilef kull dritt fir-rigward tal-leave annwali tiegħu, peress li talba intiża għall-ksib ta’ pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal-leave annwali mħallas mhux meħud għas-snin tal-leave hija preskritta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>C. King iqis, min-naħa l-oħra, li d-drittijiet tiegħu relatati mal-leave annwali mħallas, mhux meħud minħabba li l-persuna li timpjega ma kinitx ser tirremunerah, kienu ġew irrimandati fuq is-sena tal-leave ta’ wara, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(9)(a) tar-Regolament tal-1998, u sussegwentement minn sena għal sena sad-data tat-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol. C. King isostni, billi jagħmel riferiment għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li d-dritt għall-ħlas ta’ pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal-leave annwali mħallas mhux meħud tnissel biss fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol u, għaldaqstant, li r-rikors tiegħu tressaq fil-ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qort tar-rinviju, filwaqt li tikkonstata li d-dritt tar-Renju Unit ma jippermettix l-irrimandar ta’ leave annwali lil hinn mis-sena tal-leave li għaliha dan il-leave jingħata u li dan mhux bilfors jiggarantixxi rimedju effettiv sabiex jiġi invokat ksur tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tad-dritt rilevanti tal-Unjoni għas-soluzzjoni tal-kawża pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hija, b’mod partikolari, tosserva li l-irrimandar ta’ leave annwali mħallas, mhux meħud minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunerah, jista’ jagħti lok għal evalwazzjonijiet differenti minn dawk li jsiru fil-każ ta’ leave annwali mhux meħud mill-ħaddiem minħabba marda. Issa, kien biss fil-kuntest ta’ din l-aħħar sitwazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili)) iddeċidiet li tisospendi l-proċeduri u li tgħamel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u persuna li timpjega dwar jekk il-ħaddiem huwiex intitolat għal leave annwali bi[l-]ħlas skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva [2003/88], huwa kompatibbli mad-dritt tal-UE, u b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ rimedju effettiv, il-fatt li l-ħaddiem ikollu l-ewwel jieħu l-leave qabel ma jkun jista’ jstabbilixxi jekk huwiex intitolat li jitħallas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ħaddiem ma jiħux il-leave annwali kollu jew parti minnu li għalih huwa intitolat fis-sena ta’ leave meta kwalunkwe dritt għandu jiġi eżerċitat, f’ċirkustanzi fejn huwa ma jagħmilx dan biss minħabba l-fatt li l-persuna li timpjegah tirrifjuta li tħallsu għal kwalunkwe perijodu ta’ leave li huwa jieħu, il-ħaddiem jista’ jsostni li huwa prekluż milli jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave bi[l-]ħlas b’mod li d-dritt jiġi rrimandat sakemm huwa jkollu l-possibbiltà li jeżerċitah?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li d-dritt jiġi rrimandat, dan isir għal żmien indefinit jew hemm perijodu limitat għall-eżerċizzju tad-dritt rimandat b’analoġija mal-limitazzjonijiet imposti meta l-ħaddiem ma jkunx jista’ jeżerċita d-dritt għal-leave fis-sena tal-leave rilevanti minħabba mard?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni statutorja jew kuntrattwali li tispeċifika perijodu tal-leave rimandat, il-qorti hija obbligata li timponi limitu għall-perijodu tal-leave rimandat sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni [tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ħin tax-xogħol] ma tfixkilx l-għan tal-Artikolu 7 [tad-Direttiva 2003/88]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Jekk iva, iż-żmien ta’ 18-il xahar wara t-tmiem tas-sena tal-vaganzi li fiha akkumula l-leave huwa kompatibbli mad-dritt tal-Artikolu 7 [tad-Direttiva 2003/88]?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara li ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, fit-<DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, C. King, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE>, talab li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Insostenn ta’ din it-talba, C. King isostni, essenzjalment, li fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali hemm nuqqas ta’ ftehim fir-rigward tal-offerta ta’ impjieg li kienet saritlu matul is-sena 2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, l-Avukat Ġenerali għandu d-dmir li jippreżenta fil-pubbliku, b’imparzjalità u b’indipendenza sħiħa, konklużjonijiet immotivati dwar il-kawżi li, skont l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jeżiġu l-intervent tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja la hija marbuta minn dawn il-konklużjonijiet u lanqas mill-motivazzjoni li abbażi tagħha l-Avukat Ġenerali jasal għal dawn il-konklużjonijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170622">22 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Federatie Nederlandse Vakvereniging <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-126/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:489">EU:C:2017:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-nuqqas ta’ qbil ta’ parti kkonċernata mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, irrispettivament mill-kwistjonijiet li jkun qed jeżamina fihom, ma jistax fih innifsu jikkostitwixxi raġuni li tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C–33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Dan espost, l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprevedi li din tal-aħħar tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet jew mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Dan ma huwiex il-każ hawnhekk. