|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/981 |
10.2.2026 |
KOMUNIKAZZJONI MILL-MINISTERU UNGERIŻ GĦALL-ENERĠIJA SKONT L-ARTIKOLU 3(2) TAD-DIRETTIVA 94/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAT-30 TA’ MEJJU 1994 DWAR IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-GĦOTI U L-UŻU TA’ AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-PROSPETTAR, ESPLORAZZJONI U PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI
STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, L-ESPLORAZZJONI U L-PRODUZZJONI TAL-IDROKARBURI B’KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA TA’ TISZACSEGE
(C/2026/981)
F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Enerġija (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”), bħala l-ministru responsabbli għall-estrazzjoni, qed joħroġ sejħa pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi taħt kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”), l-Att XLVIII tal-1993 dwar l-estrazzjoni (“l-Att dwar l-Estrazzjoni”), id-Digriet tal-Gvern Nru 727/2020 tal-31 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli li jirregolaw il-proċeduri ta’ konċessjoni skont l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet, u d-Digriet tal-Gvern Nru 446/2022 tas-7 ta’ Novembru 2022 dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ministru settorjali kompetenti għal ċerti attivitajiet soġġetti għal konċessjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.
1.
Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jaġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar l-Estrazzjoni u r-regolamenti li jimplimentawhom. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat tal-Evalwazzjoni stabbilit mill-Ministru.Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-Ministru – bi qbil minn qabel tal-Awtorità Superviżorja Ungeriża għall-Attivitajiet Regolati (“SZTFH”) – joħroġ id-deċiżjoni li taġġudika l-konċessjoni f’konformità mat-Taqsima 5(1)–(1a) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet, li mbagħad abbażi tagħha l-Ministru (1) jkun jista’ jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent magħżul.
2.
Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.
3.
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kull persuna fiżika Ungeriża jew barranija li jkollha l-kapaċità li tieħu azzjoni, u għal kull organizzazzjoni trasparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, dment li dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta; l-offerti konġunti huma permessi wkoll. Fil-każ tal-offerti konġunti għal din il-konċessjoni, l-offerenti jeħtiġilhom jinnominaw wieħed minn fosthom bħala r-rappreżentant, iżda jassumu responsabbiltà in solidum għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti mill-pajjiż u minn barra l-pajjiż se jiġu ttrattati ugwalment.Għall-iskop tat-twettiq tal-attività soġġetta għall-konċessjoni, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) jeħtieġlu jwaqqaf kumpanija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) bl-użu tar-riżorsi tiegħu stess u fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; fiż-żmien meta titwaqqaf il-kumpanija u għad-durata tal-operat tagħha, id-Detentur tal-Konċessjoni jeħtieġlu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, tal-interessi tan-negozju u tad-drittijiet tal-vot tagħha u, bħala s-sid, jeħtieġlu jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni se tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni bħala operatur tal-estrazzjoni.
4.
Id-durata tal-konċessjoni hija ta’ 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni, li tista’ tiġi estiża darba mingħajr sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs id-durata oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.
5.
Data dwar iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni:Iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni tikkonċerna t-territorji amministrattivi tal-muniċipalitajiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontej ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén, Hajdú-Bihar u Szabolcs-Szatmár-Bereg.
