European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L

2026/2537

18.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2537

tas-17 ta’ Novembru 2026

li jistabbilixxi formola ta’ komunikazzjoni tad-data standard f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(7) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tinġabar data affidabbli u komparabbli dwar il-proċeduri ta’ insolvenza u ta’ ristrutturar u l-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn, jenħtieġ li tinħoloq formola ta’ komunikazzjoni standard. Billi l-Istati Membri differenti għandhom tipi differenti ta’ proċeduri, dik il-formola jenħtieġ li tgħin sabiex tiżgura li d-data miġbura tkun komparabbli u tinftiehem faċilment sabiex tkun tista’ tiġi ppubblikata b’mod aċċessibbli u faċli għall-utent.

(2)

Il-formola ta’ komunikazzjoni standard jenħtieġ li tiżgura li d-data tiġi pprovduta b’mod strutturat, differenzjat skont it-tipi ta’ proċeduri ta’ insolvenza, ta’ ristrutturar u ta’ ħelsien mid-dejn filwaqt li tiżgura grad suffiċjenti ta’ xebh biex tqis it-tipi differenti ta’ tali proċeduri eżistenti fl-Istati Membri.

(3)

Id-data dwar il-proċeduri ta’ insolvenza, ta’ ristrutturar u ta’ ħelsien mid-dejn jenħtieġ li tinġabar mill-Istati Membri abbażi ta’ aggregazzjoni sħiħa jew aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni u li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni elettronikament.

(4)

Sabiex jinkiseb il-livell neċessarju ta’ komparabbiltà tad-data dwar it-tul tal-proċeduri ta’ insolvenza, ta’ ristrutturar u ta’ ħelsien mid-dejn, jenħtieġ li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet mill-Istati Membri rigward il-mument tal-bidu u t-tmiem ta’ tipi differenti ta’ proċeduri. Għall-istess skop, it-tipi ta’ eżiti tal-proċeduri ta’ insolvenza, ta’ ristrutturar u ta’ ħelsien mid-dejn jenħtieġ li jiġu definiti, kif ukoll dettalji li jispeċifikaw elementi ta’ spejjeż tal-proċeduri, l-għadd ta’ bidu mill-ġdid ta’ negozji ġodda u l-impjiegi mitlufa b’rabta ma’ dawk il-proċeduri.

(5)

Billi jenħtieġ li jinġabru u jiġu pprovduti tipi differenti ta’ data fir-rigward tat-tipi differenti ta’ intrapriżi u persuni fiżiċi, huwa meħtieġ li dawk it-tipi ta’ intrapriżi u persuni fiżiċi jiġu definiti.

(6)

L-Istati Membri li jagħżlu li jikkomunikaw id-data lill-Kummissjoni abbażi tal-aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni, jenħtieġ ukoll jipprovdu data dwar id-daqs u l-aspetti ta’ diversità tal-metodu ta’ aggregazzjoni tad-data bbażata fuq kampjuni.

(7)

F’xi Stati Membri, il-komunikazzjoni tista’ tqis ċerti atti jew proċeduri li jidhru bħala parti integrali tal-proċeduri ta’ insolvenza fis-sens ta’ dan ir-Regolament, iżda ma jikkostitwux proċedura awtonoma jew il-fażi ta’ ftuħ ta’ proċedura, bħala “subproċeduri”. Proċedura ta’ ħelsien mid-dejn jenħtieġ li ma tiġix ikkunsidrata bħala subproċedura sempliċement għaliex hija parti integrali tal-proċedimenti ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali dwar l-insolvenza dment li l-Istat Membru jiġbor u jipprovdi d-data ta’ rilevanza statistika dwar il-proċedura ta’ ħelsien.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2019/1023,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-formola ta’ komunikazzjoni tad-data standard imsemmija fl-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2019/1023 għandha tkun skont kif stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-formola ta’ komunikazzjoni tad-data standard għandha timtela skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sena ta’ referenza” tfisser is-sena kalendarja sħiħa li tintemm fil-31 ta’ Diċembru;

(2)

“sena ta’ rappurtar” tfisser is-sena li fiha d-data msemmija fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2019/1023 trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni;

(3)

“aggregazzjoni sħiħa” tfisser metodu ta’ ġbir tad-data li skontu tinġabar id-data għall-proċeduri ta’ insolvenza, il-proċeduri ta’ ristrutturar u l-proċeduri tal-ħelsien mid-dejn kollha mill-qrati jew awtoritajiet oħra kollha kompetenti għall-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar;