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li hija għandha l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tagħti deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qort tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ħaddiem għandux dritt għal leave annwali mħallas konformament mal-ewwel wieħed minn dawn l-artikoli, jipprekludu li l-ħaddiem għandu l-ewwel jieħu l-leave tiegħu qabel ma jsir jaf jekk għandux dritt għal remunerazzjoni abbażi ta’ dan il-leave.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, dispożizzjoni li d-direttiva ma tippermetti ebda deroga minnha, kull ħaddiem igawdi minn leave annwali mħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat. Dan id-dritt għal-leave annwali mħallas għandu jitqies li huwa prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari u li għandu jiġi applikat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biss fil-limiti stipulati espressament mid-Direttiva 2003/88 stess (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sobczyszyn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:502">EU:C:2016:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi nnotat li d-dritt għal-leave annwali mħallas huwa espressament sanċit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta, li għandha, skont l-Artikolu 6(1) TUE, l-istess valur legali bħat-Trattati (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tielet nett, minn kliem id-Direttiva 2003/88 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju u ta’ implementazzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas, huma għandhom jastjenu ruħhom milli jissuġġettawx għal xi kundizzjoni l-kostituzzjoni stess tal-imsemmi dritt li jirriżulta direttament minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li d-Direttiva 2003/88 tittratta d-dritt għal leave annwali u d-dritt li jinkiseb ħlas f’dan ir-rigward bħala li jikkostitwixxu ż-żewġ naħat ta’ dritt wieħed. L-għan tal-ħtieġa li dan il-leave jiġi rremunerat huwa li l-ħaddiem, matul l-imsemmi leave, jitqiegħed f’sitwazzjoni li hija, fir-rigward tas-salarju, paragunabbli mal-perijodi tax-xogħol (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lock</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:351">EU:C:2014:351</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li l-ħaddiem għandu jkun f’pożizzjoni li jgawdi mir-remunerazzjoni, li għaliha huwa għandu dritt abbażi tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, waqt it-teħid tal-leave annwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għan innifsu tad-dritt għal-leave annwali mħallas huwa li jippermetti li l-ħaddiem jistrieħ u li jkollu perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji (ara, b’mod partikolari s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sobczyszyn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:502">EU:C:2016:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, hekk kif tosserva l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ħaddiem, meta jkun affaċjat minn ċirkustanzi ta’ natura li jqajjmu inċertezza matul il-perijodu tal-leave annwali tiegħu fir-rigward tar-remunerazzjoni dovuta lilu, ma jkunx f’pożizzjoni li jgawdi b’mod sħiħ l-imsemmi leave inkwantu perijodu ta’ serħan u ta’ delizzji, abbażi tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Bl-istess mod, tali ċirkustanzi jistgħu jiskoraġġixxu lill-ħaddiem milli jieħu l-leave annwali tiegħu. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li kull prattika jew ommissjoni, min-naħa tal-persuna li timpjega, li potenzjalment ikollha l-effett li tiskoraġġixxi t-teħid tal-leave annwali minn ħaddiem, hija wkoll inkompatibbli mal-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas (ara, f’dan is-sens is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140522">22 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lock</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑539/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:351">EU:C:2014:351</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, bil-kontra ta’ dak li jsostni r-Renju Unit fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-osservanza tad-dritt għal-leave annwali mħallas ma tistax tkun tiddependi fuq evalwazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni finanzjarja li fiha jkun jinsab il-ħaddiem fil-mument tat-teħid tal-leave.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda r-rimedji ġudizzjarji li għandhom ikunu disponibbli għall-ħaddiem, fil-każ ta’ tilwima mal-persuna li timpjega, sabiex ikun jista’ jinvoka d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas abbażi tad-Direttiva 2003/88, din tal-aħħar, ċertament, ma tinkludi ebda dispożizzjoni f’dan ir-rigward.<?PAGE NO="8"?> Madankollu, huwa stabbilit li l-Istati Membri għandhom, f’dan il-kuntest, jiggarantixxu l-osservanza tad-dritt għal rimedju effettiv, kif sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Star Storage <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/14 u C‑488/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:688">EU:C:2016:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dritt għal-leave annwali mħallas previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 huwa implementat, fir-Renju Unit, permezz ta’ żewġ artikoli separati tar-Regolament tal-1998, jiġifieri, minn naħa, l-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, li jirrikonoxxi d-dritt għal perijodu ta’ leave annwali, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, li jistabbilixxi d-dritt għall-ħlas ta’ dan il-leave. Fl-istess loġika, l-Artikolu 30(1) ta’ dan l-istess regolament jirrikonoxxi lill-ħaddiem id-dritt għal żewġ rimedji ġudizzjarji separati, dan jista’ jressaq azzjoni quddiem qorti jew biex jikkontesta r-rifjut li jiġi rrikonoxxut lilu, mill-persuna li timpjegah, d-dritt għal perijodu ta’ leave annwali mogħti lilu mill-imsemmi Artikolu 13, jew inkella biex isostni li l-persuna li timpjegah ma ħallsitux, konformament mal-imsemmi Artikolu 16, għal-leave kollu jew għal parti minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tilwima fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet magħżula mill-Employment Appeal Tribunal (tribunal industrijali tal-appell) twassal sabiex jitqies li ħaddiem, minn naħa, jista’ jinvoka ksur tad-dritt għal-leave annwali previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-1998 biss sa fejn il-persuna li timpjegah ma tħallih jieħu l-ebda perijodu ta’ leave, remunerat jew le, u li, min-naħa l-oħra, jista’ jinvoka, abbażi tal-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, biss il-ħlas tal-leave effettivament meħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, tali interpretazzjoni tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali previsti f’dan ir-rigward twassal għar-riżultat li, f’sitwazzjoni fejn il-persuna li timpjega tagħti lill-ħaddiem biss leave mhux remunerat, dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jinvoka quddiem qorti d-dritt, bħala tali, li jieħu leave imħallas. Għal dan il-għan, huwa l-ewwel ikollu jieħu leave mingħajr ħlas u biss sussegwentement jippreżenta rikors intiż għall-ksib tal-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti fil-punti 36 sa 40 ta’ din is-sentenza, tali riżultat ma huwiex kompatibbli mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, fir-rigward ta’ ħaddiem f’sitwazzjoni bħal dik ta’ C. King, interpretazzjoni tar-rimedji ġudizzjarji nazzjonali fis-sens indikat fil-punt 43 ta’ din is-sentenza tagħmilha impossibbli li dan il-ħaddiem jinvoka, meta r-relazzjoni tax-xogħol tkun intemmet, ksur tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 abbażi tal-leave imħallas dovut iżda mhux meħud, sabiex jibbenefika mill-pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens imsemmi fil-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu. B’dan il-mod, ħaddiem bħal ma huwa r-rikorrent fil-kawża prinċipali, jiġi mċaħħad minn rimedju effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ħaddiem għandux dritt għal leave annwali mħallas konformament mal-ewwel wieħed minn dawn l-artikoli, jipprekludu li l-ħaddiem għandu l-ewwel jieħu l-leave tiegħu qabel ma jsir jaf jekk għandux dritt għal remunerazzjoni abbażi ta’ dan il-leave.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sal-ħames domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sal-ħames domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qort tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li abbażi tagħhom ħaddiem huwa prekluż milli jirrimanda u, jekk ikun il-każ, milli jakkumula, sal-mument ta’ meta r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tintemm, drittijiet għal-leave annwali mħallas mhux eżerċitati abbażi ta’ diversi snin tal-leave konsekuttivi, minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunera dan il-leave.