31992D0471



Official Journal L 270 , 15/09/1992 P. 0027 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0076
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0076


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Settembru 1992

li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterenarja għall-importazjoni ta’ embrijoni ta’ bovini minn pajjiżi terzi

(92/471/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fil-, u f’ importazjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċje tal-bovini [1], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tiegħu,

Billi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom il-permess li jimportaw embrijoni ta’ bovini kienet ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/270/KEE [3];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [4] tistabbilixxi l-lista ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ embrijoni għal ċerti pajjiżi terzi; billi d-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha tkun finalizzata fi żmien qasir b’informazjoni ġdida għal pajjiżi terzi oħra;

Billi huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterenarja meħtieġa għall-importazjoni ta’ embrijoni ta’ bovini minn pajjiżi terzi;

Billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li fihom l-embrijoni li huma intenzjonati għall-esportazjoni lejn il-Komunità kienu ġew miġbura ntrabtu li jassiguraw embrijoni bħal dawn ikunu ġew miġbura u pproċessati minn gruppi ta’ ġbir ta’ embrijoni li huma approvati u taħt superviżjoni, li huma jkunu akkwistawhom minn annimali ta’ status sodisfaċenti ta’ saħħa, li huma jkunu ġew maħżuna u ttrasportati skond ir-regoli li jippreservaw l-istatus tas-saħħa tagħhom u li huma akkompanjati matul it-trasport b’ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimal biex jassiguraw li din l-obbligazzjoni tkun ġiet imwettqa;

Billi l-awtoritajiet veterenarji kompetenti ta’ pajjiżi terzi ta’ fuq il-lista kienu ntrabtu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’telex jew telefax fi żmien 24 siegħa tal-konferma ta’ xi okkorrenza ta’ kwalunkwe marda minn dan il-mard segwenti: rinderpest, il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, plewropnewmonja bovina li tittieħed, bluetongue (ilsien ikħal), mard ta’ emorroġija epiżotika, deni tar-Rift Valley u stomatitis vesikulari li tittieħed jew l-adozzjoni ta’ vaċċinazzjoni kontra tagħhom;

Billi s-sitwazjoni tas-saħħa ta’ l-annimali fil-pajjiżi terzi ta’ fuq il-lista hija sodisfaċenti mill-punto di vista ta’ importazzjoni ta’ embrijoni tal-bovini; billi s-servizzi veterenarji f’dawk il-pajjiżi huma stutturati u organizzati sewwa;

Billi ċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali huwa adattat biex jittratta mas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali f’pajjiżi terzi individwali;

Billi iżda l-miżuri kif provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazjoni ta’ embrijoni tal-bovini li jkunu konformi mal-garanziji mniżżlin fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali bi qbil ma’ l-Anness A, Parti I. Dan iċ-ċertifikat għandu jakkompanja konsenji ta’ embrijoni li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet mill-partijiet terzi mniżżla f’L-Anness A, Parti II.

2. Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazjoni ta’ embrijoni tal-bovini li jkunu konformi mal-garanziji mniżżlin fiċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bi qbil ma’ l-Anness B, Parti I. Dan iċ-ċertifikat għandu jakkompanja konsenji ta’ embrijoni li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet mill-partijiet terzi mniżżla f’L-Anness B, Parti II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Settembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[3] ĠU L 134, tad-29.5.1991, p. 56.

[4] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

PARTI I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

PARTI II

Lista ta’ pajjiżi approvati li jagħmlu użu mill-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jintsab f’Parti I l-Anness A.

L-Awstria

Il-Bosnia-Herżegovina

Il-Kanada - F’dak li jirrigwardja dik il-parti tal-Kanada deskritta bħala "Iż-żona Okanagan tal-British Columbia" u ddefinita fl-Annes tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/212/KEE (1); paragrafu 2 (ċ) (ii) għandu jkun iċċertifikat.

Il-Kroazja

Iċ-Ċekoslovakkja

Il-Finlandja

L-Ungerija

L-Iżrael

New Zealand

In-Norveġja

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

L-Iżvezja

L-Iżvizzera

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Ir-Repubbliki Jugożlavi tas-Serbja, il-Montenegro u l-Maċedonja

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

PARTI I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

PARTI II

Lista ta’ pajjiżi approvati li jagħmlu użu mill-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jintsab f’Parti I l-Anness B.

L-Awstralja

--------------------------------------------------