(4)

“aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni” tfisser metodu ta’ ġbir tad-data li skontu tinġabar id-data għall-proċeduri ta’ insolvenza, il-proċeduri ta’ ristrutturar u l-proċeduri tal-ħelsien mid-dejn kollha minn inqas mill-qrati jew awtoritajiet oħra kollha kompetenti għall-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar;

(5)

“proċedura ta’ ristrutturar minħabba insolvenza” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li tinvolvi r-ristrutturar:

(a)

li l-oġġett prinċipali tagħha, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkun biss ir-ristrutturar tad-debitur; u

(b)

li matulha kollha d-debitur ikun insolventi;

(6)

“proċedura ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li tinvolvi likwidazzjoni minħabba insolvenza:

(a)

li tinbeda bl-għan tal-istralċ tan-negozju tad-debitur u li l-oġġett prinċipali tagħha, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkun biss wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

il-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur;

(ii)

f’każ ta’ nuqqas ta’ assi, it-terminazzjoni tal-attività tan-negozju tad-debitur;

u

(b)

li matulha kollha d-debitur ikun insolventi;

(7)

“proċedura ta’ insolvenza ġenerali” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li ma tkunx dik imsemmija fil-punti (5) u (6):

(a)

li, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkollha wieħed jew aktar mill-oġġetti li ġejjin bħala l-oġġetti prinċipali tagħha:

(i)

il-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur;

(ii)

ir-ristrutturar tad-debitur;

(iii)

f’każ ta’ nuqqas ta’ assi, it-terminazzjoni tal-attività tan-negozju tad-debitur;

u

(b)

li matulha kollha:

(i)

l-oġġett prinċipali tagħha jista’ jinbidel fi kwalunkwe mument mingħajr konverżjoni ta’ tali proċedura skont il-liġi nazzjonali fi proċedura ta’ tip differenti msemmi fil-punti (5), (6) u (8) sa (12); u

(ii)

id-debitur ikun insolventi;

(8)

“proċedura ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li tinvolvi r-ristrutturar:

(a)

li l-oġġett prinċipali tagħha, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkun biss ir-ristrutturar tad-debitur; u

(b)

li matulha kollha d-debitur ikun fi probabbiltà ta’ insolvenza;

(9)

“proċedura ta’ ristrutturar ġenerali” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li tinvolvi r-ristrutturar:

(a)

li l-oġġett prinċipali tagħha, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkun biss ir-ristrutturar tad-debitur; u

(b)

li matulha tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-debitur jista’ jkun fi probabbiltà ta’ insolvenza jew insolventi jew f’qagħda oħra ta’ diffikultà finanzjarja;

(ii)

ma jkunx ivverifikat mill-qorti jew minn awtorità kompetenti oħra jekk id-debitur huwiex insolventi jew fi probabbiltà ta’ insolvenza jew f’qagħda oħra ta’ diffikultà finanzjarja;

(10)

“proċedura ta’ insolvenza oħra” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li ma tkunx dik imsemmija fil-punti (5) sa (9) u (11):

(a)

li, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkollha wieħed jew aktar mill-oġġetti li ġejjin bħala l-oġġett prinċipali tagħha:

(i)

il-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur li tinbeda bl-għan tal-istralċ tan-negozju tad-debitur;

(ii)

ir-ristrutturar tad-debitur;

(iii)

f’każ ta’ nuqqas ta’ assi, it-terminazzjoni tal-attività tan-negozju tad-debitur;

u

(b)

li matulha, l-oġġett prinċipali tagħha jista’ jinbidel fi kwalunkwe mument mingħajr konverżjoni ta’ tali proċedura skont il-liġi nazzjonali fi proċedura ta’ tip differenti msemmi fil-punti (5) sa (9) u (11) sa (12), u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-debitur jista’ jkun fi probabbiltà ta’ insolvenza jew insolventi jew f’qagħda oħra ta’ diffikultà finanzjarja,

(ii)

ma jkunx ivverifikat mill-qorti jew minn awtorità kompetenti oħra jekk id-debitur huwiex insolventi jew fi probabbiltà ta’ insolvenza jew f’qagħda oħra ta’ diffikultà finanzjarja;

(11)

“proċedura relatata ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li ma tkunx dik imsemmija fil-punti (5) sa (10):

