Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jikkomunika, fit-terminu preskritt, ir-rapport bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implementat il-Protokoll ta’ Kyoto – Informazzjoni dwar il-miri nazzjonali għall-emissjonijiet ta’ gass serra u dwar il-miżuri li ttieħdu sabiex jiġu limitati u/jew imnaqqsa dawn l-emissjonijiet.
Dispożittiv
1) Peress li ma kkomunikatx l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implementat il-Protokoll ta’ Kyoto, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skond din id-dispożizzjoni.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.