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmula, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġiet imsejjħa, b’mod partikolari fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tiddeċiedi fuq kwistjonijiet relatati mad-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem li ma kienx f’pożizzjoni li jeżerċità, sa tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, id-dritt tiegħu għal dan il-leave għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, u b’mod iktar partikolari minħabba marda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, huwa tabilħaqq għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu li C. King ma eżerċitax id-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas qabel ma rtira. Għandu jiġi speċifikat, f’dan ir-rigward, li, anki li kieku l-persuna kkonċernata setgħet taċċetta, f’mument speċifiku tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-persuna li tħaddimha, kuntratt differenti, li jipprevedi dritt għal-leave annwali mħallas, tali ċirkustanza hija irrilevanti fid-dawl tar-risposta li għandha tingħata għal dawn id-domandi preliminari. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja hija msejjħa tieħu inkunsiderazzjoni, għal dan il-għan, ir-relazzjoni ta’ xogħol kif din kienet eżistiet u damet, irrispettivament mir-raġuni, sal-irtirat ta’ C. King, mingħajr ma dan tal-aħħar ma seta’ jibbenefika mid-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu fl-ewwel lok jitfakkar li d-Direttiva 2003/88 ma tippermettix li l-Istati Membri jeskludu l-kostituzzjoni jew il-ħolqien tad-dritt għal-leave annwali mħallas u lanqas li jipprevedu li d-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem li ġie prekluż milli jeżerċità dan id-dritt jiġi estint mal-iskadenza tas-sena tal-leave u/jew ta’ perijodu ta’ rrimandar stabbilit mid-dritt nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ħaddiem li ma kienx f’pożizzjoni, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tiegħu, li jeżerċità d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas qabel tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol għandu dritt għal pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens abbażi tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88. L-ammont ta’ dan il-pagament għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li l-imsemmi ħaddiem jitqiegħed f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik li huwa kien ikun fiha li kieku huwa eżerċità l-imsemmi dritt matul il-perijodu tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090120">20 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Schultz-Hoff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/06 u C‑520/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:18">EU:C:2009:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, fit-tieni lok, li fil-kawżi li taw lok għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-ħaddiema kkonċernati kienu ġew preklużi milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave annwali mħallas minħabba l-assenza tagħhom mix-xogħol għal raġunijiet ta’ mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, f’dak il-kuntest partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm ħaddiem li ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi snin ta’ leave konsekuttivi jkollu d-dritt li jakkumula, b’mod illimitat, id-drittijiet ta’ leave annwali mħallas kollha miksuba waqt il-perijodu tal-assenza tiegħu mix-xogħol, tali kumulu illimitat ma jibqax jissodisfa l-għan stess tad-dritt għal-leave annwali mħallas (ara, f’dan is-sens is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, fiċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom ikun jinsab ħaddiem li huwa inkapaċi biex jaħdem għal diversi snin tal-leave konsekuttivi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fid-dawl mhux biss tal-protezzjoni tal-ħaddiem imfittxa mid-Direttiva 2003/88, iżda wkoll ta’ dik tal-persuna li timpjega, li tkun affaċjata bir-riskju ta’ kumulu eċċessivamnet kbir ta’ perijodi ta’ assenza tal-ħaddiem u bid-diffikultajiet li dan jista’ jinvolvi għall-organizzazzjoni tax-xogħol, l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali, li jillimitaw, għal perijodu ta’ rrimandar tal-leave ta’ ħmistax-il xahar li fl-iskadenza tiegħu d-dritt għal-leave annwali mħallas jiġi estint, il-kumulu tad-drittijiet għal tali leave ta’ ħaddiem li jkun ilu inkapaċi biex jaħdem għal diversi snin tal-leave konsekuttivi (ara, f’dan is-sens is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li għandu jiġi eżaminat, fit-tielet lok, jekk ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, b’tali mod li, l-istess bħal assenza fit-tul ta’ ħaddiem minħabba leave tal-mard, dawn jiġġustifikaw deroga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 kif ukoll fl-Artikolu 31(2) tal-Karta, li jgħid li dritt għal-leave annwali mħallas miksub ma jiġix estint mal-iskadenza tas-sena tal-leave u/jew ta’ perijodu ta’ rrimandar stabbilit mid-dritt nazzjonali, meta l-ħaddiem ma kienx f’pożizzjoni li jieħu l-leave tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandhom jissemmew is-segwenti elementi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:215">EU:C:2010:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, kull deroga mis-sistema tal-Unjoni fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol prevista mid-Direttiva 2003/88 għandha tingħata interpretazzjoni li tillimita l-portata tagħha għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi li din id-deroga tippermetti li jiġu protetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Union syndicale Solidaires Isère</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑428/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:612">EU:C:2010:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, protezzjoni tal-interessi tal-persuna li timpjega ma jidhirx li hija strettament neċessarja u, għaldaqstant, ma jidhirx li hija ta’ natura li tiġġustifika deroga mid-dritt għal-leave annwali mħallas tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-evalwazzjoni tad-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem bħal C. King ma hijiex marbuta ma sitwazzjoni fejn il-persuna li timpjegah kienet affaċjata minn perijodi ta’ assenza ta’ dan tal-aħħar li, l-istess bħal leave tal-mard għal perijodu twil, wasslu għal diffikultajiet f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni tax-xogħol. Bil-kontra ta’ dan, din il-persuna li timpjega setgħet tieħu vantaġġ, sal-irtirar tal-ħaddiem tagħha, mill-fatt li dan tal-aħħar ma kienx jinterrompi l-perijodi ta’ attività professjonali tiegħu fis-servizz tagħha sabiex jieħu leave annwali mħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>It-tieni nett, iċ-ċirkustanza li Sash WW qieset, bi żball, li C. King ma kellux dritt għal leave annwali mħallas, anki jekk jitqies li hija minnha, hija irrilevanti. Fil-fatt, hija l-persuna li timpjega li għandha tfittex kull informazzjoni dwar l-obbligi tagħha f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hekk kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza, il-kostituzzjoni stess tal-imsemmi dritt għal-leave annwali mħallas ma tistax tiġi suġġetta għal xi kundizzjoni, peress li l-imsemmi dritt huwa mogħti direttamment lill-ħaddiem mid-Direttiva 2003/88. Għalhekk, f’dak li jirrigwarda t-tilwima fil-kawża prinċipali, il-kwistjoni ta’ jekk, matul is-snin, C. King ressaqx talbiet għal-leave annwali mħallas jew le hija irrilevanti (ara, f’dan is-sens is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bollacke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑118/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1755">EU:C:2014:1755</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li, bil-kontra ta’ sitwazzjoni ta’ kumulu tad-drittijiet għal-leave annwali mħallas ta’ ħaddiem prekluż milli jieħu l-imsemmi leave minħabba mard, il-persuna li timpjega li ma tqiegħedx ħaddiem f’pożizzjoni li jeżerċità d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas għandha tassumi l-konsegwenzi ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’tali ċirkustanzi, fl-assenza ta’ kull dispożizzjoni nazzjonali, li tirriżulta min leġiżlazzjoni jew minn ftehim kollettiv, li tipprevedi limitazzjoni tal-irrimandar tal-leave b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111122">22 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>KHS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-214/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:761">EU:C:2011:761</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Neidel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-337/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:263">EU:C:2012:263</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), is-sistema tal-Unjoni fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, prevista mill-imsemmija Direttiva 2003/88, ma tistax tiġi interpretata b’mod restrittiv. Fil-fatt, il-fatt li jiġi aċċettat, f’dawn iċ-ċirkustanżi, li<?PAGE NO="11"?> d-drittijiet għal-leave annwali mħallas miksuba mill-ħaddiem jiġu estinti jkun ifisser li jiġi approvat aġir li jwassal għal arrikkiment illegali tal-persuna li timpjega bi ħsara tal-għan innifsu tal-imsemmija direttiva intiż għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għat-tieni sal-ħames domandi għandha tkun li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li abbażi tagħhom ħaddiem huwa prekluż milli jirrimanda u, jekk ikun il-każ, milli jakkumula, sal-mument ta’ meta r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tintemm, drittijiet għal-leave annwali mħallas mhux eżerċitati abbażi ta’ diversi snin tal-leave konsekuttivi, minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunera dan il-leave.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ħaddiem għandux dritt għal leave annwali mħallas konformament mal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, jipprekludu li l-ħaddiem għandu l-ewwel jieħu l-leave tiegħu qabel ma jsir jaf jekk għandux dritt għal remunerazzjoni abbażi ta’ dan il-leave.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li abbażi tagħhom ħaddiem huwa prekluż milli jirrimanda u, jekk ikun il-każ milli jakkumula, sal-mument ta’ meta r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tintemm, drittijiet għal-leave annwali mħallas mhux eżerċitati abbażi ta’ diversi snin tal-leave konsekuttivi, minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunera dan il-leave.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P><IE/></P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>