(a)

li, mill-mument li fih issir applikazzjoni għaliha jew tinfetaħ, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi ta’ Stat Membru, sakemm tiġi fi tmiemha, jista’ jkollha bħala l-oġġett prinċipali tagħha, waħda jew aktar mill-kwistjonijiet li ġejjin relatati mal-insolvenza jew mar-ristrutturar:

(i)

atti preliminari mwettqa għall-fini li jiġi stabbilit l-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-bidu tal-proċedura kkonċernata, inkluża l-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tad-debitur għal kwalunkwe proċedura msemmija fil-punti (5) sa (10) u (12),

(ii)

l-għoti ta’ sospensjoni temporanja ta’ azzjonijiet ta’ infurzar individwali,

(iii)

ix-xoljiment involontarju tal-personalità ġuridika ta’ persuna ġuridika attivat direttament mill-insolvenza ta’ tali persuna ġuridika, sakemm tali xoljiment involontarju ma jkunx ir-riżultat ta’ dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà, ċaħda jew irtirar ta’ applikazzjoni għall-insolvenza;

u

(b)

li matulha tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-debitur jista’ jkun fi probabbiltà ta’ insolvenza jew insolventi jew f’qagħda oħra ta’ diffikultà finanzjarja,

(ii)

ma jkunx ivverifikat mill-qorti jew minn awtorità kompetenti oħra jekk id-debitur huwiex insolventi jew fi probabbiltà ta’ insolvenza jew f’qagħda ta’ diffikultà finanzjarja;

(12)

“proċedura ta’ ħelsien mid-dejn” tfisser proċedura skont il-liġi ta’ Stat Membru li jkollha bħala l-oġġett prinċipali tagħha dak tal-ħelsien jew il-kanċellazzjoni tad-djun ta’ debitur insolventi li jkun persuna fiżika;

(13)

“proċedura awtonoma” tfisser proċedura definita fil-punti (5) sa (12) li fir-rigward tagħha Stat Membru jista’ jiġbor id-data separatament f’konformità mal-Artikolu 29(6) tad-Direttiva (UE) 2019/1023;

(14)

“subproċedura” tfisser proċedura li bħala parti integrali mill-perspettiva tal-ġbir tad-data ta’ kwalunkwe waħda mill-proċeduri definiti fil-punti (5) sa (11) ma tikkostitwix proċedura awtonoma jew il-fażi ta’ ftuħ ta’ proċedura u li tista’ tinkludi:

(a)

proċedura ta’ ħelsien mid-dejn;

(b)

kwalunkwe wieħed mill-atti msemmija fil-punt 11(a).

Artikolu 3

1.   Id-data għandha tinġabar permezz ta’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

aggregazzjoni sħiħa,

(b)

aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni.

2.   Id-data miġbura għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni permezz ta’applikazzjoni elettronika żviluppata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aċċess għal dik l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

4.   Il-proċeduri ta’ insolvenza tal-Istati Membri elenkati fl-Anness A tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandhom jiġu kkomunikati fost il-proċeduri li jaqgħu taħt it-tipi rilevanti tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jagħmlu distinzjoni bejn il-proċeduri pubbliċi u mhux pubbliċi.

5.   B’rabta mal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (8) sa (11), l-Istati Membri għandhom jindikaw liema minn dawk il-proċeduri fihom element jew elementi li jimplimentaw it-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, l-Istati Membri għandhom jindikaw perjodu kumplessiv ta’ żmien espress f’jiem ta’ kemm il-proċeduri ta’ insolvenza, il-proċeduri ta’ ristrutturar jew il-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn damu fl-Istat Membru.

2.   Meta jikkomunikaw it-tul medju tal-proċeduri, l-Istati Membri għandhom jipprovdu:

(a)

informazzjoni dwar it-tul medju tal-proċeduri sal-mument meta jingħalqu;

(b)

spjegazzjonijiet rigward:

(i)

il-bidu tal-proċedura li jkun fihom spjegazzjoni meta:

(1)

iseħħ il-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni,

(2)

iseħħ il-mument tal-ftuħ tal-proċedura, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi nazzjonali;

(ii)

l-inklużjoni ta’ kwalunkwe subproċedura fl-ambitu tal-proċedura awtonoma bl-indikazzjoni tat-tul medju ta’ tali subproċedura u t-tul medju tal-parti li jifdal tal-proċedura awtonoma u jekk it-tul medju ta’ kwalunkwe proċedura awtonoma ġiex magħdud bħala frazzjoni stmata jew perċentwal stmat taż-żmien medju tal-proċedura awtonoma li s-subproċedura rispettiva tkun parti integrali minnha akkumpanjata minn ġustifikazzjoni tal-ammont ta’ tali frazzjoni jew perċentwal;

(iii)

l-għeluq tal-proċedura li jkun fihom spjegazzjonijiet dwar meta jseħħ il-mument tal-għeluq tal-proċedura.

Artikolu 5

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29(1), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, it-tipi ta’ eżiti għandhom jinkludu fir-rigward ta’:

(a)

il-proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza, il-proċeduri ta’ insolvenza ġenerali, proċeduri ta’ insolvenza oħrajn u l-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar relatati, wieħed jew aktar mill-eżiti li ġejjin:

(i)

il-bejgħ tal-assi, inkluż il-bejgħ tan-negozju tad-debitur jew parti minnu bħala negozju avvjat bħal bejgħ ta’ tali negozju jew parti minnu bħala unità produttiva jew entità ekonomika operattiva;

(ii)

twaqqif tal-proċedura, b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ assi biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ tali proċedura, mingħajr riżoluzzjoni tar-relazzjonijiet legali li jirrigwardaw patrimonju mingħajr assi;

(iii)

għeluq tal-proċedura wara r-riżoluzzjoni tar-relazzjonijiet legali li jirrigwardaw patrimonju mingħajr assi;

(iv)

meta rilevanti, il-ħelsien mid-dejn tal-persuni fiżiċi, meta l-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn tkun subproċedura ta’ proċedura awtonoma msemmija f’dan il-punt, bl-indikazzjoni tal-eżitu msemmi fil-punt (c), jekk disponibbli;

(v)

kwalunkwe wieħed mill-eżiti msemmija fil-punt (b)(i), (ii) u (iii);

(vi)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu skont il-liġi nazzjonali;

(b)

proċeduri ta’ ristrutturar minħabba insolvenza, proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza, proċeduri ta’ ristrutturar ġenerali, wieħed jew aktar mill-eżiti li ġejjin:

(i)

pjan li jiġi kkonfermat minn qorti;

(ii)

pjan li ma jiġix ikkonfermat minn qorti filwaqt li l-proċedura ta’ ristrutturar tkun konvertita fi proċedura ta’ insolvenza msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament jew tingħalaq;

(iii)

pjan li ma jiġix ikkonfermat minn qorti filwaqt li jseħħ tip ieħor ta’ kontinwazzjoni li ma jkunx dak imsemmi fil-punt (ii), inkluż, iżda mhux limitat għal, kwalunkwe tip ta’ eżitu msemmi fil-punt (a);

(iv)

meta rilevanti, wieħed jew aktar mill-eżiti msemmija fil-punt (c), jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn tkun subproċedura ta’ proċedura awtonoma msemmija fil-punt (b);

(v)

tip ieħor ta’ eżitu skont il-liġi nazzjonali, li jista’ jinkludi eżiti msemmija fil-punt (a), iżda mhux limitat għalihom;

(c)

proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, inkluż meta l-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn tkun subproċedura ta’ proċedura awtonoma msemmija fil-punti (a) u (b), wieħed jew aktar mill-eżiti li ġejjin:

(i)

il-perjodu ta’ ħelsien ikun għadda mingħajr ma jkun ġie estiż jew il-ħelsien mid-dejn ikun ġie kkonfermat wara li jkun għadda l-perjodu ta’ ħelsien;

(ii)

il-perjodu ta’ ħelsien ikun ġie estiż;

(iii)

il-ħelsien mid-dejn ikun ġie revokat;

(iv)

il-ħelsien mid-dejn ikun ġie miċħud;

(v)

konferma tal-pjan ta’ ħlas lura;

(vi)

nuqqas ta’ konferma tal-pjan ta’ ħlas lura;

(vii)

tip ieħor ta’ eżitu skont il-liġi nazzjonali, li jista’ jinkludi iżda mhux limitat għal wieħed jew aktar mill-eżiti msemmija fil-punti (a) jew (b), b’mod partikolari jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn kienet subproċedura ta’ parti minn proċedura awtonoma msemmija taħt xi wieħed minn dawk il-punti;

(d)

ristrutturar li twettaq barra mill-qorti jew awtorità kompetenti oħra għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar, l-eżitu jkun l-att ta’ reġistrazzjoni ma’ dawk il-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra għall-insolvenza mingħajr ma tiġi attivata quddiemhom xi waħda mill-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5), (7), (8), (9), (10) jew (11);

(e)

appelli kontra l-eżitu tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), meta l-Istati Membri jirrapportaw dwar dawn, wieħed mill-eżiti li ġejjin:

(i)

id-depożitar tal-appell,

(ii)

id-dikjarazzjoni tal-inammissibbiltà jew iċ-ċaħda tal-appell jew l-irtirar tiegħu qabel ma jkunu nfetħu l-proċedimenti tal-appell,

(iii)

l-ilqugħ tal-appell mill-qorti jew l-awtorità rilevanti.

2.   Meta jikkomunikaw id-data dwar l-eżiti, l-Istati Membri jistgħu, apparti minn hekk, jagħmlu diżaggregazzjoni tal-għadd tat-tipi individwali ta’ eżiti b’rabta mat-tipi ta’ proċeduri li jeżistu skont il-liġi nazzjonali tagħhom li jkunu aktar speċifiċi mit-tipi proċedurali definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), jekk jiddeċiedu li jipprovdu wkoll data dwar dawn it-tipi ta’ proċeduri aktar speċifiċi li jeżistu skont il-liġi tagħhom.

Artikolu 6

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, jekk l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw id-data msemmija f’dak il-punt, għandhom jindikaw l-ispiża medja ta’ kull tip ta’ proċedura relatata mal-proċedura rispettiva ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn definita fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), espressa bħala numru assolut jew f’perċentwal, magħdud abbażi tal-metodu ta’ aggregazzjoni sħiħa jew tal-metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni bħala proporzjon:

(a)

tal-ispejjeż tal-proċedura stipulati fid-deċiżjoni jew dokument ieħor li permezz tiegħu jiġi determinat l-eżitu tal-proċedura rispettiva, jew deċiżjoni jew dokument ieħor separati relatati li fihom tali spejjeż ikunu indikati;

(b)

tal-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur determinat fil-bidu tal-proċedura jew matulha.

L-ammont li minnu tibda tingħadd l-ispiża medja tal-proċedura għandu dejjem jinkludi l-ispiża tal-intervent tal-prattikant fl-insolvenza, u jekk stipulat f’waħda mid-deċiżjonijiet jew dokumenti oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jista’ jinvolvi wkoll it-tariffi tal-qorti, l-imposti tal-istat jew spejjeż oħra relatati.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, jekk l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw id-data msemmija f’dak il-punt, għandhom jindikaw ammont kumplessiv ta’ żborż għall-kredituri li jkun sar fil-proċedura rispettiva ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn definita fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), espressa f’perċentwal, magħdud abbażi tal-metodu ta’ aggregazzjoni sħiħa jew tal-metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni bħala proporzjon:

(a)

tal-valur reali tal-pretensjonijiet tal-kredituri żborżati stipulat fid-deċiżjoni jew dokument ieħor li permezz tiegħu l-eżitu tal-proċedura rispettiva jsir definittiv fl-ewwel istanza;

(b)

għall-valur tal-istess pretensjonijiet ippreżentati fil-proċedura rispettiva minn kwalunkwe tip ta’ kreditur imsemmi fl-Artikolu 29(3), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/1023 fir-rigward ta’ tali tip ta’ kreditur.

Ir-rata ta’ rkupru medja indikata tista’ tiġi pprovduta fir-rigward tat-tipi differenti ta’ kredituri bħal kredituri garantiti, kredituri mhux garantiti, u meta applikabbli, tipi oħra ta’ kredituri.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), il-punt (c), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, jekk l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw id-data msemmija f’dak il-punt, għandhom jindikaw l-għadd ta’ imprendituri li fi żmien 12-il xahar wara l-għeluq ta’ proċedura skont l-Artikolu 1(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, bdew negozju ġdid.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, jekk l-Istati Membri jiġbru u jaggregaw id-data msemmija f’dak il-punt, għandhom jindikaw l-ammont totali ta’ impjiegi mitlufa fl-Istat Membru li jkun qiegħed jirrapporta fis-sena ta’ referenza, magħdud abbażi tal-metodu ta’ aggregazzjoni sħiħa jew tal-metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni bħala l-għadd tal-impjiegi mitlufa kollha fl-Istat Membru fl-intrapriżi kollha li daħlu fi kwalunkwe proċedura f’kull tip ta’ proċedura definita fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11) ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-għadd ta’ impjiegi mitlufa b’rabta mal-proċedura rispettiva ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza definita fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), jista’ jiġi magħdud bħala d-differenza bejn l-għadd ta’ impjiegi fl-intrapriża fil-mument meta tkun saret l-applikazzjoni għal tali proċedura rispettiva ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza jew tkun infetħet, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi nazzjonali, u l-għadd ta’ impjiegi jinżamm fil-mument tal-għeluq ta’ tali proċedura ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar.