|
Muniċipalità |
Kontea |
Muniċipalità |
Kontea |
|
Alsózsolca |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Nagycsécs |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Arnót |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Nemesbikk |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Ároktő |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Nyékládháza |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Balmazújváros |
Hajdú-Bihar |
Onga |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Bekecs |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Ónod |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Berzék |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Oszlár |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Bőcs |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Polgár |
Hajdú-Bihar |
|
Egyek |
Hajdú-Bihar |
Prügy |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Emőd |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Sajóhídvég |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Felsőzsolca |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Sajólád |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Folyás |
Hajdú-Bihar |
Sajóörös |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Gesztely |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Sajópetri |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Girincs |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Sajószöged |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Görbeháza |
Hajdú-Bihar |
Szakáld |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Hejőbába |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Szerencs |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Hejőkeresztúr |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Taktaharkány |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Hejőkürt |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Taktakenéz |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Hejőpapi |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Taktaszada |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Hejőszalonta |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszacsege |
Hajdú-Bihar |
|
Hernádkak |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszadada |
Szabolcs-Szatmár-Bereg |
|
Hernádnémeti |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszadob |
Szabolcs-Szatmár-Bereg |
|
Igrici |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszadorogma |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Kesznyéten |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszagyulaháza |
Hajdú-Bihar |
|
Kiscsécs |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszakeszi |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Kistokaj |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszalúc |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Köröm |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszapalkonya |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Mályi |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszatarján |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Megyaszó |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Tiszaújváros |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Mezőcsát |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Újcsanálos |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
Mezőnagymihály |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Újszentmargita |
Hajdú-Bihar |
|
Miskolc |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
Újtikos |
Hajdú-Bihar |
|
Muhi |
Borsod-Abaúj-Zemplén |
|
|
Materjal tal-art ta’ kopertura taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: il-wiċċ u s-sodda tal-blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku
Iż-żoni ddeżinjati għall-konċessjoni ma jinkludux iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għas-siti tal-minjieri għar-riżorsi minerali tal-idrokarburi.
Il-koordinati tal-ponot tal-irkejjen li jiddelimitaw iż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni jinsabu fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali (“EOV”, Uniform National Projection), filwaqt li d-data dwar iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għas-siti tal-minjieri stabbiliti għar-riżorsi minerali tal-idrokarburi, li ma humiex inklużi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni, jinsabu fis-sit web tal-Awtorità Superviżorja Ungeriża għall-Attivitajiet Regolati (https://sztfh.hu) u tal-Ministeru għall-Enerġija (https://kormany.hu/energiaugyi-miniszterium) permezz ta’ klikk fuq “Koncesszió”.
Il-prospettar jista’ jitwettaq fiż-żona ta’ konċessjoni ’l fuq u ’l isfel miż-żoni mnaddfa abbażi tad-dritt għall-prospettar.
Id-daqs taż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni: 1 374,30 km2.
6.
It-tariffa netta minima tal-konċessjoni hija ta’ HUF 477 000 000 (erba’ mija u sebgħa u sebgħin miljun forint) apparti l-VAT, iżda fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar. Ladarba jiġi ppubblikat ir-riżultat, l-offerent rebbieħ jeħtieġlu jħallas it-tariffa ta’ konċessjoni fl-ammont, bil-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.
7.
Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għal konċessjoni hija soġġetta għal pagament ta’ tariffa tal-parteċipazzjoni ta’ HUF 20 000 000 (għoxrin miljun forint) apparti l-VAT, li jrid jitħallas bil-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta. It-tariffa tal-parteċipazzjoni trid tasal fil-kont stabbilit fid-Dokument tal-Offerta sa nofsillejl fil-jum ta’ qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.
8.
Minbarra li jħallsu t-tariffa tal-parteċipazzjoni, sabiex l-offerta tagħhom tkun valida l-offerenti jridu jħallsu garanzija tal-offerta ta’ HUF 100 000 000 (mitt miljun forint) sa nofsillejl fil-jum ta’ qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti bħala garanzija li l-offerta tkun vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tiġi ċeduta lill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jirnexxielu jieħu l-kuntratt iżda mbagħad jonqos milli jikkonkludih jew jonqos milli jħallas it-tariffa tal-konċessjoni offruta, skont l-ammont, bil-mod u sal-iskadenza stipulati fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta titħallas bil-mod speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.
9.
L-inqas rata tar-royalty tal-estrazzjoni pagabbli għall-produzzjoni konvenzjonali tal-idrokarburi abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun ta’ 20 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru. Fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta li toffri li tħallas royalty tal-estrazzjoni akbar mir-royalty minima tal-estrazzjoni, bil-kundizzjoni li r-royalty li tirriżulta trid tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u titħallas għad-durata tal-konċessjoni. Fil-każ ta’ gassijiet inerti għoljin imsemmija fit-Taqsima 20(3)(a), l-idrokarburi msemmija fit-Taqsima 20(3)(c)(ca)–(cb) u l-gassijiet imsemmija fit-Taqsima 20(3)(c)(cc)–(ce) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, ir-royalty kuntrattwali tal-estrazzjoni se tkun l-ammont tar-royalty tal-estrazzjoni speċifikata fl-Att dwar l-Estrazzjoni u fis-seħħ meta tiġi sottomessa l-offerta.
