|
15.2.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 38/21 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 7/2005
adottata mill-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2004
bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'...., li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71
(2005/C 38 E/02)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru ċerti emendi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 (3) u (KEE) Nru 574/72 (4), sabiex jittieħed kont ta' żviluppi reċenti fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti u jiġu riflessi l-bidliet fil-liġi dwar is-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri. |
|
(2) |
Sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi reċenti fil-każistika, għandhom jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet ta' sentenzi, partikolarment fil-każijiet ta' Johann Franz Duchon v Pensionsversicherungsantalt der Angestellten (5) u Office national de l'emploi v Calogero Spataro. (6) |
|
(3) |
Is-sentenzi fil-każijiet Friedrich Jauch v Pensionsversicherungsanstalt der Arbeiter u Ghislain Leclere, Alina Deaconescu u Caisse nationale des prestations familiales, (7) dwar il-klassifikazzjoni ta' benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà legali, li ż-żewġ kriterji kumulattivi li jridu jitqiesu jiġu speċifikati sabiex tali benefiċċji jistgħu jidhru fl-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Abbażi ta' dan, hemm każ għal reviżjoni ta' l-Anness, filwaqt li jittieħed kont ta' l-emendi leġislattivi fl-Istati Membri li jaffettwaw dan it-tip ta' benefiċċji, li minħabba n-natura mħallta tagħhom huma suġġetti għal koordinazzjoni speċifika. Barra minn dan, hu importanti li jkunu speċifikati d-disposizzjonijiet tranżitorji relatati mal-benefiċċju li kien is-suġġett tas-sentenza fil-każ Jauch sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-benefiċjarji. |
|
(4) |
Abbażi tal-każistika dwar ir-relazzjonijiet bejn ir-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 u d-disposizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-sigurtà soċjali, hu meħtieġ li ssir reviżjoni ta' l-Anness III ta' dak ir-Regolament. Il-partiti fil-parti A ta' l-Anness III huma ġġustifikati biss f'żewġ każijiet: meta huma aktar favorevoli għall-ħaddiema migranti (8) jew fir-rigward ta' sitwazzjonijiet speċifiċi u eċċezzjonali, normalment konnessi ma' ċirkostanzi storiċi. Barra minn dan, mhux xieraq li jiġu aċċettati partiti fil-Parti B ħlief meta sitwazzjonijiet eċċezzjonali u oġġettivi jkunu jiġġustifikaw deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament u mill-Artikoli 12, 39 u 42 tat-Trattat (9). |
|
(5) |
Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, għandu jkun hemm ċerti disposizzjonijiet min-naħa waħda dwar il-funzjonarji u persuni trattati bħala tali u, min-naħa l-oħra dwar membri tal-persunal li jivvjaġġa, inkluż bl-ajru, ta' impriża li topera servizzi ta' trasport internazzjonali għal passiġġieri jew merkanzija bil-ferrovija, fuq l-art, bl-ajru jew f'passaġġi fuq l-ilma interni, u sabiex jiġu speċifikati l-metodi li jiddeterminaw l-ammont medju li jrid jitqies fil-kuntest ta' l-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Ir-reviżjoni ta' l-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandha twassal għat-tneħħija ta' xi partiti eżistenti u, meħud kont ta' emendi leġislattivi f' xi Stati Membri, għall-inklużjoni ta' ċerti partiti ġodda. Fil-każ ta' l-aħħar, tkun imbagħad ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri biex jikkunsidraw il-bżonn għal arranġamenti transitorji jew soluzzjonijiet bilaterali sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' persuni li d-drittijiet miksuba tagħhom jistgħu bħala konsegwenza jiġu milquta, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Ir-regolament (KEE) 1408/71 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 4(2a) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “2a. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji provduti f'liġi li, minħabba l-ambitu personali tagħha, l-għanijiet tagħha u/jew il-kundizzjonijiet għal dritt taħtha, għandha l-karatteristiċi kemm tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1 kif ukoll ta' assistenza soċjali. ‘Benefiċċji ta' flus speċjali u mhux kontributorji’ tfisser dawk li:
|
|
3. |
L-Artikolu 7(2)(ċ) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:
|
|
4. |
L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “Artikolu 9a Estensjoni tal-perijodu ta' referenza Jekk il-liġi ta' Stat Membru tirrikonoxxi d-dritt għal benefiċċju bil-kundizzjoni li jintlaħaq perijodu minimu ta' assikurazzjoni matul żmien determinat qabel ma sseħħ il-kontinġenza li kontriha tkun l-assikurazzjoni (perijodu ta' riferenza) u tistabbilixxi li l-perijodi li matulhom tħallsu l-benefiċċji skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għandu jestendi dan il-perijodu ta' riferenza, il-perijodi li matulhom tħallsu pensjonijiet ta' l-anzjanità jew invalidità jew tħallsu benefiċċji ta' mard, qgħad, inċidenti industrijali jew mard assoċjat max-xogħol skond il-liġi ta' Stat Membru ieħor u perjodi ddedikati għat-trobbija tat-tfal fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom ukoll jestendu dan il-perijodu ta' riferenza.”. |