Artikolu 7

1.   Għall-fini tal-Artikolu 29(4), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/1023, għandhom jintużaw il-kategoriji li ġejjin għad-daqs tad-debituri li ma jkunux persuni fiżiċi:

(a)

intrapriżi b’inqas minn 10 impjegati,

(b)

intrapriżi b’10 sa 249 impjegat,

(c)

intrapriżi b’250 impjegat jew aktar,

(d)

għadd mhux magħruf ta’ impjegati, jekk rilevanti.

L-għadd ta’ impjegati għandu jiġi espress f’unitajiet tax-xogħol annwali fl-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 5 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (3) fil-kuntest tal-istatistika b’rabta mal-insolvenza. L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 5 ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni jistgħu jesprimu l-għadd ta’ impjegati f’għadd ta’ persuni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-metodoloġija li jkunu użaw biex jikkalkulaw l-għadd ta’ impjegati.

2.   Id-daqs tad-debituri għandu jiġi indikat taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-ewwel paragrafu

(a)

rigward id-data tat-tmiem tal-aħħar perjodu kontabilistiku kopert mill-aħħar rendikont finanzjarju annwali ppubblikat tal-intrapriża dment li l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjegati tkun tinsab hemmhekk;

(b)

jew inkella abbażi ta’ dokumenti oħra kkomunikati lill-qorti jew lill-awtorità oħra kompetenti għall-proċedimenti ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar, qabel jew mal-bidu tal-proċedura rilevanti.

3.   Fir-rigward tal-proċeduri li jwasslu għall-ħelsien mid-dejn, inkluż fl-għamla ta’ subproċeduri, l-Istati Membri għandhom jindikaw liema mit-tipi ta’ persuni fiżiċi li ġejjin huma kkonċernati minn dawk il-proċeduri:

(a)

l-imprendituri u persuni fiżiċi oħra li mhumiex imprendituri;

(b)

l-imprendituri biss;

(c)

persuni fiżiċi oħra li mhumiex imprendituri biss.

Artikolu 8

1.   Fil-każ ta’ ġbir tad-data b’aggregazzjoni bbażata fuq kampjun, ir-rekwiżit minimu tal-kampjun f’termini ta’ daqs imsemmi fl-Artikolu 29(5) tad-Direttiva (UE) 2019/1023 għandu jikkonsisti minn tal-anqas 5 % tal-għadd totali ta’ kull tip tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), ta’ dan ir-Regolament, li kienu jeżistu fl-Istati Membri fis-sena ta’ referenza u li:

(a)

saret applikazzjoni għalihom jew infetħu, meta tali ftuħ ikun previst fil-liġi nazzjonali, u li kienu pendenti;

(b)

ingħalqu; jew

(c)

ġew iddikjarati inammissibbli, miċħuda jew irtirati qabel ma nfetħu.

2.   Ir-rekwiżiti minimi tal-kampjun f’termini tad-diversità msemmija fl-Artikolu 29(5) tad-Direttiva (UE) 2019/1023 għandhom jikkonsistu minn tal-anqas 5 % tal-għadd totali tal-qrati u awtoritajiet kompetenti oħra għall-amministrazzjoni ta’ kull tip tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9

L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun is-sena 2027.

L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jikkomunikaw il-proċeduri li jkunu nbdew qabel is-17 ta’ Lulju 2022.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)   ĠU L 172, 26.6.2019, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1023/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/848/oj).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2003/361/oj).

