3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tal-24 ta' April 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3), b'adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4333 finali tat-8 ta' Awwissu 2008 li tistipula miżuri addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“66ia.

C(2008) 4333 finali: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4333 finali tat-8 ta' Awwissu 2008 li tistipula miżuri addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2009 tad-29 ta' Mejju 2009, liema minnhom isseħħ l-aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.

(2)   ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(*1)  Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikat.