|
16.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 105/2010
tal-1 ta' Ottubru 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 tal-25 ta' Jannar 2010 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rapportaġġ elettroniku tal-vapuri fin-navigazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar armonizzati (RIS) li jirrigwardaw ir-rotot navigabbli interni fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 49ac (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2007) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
|
“49ad. |
32010 R 0164: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 tal-25 ta' Jannar 2010 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rapportaġġ elettroniku tal-vapuri fin-navigazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar armonizzati (RIS) li jirrigwardaw ir-rotot navigabbli interni fil-Komunità (ĠU L 57, 6.3.2010, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 164/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.