ANNESS I

FORMOLA TA’ KOMUNIKAZZJONI TAD-DATA STANDARD

NOTA:

—

il-punti jew il-linji mmarkati b’“*” huma fakultattivi

—

il-punti mmarkati b’“**” għandhom jimtlew biss mill-Istati Membri li jiġbru u jaggregaw id-data permezz ta’ teknika ta’ kampjun

Is-sena ta’ referenza:

1.   Informazzjoni dwar it-tipi ta’ proċeduri ta’ insolvenza, proċeduri ta’ ristrutturar u proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn li għandha tiġi rrapportata (1)

(a)

It-titolu tal-proċedura fil-liġi nazzjonali:

It-tip ta’ proċedura kif definita fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2537 (minn hawn ’il quddiem ir-Regolament):

Il-proċedura nazzjonali ta’ insolvenza tinkludi subproċedura fis-sens tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament: IVA/LE

[jekk iva:] is-subproċedura tikkostitwixxi

(i)

proċedura ta’ ħelsien mid-dejn

(ii)

kwalunkwe wieħed mill-atti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (11)(a) tar-Regolament.

Jekk it-tip ikun “proċedura relatata ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament, indika l-oġġett(i):

Jekk it-tip ikun wieħed minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2, il-punti (8), (9), (10) jew (11) tar-Regolament, il-proċedura fiha element jew elementi li jimplimentaw it-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023? IVA/LE

Jekk it-tip ikun “proċedura ta’ ħelsien mid-dejn” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament, indika jekk il-proċedura tikkonċernax:

(i)

l-imprendituri u persuni fiżiċi oħra li mhumiex imprendituri;

(ii)

l-imprendituri biss;

(iii)

persuni fiżiċi oħra li mhumiex imprendituri biss.

(b)

It-titolu tal-proċedura fil-liġi nazzjonali:

It-tip ta’ proċedura kif definita fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12) tar-Regolament:

Il-proċedura nazzjonali ta’ insolvenza tinkludi subproċedura kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (14) tar-Regolament: IVA/LE

[jekk iva:] is-subproċedura tikkostitwixxi

(i)

proċedura ta’ ħelsien mid-dejn:

(ii)

kwalunkwe wieħed mill-atti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (11)(a) tar-Regolament:

Jekk it-tip ikun “proċedura relatata ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar” f’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament, indika l-oġġett(i):

Jekk it-tip ikun wieħed minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2, il-punti (8), (9), (10) jew (11) tar-Regolament, il-proċedura fiha element jew elementi li jimplimentaw it-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023? IVA/LE

Jekk it-tip ikun “proċedura ta’ ħelsien mid-dejn” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament, il-proċedura tikkonċerna:

(i)

l-imprendituri u persuni fiżiċi oħra li mhumiex imprendituri;

(ii)

l-imprendituri biss;

(iii)

persuni fiżiċi oħra li mhumiex imprendituri biss.

[(c)…..eċċ.]

2.   L-għadd ta’ proċeduri fis-sena ta’ referenza (2)

2.1.

L-għadd totali tal-proċeduri KOLLHA li:

(i)

saret applikazzjoni għalihom (jew infetħu):

(ii)

għadhom pendenti:

(iii)

ingħalqu:

(iv)

ma nfetħux (3):

2.2.

li minnhom

(a)

“ proċeduri ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (4):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(b)

“ proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (5):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (6):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (7):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(e)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (8):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(f)

“ proċeduri ta’ insolvenza oħrajn ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (9):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(g)

“ proċeduri ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatati ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iii. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (10):

(iv.i.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(iv. ii.)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(h)

“ proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn ” (l-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament) li:

(i)

tkun intalbet applikazzjoni għalihom (jew miftuħa):

(i. i.)

debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(ii)

ikunu pendenti:

(ii. i.)

debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iii)

ikunu ngħalqu:

(iii. i.)

debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(iv)

ma jkunux infetħu (11):

(iv. i.)

debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

2.3*

L-għadd ta’ subproċeduri, jekk rilevanti, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċeduri

(a)

“ proċeduri ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament):

(b)

“ proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament):

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament):

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament):

(e)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament):

(f)

“ proċeduri ta’ insolvenza oħrajn ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament):

(g)

“ proċeduri ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatati ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament):

3.   Tul medju tal-proċeduri (perjodu ta’ żmien kumplessiv espress f’jiem kif indikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament) (12)

3.1.

It-tul medju tal-proċeduri kollha fis-sena ta’ referenza:

3.2.

Li minnu t-tul medju ta’

(a)

“ proċeduri ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(b)

“ proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(e)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(f)

“ proċeduri ta’ insolvenza oħrajn ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(g)

“ proċeduri ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatati ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament) ikun:

(i)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi:

b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

fil-każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi:

b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

(h)

“ proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn ” (l-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament) ikun:

(i)

debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija*:

4.   L-għadd ta’ proċeduri, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ eżitu (13)

4.1.