|
5. |
L-Artikolu 10a(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti: “1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u tat-Titolu III m'għandhomx japplikaw għall-benefiċċji ta' flus speċjali mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a). Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji esklużivament fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn jirrisjedu u skond il-liġi ta' dak l-Istat, sakemm dawn il-benefiċċji jkunu msemmija fl-Anness IIa. Il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza u bi spejjeż tagħha.”. |
|
6. |
Fl-Artikolu 23, għandu jiddaħħal il-paragrafu segwenti: “2a. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll meta l-liġi applikata mill-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għal perijodu ta' riferenza speċifiku u dan il-perijodu jikkoinċidi, fejn xieraq, mal-perjodi sħaħ jew parzjali kompletati mill-persuna kkonċernata skond il-liġi ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħra.”. |
|
7. |
L-Artikolu 35 (2) għandu jiġi mħassar. |
|
8. |
L-Artikolu 69 (4) għandu jiġi mħassar. |
|
9. |
Għandom jiġu mdaħħla l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 95f Disposizzjonijiet transitorji dwar l-Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’ 1. Anness II, sezzjoni I, taħt l-intestaturi ‘D. ĠERMANJA’ u ‘R. AWSTRIJA’, kif emendati bir-Regolament (KE) Nru. …/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurta' socjali għal persuni impjegati, għal-persuni li jaħdmu għal-rashom u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità u (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (10), m'għandhom jistabbilixxu ebda dritt għall-perijodu qabel l-1 ta' Jannar 2005. 2. Kwalunkwe perijodu ta' assikurazzjoni u, fejn xieraq, kwalunkwe perijodu ta' impjieg, impjieg awtonomu jew residenza taħt il-liġi ta' Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba skond id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, skond dan ir-Regolament dritt għandu jinkiseb anki meta jkun jirrelata għal kontinġenza li tkun seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2005. 4. Kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx ingħata jew li jkun ġie sospiż minħabba n-nazzjonalità jew r-residenza tal-persuna ikkonċernata għandu, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, jingħata jew jitkompla mill-1 ta' Jannar 2005, kemm-il darba d-drittijiet li għalihom kienu qabel ingħataw il-benefiċċji ma jkunux wasslu għal pagament ta' somma globali. 5. Id-drittijiet ta' persuna li lilha tkun ingħatat pensjoni jew annwalita' qabel l-1 ta' Jannar 2005 tista', wara applikazzjoni mill-persuni ikkonċernati, tiġi riveduta, filwaqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu japplika wkoll għal benefiċċji oħrajn skond l-Artikolu 78. 6. Jekk applikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew 5 tkun preżentata fi żmien sentejn mill-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett minn dik id-data, u d-disposizzjonijiet tal-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru dwar it-tneħħija jew limitazzjoni tad-drittijiet ma jistgħux jiġu nvokati kontra l-persuni kkonċernati. 7. Jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tiġi preżentata wara li jkun skada l-perijodu ta' sentejn wara l-1 ta' Jannar 2005, id-drittijiet li ma jkunux intilfu jew ġew preskritti għandhom ikollhom effett mid-data li fiha l-applikazzjoni ġiet preżentata, ħlief fejn japplikaw disposizzjonijiet tal-liġi aktar favorevoli ta' kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 95g Disposizzjonijiet transitorji dwar it-tħassir tal-partita fl-Anness IIa dwar l-Allowance Awstrijakka għall-kura (Pflegegeld). Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal sussidji għall-kura taħt il-liġi federali Awstrijaka (Bundespflegegeldgesetz) preżentati mhux aktar tard mit-8 ta' Marzu 2001 abbażi ta' l-Artikolu 10a(3) ta' dan ir-Regolament, għandha tibqa' tapplika din id-disposizzjoni sakemm il-benefiċjarju tas-sussidju għall-kura jibqa' jirrisjedi fl-Awstrija wara t-8 ta' Marzu 2001. |
|
10. |
Annessi II, IIa, III, IV u VI għandhom jiġu emendati skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KEE) 574/72 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 4 (11) għandu jiġi mħassar. |
|