10.
Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u oħrajn u l-informazzjoni relatata mal-proċedura tal-offerti jinsabu fid-Dokument tal-Offerta.
11.
Id-Dokument tal-Offerta jista’ jinġabar mill-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Enerġija (Október huszonharmadika utca 18, 1117 Budapest), fil-jiem tax-xogħol bejn id-09:00 u t-15:00 sa jum qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni, mal-preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri għad-Dokument tal-Offerta jkun tħallas. Il-Ministeru għall-Enerġija joħroġ ċertifikat lill-akkwirent f’ismu.Meta jixtri d-Dokument tal-Offerta, biex jiġi kkuntattjat u jirċievi komunikazzjonijiet, l-akkwirent irid jissottometti wkoll Dokument għall-Identifikazzjoni tal-Offerent għall-Konċessjoni, li jista’ jitniżżel mis-sit web tal-Ministeru għall-Enerġija (https://kormany.hu/energiaugyi-miniszterium) permezz ta’ klikk fuq “Koncesszió”.
12.
Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tal-Offerta huwa HUF 200 000 (mitejn elf forint) apparti l-VAT, li jrid jitħallas bi trasferiment fil-kont qafas tal-użu tal-approprjazzjonijiet tal-Ministeru għall-Enerġija Nru 10032000-00290713-00000000 (IBAN: HU30 1003 2000 0029 0713 0000 0000, il-kodiċi SWIFT: HUSTHUB, l-istituzzjoni finanzjarja fejn jinżamm il-kont: it-Teżor tal-Istat Ungeriż). Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment irid jiddikjara l-kodiċi TISZACSCHDV u l-isem tal-parti li tixtri d-Dokument tal-Offerta. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tal-Offerta ma jridx jitħallas fi flus kontanti u ma huwiex rimborżabbli, la kollu u lanqas parzjalment. Jekk id-Dokument tal-Offerta ma jiġix riċevut, il-prezz tax-xiri għad-Dokument tal-Offerta jiġi rimborżat lill-pagatur fi żmien 5 ijiem mill-iskadenza għas-sottomissjoni.
13.
L-offerti jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni li jkunu xtraw id-Dokument tal-Offerta u li jkunu ħallsu b’mod verifikabbli kemm it-tariffa tal-parteċipazzjoni kif ukoll il-garanzija tal-offerta. Jekk tiġi sottomessa offerta konġunta, ikun biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tal-Offerta u jħallas it-tariffa tal-parteċipazzjoni u l-garanzija tal-offerta.
14.
L-offerti jridu jiġu sottomessi fiżikament bejn l-10:00 u 12:00 fi 14 ta’ Mejju 2026 fil-kwartieri ġenerali tal-Ministeru għall-Enerġija (Október huzonharmadika utca 18, 1117 Budapest), bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tal-Offerta.
15.
L-offerta ssir vinkolanti fuq l-offerent minn meta tiġi sottomessa u tibqa’ vinkolanti sakemm tintemm il-proċedura tal-offerti. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-offerta tagħhom.
16.
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jirtira l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni fl-ebda mument sal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.
17.
Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti ma rnexxietx mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni f’xi punt sakemm jiġi konkluż il-kuntratt ta’ konċessjoni wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti li għandhom jiġu sottomessi, u li jwaqqaf il-proċedura. Jekk il-proċedura tal-offerti tiġi ddikjarata li ma rnexxietx, ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda pretensjoni kontra l-Ministru, kontra l-Istat Ungeriż irrappreżentat mill-Ministru, jew kontra l-Ministeru għall-Enerġija bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.
18.
Jekk il-Ministru jirtira l-istedina għall-offerti jew jiddikjara li l-proċedura tal-offerti ma tkunx irnexxiet, dan jirrimborża t-tariffa tal-parteċipazzjoni u l-garanzija tal-offerta mħallsa mill-offerent fi żmien 15-il jum mill-waqfien tal-proċedura.
19.