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu segwenti: “Artikolu 10ċ Formalitajiet stabbiliti fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament għall-funzjonarji u persuni trattati bħala tali. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2)(d), l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun tapplika għandha toħroġ ċertifikat li jgħid li l-funzjonarju jew il-persuna trattata bħala tali hi suġġetta għall-leġislazzjoni tiegħu.”. |
|
3. |
L-Artikolu 12a għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Artikolu 32a għandu jiġi mħassar. |
|
5. |
L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih ikun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(9), sa fejn għandu x' jaqsam l-Artikolu 95f tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, l-Anness I punti (1)(a) u (1)(b) u l-Anness II punti (2) u (4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, …
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) ĠU C 80, 30.3.2004, p. 118.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (ĠU C 102. E, 4.28.4.2004, p. 804.), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-… (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament aġġornat bir-Regolament (KE) Nru 118/97 (ĠU L 28, 30.1.1997, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 6.4.2004) u mħassar b' effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 166, 30.4.2004) Regolament li għandu jiġi mħassar mid-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 30.4.2004, p.1).
(4) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1).
(5) Sentenza tat-18 ta' April 2002 fil-każ C-290/00 [ECR] 2002 I-3567.
(6) Sentenza tat-13 ta' Ġunju 1996 fil-każ C-170/95 [ECR] 1996 I-2921.
(7) Sentenzi tat-8 ta' Marzu 2001 fil-każ C-215/99 [ECR] 2001 I-1901 u 31 ta' Mejju 2001 fil-każ C-43/99 [ECR] 2001 I-4265.
(8) Il-prinċipju tat-trattament l-aktar favorevoli ġie mfakkar mill-ECJ fis-sentenzi tagħha tas-7 ta' Frar 1991 każ C-227/89 [ECR] 1991 I-323; tad-9 ta' Novembru 1995, każ C-475/93 [ECR] 1995 I-3813; tad-9 ta' Novembru 2000, każ C-75/99 [ECR] 2000 I-9399; u tal-5 ta' Frar 2002, każ C-277/99 [ECR] I-1261.
(9) Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-214/94 [ECR] 1996 I-2253;
Sentenza tat-30 ta' April 1996 fil-każ C-308/93 [ECR] 1996 I-2097;
Sentenza tat-15 ta' Jannar 2002 fil-każ C-55/00 [ECR] 2002 I-413.
(10) ĠU L …”
ANNESS I
L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru1408/71 qegħdin hawn jiġu emendati:
|
1. |
L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness IIa għandu jiġi mibdul bit-test li ġej, li jinkludi, il-partiti kif stabbiliti fl-Att ta' Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea ta' l-2003: A. BELĠJU
B. REPUBBLIKA ĊEKA Allowance soċjali (Att dwar is-Sostenn Soċjali mill-Istat Nru. 117/1995 Sb.). Ċ. DANIMARKA Spejjeż ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (Liġi dwar l-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru. 204 tad-29 ta' Marzu 1995). D. ĠERMANJA Income bażiku minimu għall-anzjani u għal persuni li b'kapaċità ta' gwadann imnaqqsa taħt fil-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali. E. ESTONJA
F. GREĊJA Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi 1296/82). G. SPANJA
H. FRANZA
I. IRLANDA
J. ITALJA
K. ĊIPRU
L. LATVJA
M. LITWANJA
N. LUSSEMBURGU Income għal persuni serjament diżabbli (Artikolu 1(2), Liġi tat-12 ta' Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta' persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f'ambjent protett. O. UNGERIJA
P. MALTA
Q. OLANDA
R. AWSTRIJA Suppliment kumpensattiv (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali - ASVG, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għal Persuni fin-Negozju u l-Kummerċ - GSVG u Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar Assigurazzjoni Soċjali għall-Bdiewa - BSVG). S: POLONJA Pensjoni soċjali (Liġi ta-29 ta' Novembru 1990 dwar l-assistenza soċjali). T. PORTUGALL
U. SLOVENJA
V. SLOVAKKJA Aġġustament tal-pensjonijiet bħala sors uniku ta' income (Att Nru. 100/1988 Zb.). W. FINLANDJA
X. SVEZJA
Y. RENJU UNIT
|
|
3. |
L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
4. |
Fl-Anness IV, is-sezzjoni B għandha tiġi emendata kif ġej:
|
|
5. |
L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru. 574/72 għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness 2, taħt it-titolu “X. SVEZJA”, il-punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness 4, taħt it-titolu “D. ĠERMANJA”, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:
|
|
3. |
Fl-Anness 10, taħt it-titolu “C. DANIMARKA”, il-punt 1 l-ewwel inċiż għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:
|
|
4. |
Fl-Anness 10, taħt it-titolu “R. AWSTRIJA”, il-punt 1 għandu jiġi mibdul b' li ġej:
|
|
5. |
L-Anness 11 għandu jiġi mħassar. |
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Fis-27 ta' Awissu 2003, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kunsill proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunitá u r-Regolament (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 (Emendi Mixxellanji).
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fl-10 ta' Diċembru 2003.
Filwaqt li aġixxi skond l-Artikolu 251 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu ta' l-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2004.
Il-Kummissjoni sussegwentement ippreżentat fit-30 ta' April 2004 il-proposta emendata tagħha, fejn aċċettat b'mod sħiħ l-erba' emendi adottati mill-Parlament Ewropew.
Il-Kunsill aċċetta tlieta minn dawn l-emendi b'mod sħiħ u waħda fir-rigward tas-sustanza.
Skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni tiegħu fil-15 ta' Novembru 2004.
II. GĦAN
L-għan tar-Regolament huwa li jaġġorna r-Regolamenti (KEE) Nru. 1408/71 (1) u Nru. 574/72 (2) sabiex jittieħed kont ta' bidliet fil-liġijiet nazzjonali u sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali fir-rigward ta' ċerti artikoli ta' dawn ir-Regolamenti. Jieħu kont ta' żviluppi riċenti fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, b'mod partikolari dawk is-sentenzi dwar benefiċċji speċjali non-kontributorji fi flus, li huma non-esportabbli jekk jissodisfaw kriterji speċifiċi u huma mdaħħla fl-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Ir-Regolament jieħu wkoll kont ta' sentenzi dwar ir-relazzjoni bejn ir-Regolament u d-disposizzjonijiet ta' ftehim bilaterali ta' sigurtà soċjali, li ser ikomplu japplikaw jekk jissodisfaw il-ħtiġiet għal inklużjoni fl-Anness III tar-Regolament.
III. ANALIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI
1. Emendi tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew adotta erba' emendi għall-proposta tal-Kummissjoni.
Dawn l-emendi kollha kienu inkorporati fil-proposta emendata tal-Kummissjoni kif kienu.
2. Il-posizzjoni tal-Kunsill dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew
Il-Kunsill seta' jaċċetta b'mod sħiħ it-tliet emendi li ġejjin:
|
— |
L-emenda 1 li tfittex li ddaħħal fil-lista tal-benefiċċji speċjali non-kontributorji fi flus, kif jinsab fl-Anness IIa mar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, benefiċċju previst fil-liġi Spanjola: “allowance għall-mobbiltà biex jiġu koperti spejjeż ta' trasport”. Il-Kunsill seta' jaċċetta din l-emenda minħabba li dan il-benefiċċju jissodisfa b'mod sħiħ il-kriterji riveduti stabbiliti fil-Posizzjoni Komuni (jiġifieri, għandu jkun “intiż li jipprovdi biss protezzjoni speċifika għad-diżabbli, b'rabta mill-qrib ma' l-ambjent soċjali tal-persuna msemmija fl-Istat Membru kkonċernat”); |
|
— |
L-emenda 2 li tfittex li ddaħħal fil-lista tal-benefiċċji speċjali non-kontributorji fi flus, kif jinsab fl-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, benefiċċju previst fil-liġi Irlandiża: “allowance għall-mobbiltà”. Il-Kunsill seta' għal darb'oħra jaċċetta din l-emenda minħabba li tissodisfa wkoll b'mod sħiħ il-kriterji riveduti stabbiliti fil-Posizzjoni Komuni; |
|
— |
L-emenda 3 li tfittex li ddaħħal fil-lista ta' benefiċċji speċjali non-kontributorji, kif jinsab fl-Anness IIa għar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, benefiċċju previst fil-liġi Ingliża: “sostenn tad-dħul”. Il-Kunsill aċċetta wkoll din l-emenda minħabba li tissodisfa l-kriterji riveduti fil-Posizzjoni Komuni. |
Il-Kunsill aċċetta wkoll, soġġett għal abbozzar mill-ġdid, il-prinċipju li huwa l-bażi ta' emenda orali tal-Parlament li tfittex li tistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-effetti preġudizzjali ta' ċerti emendi magħmula fil-lista ta' benefiċċji fl-Anness IIa (b'mod partikolari meta benefiċċju jsir non-esportabbli minħabba li jiġi inkluż fl-Anness) jiġu mtaffa, fir-rigward ta' persuni li qabel kienu jirċievu dawn il-benefiċċji, permezz ta' arranġamenti transitorji jew soluzzjonijiet bilaterali (ara l-premessa 6).
IV. ARTIKOLU 1(5) TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
L-Artikolu 1(5) tal-proposta tal-Kummissjoni jimmira li jemenda l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (EC) Nru. 1408/71 biex jispeċifika li t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-mard u tal-maternità jista' jsir fuq il-pensjonijiet kollha mħallsa lill-pensjonanti jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.
Il-Kunsill iddeċieda li ma jinkorporax din il-parti tal-proposta tal-Kummissjoni fil-Posizzjoni Komuni tiegħu sakemm ikun qed jistenna d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru. 883/2004 dwar il-kordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.
Il-Kunsill jaċċetta l-ħtieġa għal bilanċ bejn il-kontribuzzjonijiet imnaqqsa u l-prezz tal-benefiċċji mħallsa, kif maħsub fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71. Il-possibbiltà li jiġu mnaqqsa l-kontribuzzjonijiet abbażi tal-pensjonijiet kollha mħallsa lil pensjonant toħroġ minn dan il-prinċipju. Madankollu, fil-kuntest tal-proċess ta' riforma u simplifikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, u filwaqt li jiġi mfakkar il-ftehim li l-modalitajiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 (assimilazzjoni tal-fatti) fir-rigward ta' l-Artikolu 30 (kontribuzzjoni minn pensjonanti) tar-Regolament (KE) Nru. 883/2004 simplifikat ikunu previsti fir-Regolament implimentattiv, il-Kunsill jikkunsidra li jkun prematur li tittieħed tali miżura fil-ħin preżenti. Madankollu, il-Kunsill jikkunsidra wkoll li għandu jkun ċar li mhuwiex possibbli li jsiru imposti abbażi tal-liġi nazzjonali aktar kontribuzzjonijiet milli jkun il-każ kieku l-persuna kkonċernata kienet qed tirċievi l-pensjonijiet kollha taħt il-leġisslazzjoni ta' dak l-Istat Membru.
V. KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI RELATATI MA' L-ANNESS IIA TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) NRU. 1408/71
Il-proposta tal-Kummissjoni fittxet, inter alia, li temenda l-Artikolu 4(2a) u l-Anness IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 li jikkonċernaw benefiċċji speċjali non-kontributorji, fid-dawl tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' “benefiċċji speċjali non-kontributorji”, jiġifieri s-Sentenzi tal-5 ta' Marzu1998 fil-każ C-160/96, Molenaar v Allgemeine Ortskrankenkasse Baden-Wurttemberg (ECR 1998 I-843), tat-8 ta' Marzu 2001 fil-każ C-215/99, Friedrich Jauch v Pensionsversicherungsanstalt der Arbeiter (ECR 2001 I 1901) u s-sentenza tal-31 ta' Mejju 2001 fil-każ C-43/99, Ghislain Leclere, Alina Deaconescu u Caisse nationale des prestations familiales (ECR 2001 I-4265).
Benefiċċji speċjali non-kontributorji jistgħu jiġu definiti bħala li huma nofs triq bejn il-benefiċċji ta' sigurtà soċjali “konvenzjonali” u għajnuna soċjali. L-Anness IIa fih il-lista ta' tali benefiċċji li huma mogħtija lil persuni esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru li joqgħodu fih, taħt it-termini ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 (u mhumiex għalhekk “esportabbli” meta tali persuni jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor).