L-offerent magħżul jikseb id-dritt esklużiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ddeżinjata għall-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni stabbilita b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni tal-awtorità tal-estrazzjoni li tadotta r-rapport finali tal-prospettar li jikkonkludi l-fażi tal-prospettar – jew li tadotta l-aħħar rapport finali parzjali li jkopri t-territorju kollu tal-prospettar – issir finali, id-dritt ta’ konċessjoni għat-territorju tal-prospettar ikun ristrett għaż-żona tas-sit jew tas-siti tal-estrazzjoni stabbilita permezz ta’ deċiżjoni finali tal-awtorità tal-estrazzjoni.
20.
Offerent jista’ jissottometti offerta individwalment jew bħala parti minn offerta konġunta (flimkien ma’ offerent ieħor).
21.
Il-limitu taż-żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum wara l-iskadenza għall-offerti li għandhom jiġu sottomessi.
22.
L-Awtorità Kontraenti tiżgura kundizzjonijiet ekwi u ma tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.
23.
Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:|
(I) |
Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Ħidma tal-Prospettar soġġett għal konċessjoni:
|
|
(II) |
Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità teknika u finanzjarja tal-offerent:
|
|
(III) |
Kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ pagament eżegwiti fil-kuntratt ta’ konċessjoni:
|
Il-kriterji ddettaljati għall-aġġudikazzjoni u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tax-xogħol tal-konċessjoni u kif għandu jsir u jitlesta huma speċifikati fid-Dokument tal-Offerta.
24.
Il-kuntratt ta’ konċessjoniIl-kuntratt ta’ konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 90 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.
L-offerent magħżul hu intitolat iwettaq l-attività ekonomika esklużiva kkontrollata mill-Istat (prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi f’żona delimitata) permessa mill-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u mal-kuntratt tal-konċessjoni.
Meta jissottomettu l-offerta, l-offerenti jeħtiġilhom iqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar l-Estrazzjoni, li tiddikjara li fil-każ ta’ idrokarburi, id-dritt ta’ prospettar jew il-permess ta’ prospettar ta’ operatur tal-estrazzjoni jista’ jkopri total ta’ mhux aktar minn 20 000 km2 tat-territorju tal-prospettar. Meta jkun qed jiġi stabbilit it-territorju tal-prospettar, irid jitqies ukoll it-territorju tal-prospettar tal-operatur tal-estrazzjoni li jikkontrolla – skont it-tifsira tal-Att V tal-2013 dwar il-Kodiċi Ċivili – l-operatur tal-estrazzjoni li jkun jixtieq jikseb id-dritt għall-prospettar. Fil-każ ta’ offerti konġunti, kull wieħed mill-offerenti irid jissodisfa dan il-kriterju individwalment.
L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa anness mad-Dokument tal-Offerta.
25.
L-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklużivament bl-Ungeriż, bil-miktub wara li jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta, bil-mod stipulat fid-Dokument tal-Offerta. Il-Ministeru għall-Enerġija se jpoġġi t-tweġibiet għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha bl-indirizz tal-posta elettronika indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent sottomessa meta jkun inxtara d-Dokument tal-Offerta.
Budapest, 28 Novembru 2025.
Lajos Csaba Lantos
Ministru
(1) Fir-rigward tal-attivitajiet individwali soġġetti għal konċessjoni, il-Ministru għall-Enerġija huwa awtorizzat jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-Istat Ungeriż bħala konċedent, abbażi tat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet, it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Estrazzjoni, it-Taqsima 160(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 182/2022 tal-24 ta’ Mejju 2022 dwar id-dmirijiet u s-setgħat tal-membri tal-Gvern, it-Taqsima 1 u l-Anness 1 tad-Digriet tal-Gvern Nru 446/2022 tas-7 ta’ Novembru 2022 dwar it-twettiq tal-kompiti tal-ministru settorjali kompetenti, it-Taqsima 3(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 727/2020 tal-31 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli li jirregolaw il-proċeduri ta’ konċessjoni skont l-Att XVI tal-1991 dwar il-konċessjonijiet, u d-Deċiżjoni Nru 335/2022 tal-President tar-Repubblika tat-30 ta’ Novembru 2022 li taħtar il-Ministru.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/981/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)