Sabiex jiġi faċilitat il-moviment liberu ta' persuni fl-Unjoni, il-Kummissjoni pproponiet li din il-lista għandha tiġi razzjonalizzata u li numru ta' benefiċċji attwalment elenkati fl-Anness IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 għandhom jitneħħew mil-lista skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-Kunsill b'mod unanimu qabel mal-kriterji riveduti għall-klassifikazzjoni ta' l-entrati f'dan l-Anness kif stabbilit fil-verżjoni emendata ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament, iddettaljata fil-Posizzjoni Komuni. Dawn il-kriterji huma identiċi għal dawk inklużi fit-test ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru. 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali għall-finijiet ta' l-Anness korrispondenti f'dak ir-Regolament (Anness X). Sabiex jgħin fl-applikazzjoni oġġettiva ta' dawn il-kriterji, kien propost li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(2a) għandha timmira biex tiżgura li:
|
— |
benefiċċji ta' l-istess tip li jaqsmu karatteristiċi identiċi jew ekwivalenti għandhom jiġu kategorizzati bl-istess mod sabiex jiġi żgurat trattament konsistenti u koerenti; |
|
— |
jekk benefiċċju mhuwiex meqjus bħala benefiċċju “speċjali” non-kontributorju, għandha tiġi speċifikata, jekk ikun il-każ, is-sistema xierqa ta' kordinazzjoni taħt l-Artikolu 4(1). |
Il-Kunsill fittex ukoll li jaqbel dwar kriterji għall-inklużjoni ta' entrati fl-Anness IIa u sabiex jiġu identifikati xi karatteristiċi prinċipali ta' l-iskemi ta' diżabbiltà li jkunu ta' għajnuna fil-klassifikazzjoni ta' tali skemi bħala li jipprovdu “unikament protezzjoni speċifika għad-diżabbli”. Abbażi ta' l-approċċ ta' hawn fuq, jista' jintlaħaq ftehim unanimu dwar il-klassifikazzjoni tal-maġġoranza vasta ta' l-entrati ta' l-Anness IIa, li tirriżulta f' razzjonalizzazzjoni sostanzjali ta' l-Anness.
Madankollu, ma setax jiġi milħuq ftehim unanimu dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jitneħħew ċerti entrati speċifiċi mill-Anness IIa. L-Istati Membri kkonċernati ma aċċettawx li l-kriterji proposti għandhom jintużaw sabiex jiġu definiti l-benefiċċji li kienu xierqa biex jiġu elenkati fl-Anness IIa. Dawn l-Istati Membri riedu jżommu l-entrati tagħhom fl-Anness billi kienu jarawhom bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(2a) u kkunsidraw li l-ġurisprudenza attwali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) ma kinetx tiġġustifika t-tneħħija tagħhom mill-Anness.
Sabiex jippermetti għall-adozzjoni tar-Regolament fid-dawl tal-progress sinifikanti li sar in ġenerali, il-Kunsill qabel li jżomm dawn l-entrati fl-Anness IIa sakemm ikun hemm ġurisprudenza futura ta' l-ECJ li tkun tista' tiċċara l-kriterji rilevanti u sussegwentament timplika reviżjoni ta' l-Anness.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni fil-minuti tal-Kunsill fejn enfasizzat li l-lista ta' l-entrati tista' tkun teħtieġ reviżjoni abbażi ta' ġurisprudenza ġdida mill-ECJ, b'mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji kkonċernati. Il-Kummissjoni ddikjarat li tirriserva d-dritt li titlob l-opinjoni tal-Qorti u li tippreżenta proposta, jekk meħtieġ, biex tiġi riveduta l-lista ta' entrati fl-Anness IIa, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Qorti.
Il-Kunsill qabel ukoll li l-kwistjoni dwar il-kordinazzjoni ta' benefiċċji għad-diżabbli inklużi, b'mod partikolari, dawk li huma mneħħija mill-Anness IIa tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71, b'applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jew taħt dan ir-Regolament, għandha tiġi kkunsidrata ulterjarment, filwaqt li jittieħed kont ta' l-għanijiet ta' l-Artikolu 42 tat-Trattat, bil-ħsieb li proposti speċifiċi jiġu sottomessi qabel it-tmiem ta' l-2005.
VI. KONKLUŻJONI
Il-Kunsill jikkunsidra li l-Posizzjoni Komuni tiegħu tissodisfa kemm il-miri prinċipali tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni kif ukoll, bl-inkorporazzjoni ta' l-emendi msemmija fis-Sezzjoni III ta' din id-dikjarazzjoni, tieħu kont b'mod estensiv ta' l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunitá.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru. 1408/71.