Fis-sena ta’ referenza, fir-rigward ta’

(a)

“ proċeduri ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament):

(i)

li fihom jiġi kkonfermat pjan:

(ii)

li fihom il-pjan ma jiġix ikkonfermat u l-proċedura tiġi kkonvertita fi proċedura ta’ insolvenza oħra:

(iii)

li fihom il-pjan ma jiġix ikkonfermat u tip ieħor ta’ kontinwazzjoni għajr (ii):

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(b)

“ proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament):

(i)

li fihom seħħ bejgħ tal-assi:

(ii)

li fihom il-proċedura ma tkomplietx:

(iii)

li fihom il-proċedura ngħalqet:

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

li fihom kien hemm eżitu li jinvolvi pjan:

(vi)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament):

(i)

li fihom seħħ bejgħ tal-assi:

(ii)

li fihom il-proċedura ma tkomplietx:

(iii)

li fihom il-proċedura ngħalqet:

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

li fihom kien hemm eżitu li jinvolvi pjan:

(vi)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament):

(i)

li fihom jiġi kkonfermat pjan:

(ii)

li fihom il-pjan ma jiġix ikkonfermat u l-proċedura tiġi kkonvertita fi proċedura ta’ insolvenza oħra:

(iii)

li fihom il-pjan ma jiġix ikkonfermat u jkun hemm tip ieħor ta’ kontinwazzjoni għajr (ii):

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(e)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament):

(i)

li fihom jiġi kkonfermat pjan:

(ii)

li fihom il-pjan ma jiġix ikkonfermat u l-proċedura tiġi kkonvertita fi proċedura ta’ insolvenza oħra:

(iii)

li fihom il-pjan ma jiġix ikkonfermat u jkun hemm tip ieħor ta’ kontinwazzjoni għajr (ii):

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(f)

“ proċeduri ta’ insolvenza oħrajn ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament):

(i)

li fihom seħħ bejgħ tal-assi:

(ii)

li fihom il-proċedura ma tkomplietx:

(iii)

li fihom il-proċedura ngħalqet:

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

li fihom kien hemm eżitu li jinvolvi pjan:

(vi)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(g)

“ proċeduri ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatati ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament):

(i)

li fihom seħħ bejgħ tal-assi:

(ii)

li fihom il-proċedura ma tkomplietx:

(iii)

li fihom il-proċedura ngħalqet:

(iv)

li fihom kien hemm ħelsien mid-djun:

(v)

li fihom kien hemm eżitu li jinvolvi pjan:

(vi)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

(h)

“ proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn ” (f’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (12) jew bħala subproċedura ta’ proċedura awtonoma msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (14)(a) tar-Regolament):

(i)

li fihom il-perjodu ta’ ħelsien ikun għadda u wassal għal ħelsien:

(ii)

li fihom il-perjodu ta’ ħelsien ikun ġie estiż:

(iii)

li fihom il-ħelsien mid-dejn ikun ġie revokat:

(iv)

li fihom il-ħelsien mid-dejn ikun ġie miċħud:

(v)

li fihom ikun ġie kkonfermat il-pjan ta’ ħlas lura:

(vi)

li fihom ikun hemm nuqqas ta’ konferma ta’ pjan ta’ ħlas lura:

(vii)

kwalunkwe tip ieħor ta’ eżitu:

4.2.

Atti mwettqa barra mill-qorti jew awtorità kompetenti oħra għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar (fis-sens tal-Artikolu 5(1), il-punt (d) tar-Regolament), jekk tali atti jkunu rreġistrati skont il-liġi nazzjonali:

4.3*

Appelli kontra l-eżitu tal-proċeduri (fis-sens tal-Artikolu 5(1), il-punt (e) tar-Regolament)

(i)

appelli ppreżentati:

(ii)

appelli ddikjarati inammissibbli, miċħuda jew irtirati:

(iii)

appelli milqugħa mill-qorti jew mill-awtorità:

5.*   L-ispiża medja tal-proċedura fis-sena ta’ referenza (14)

5.1*

L-ispiża medja tal-proċedura għall-proċeduri kollha

(i)

l-ammont f’munita:

(ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

5.2*

L-ispiża medja tal-proċedura, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċedura:

(a)

“ proċedura ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament)

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i.i)

l-ammont f’munita:

(i.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(ii.i)

l-ammont f’munita:

(ii.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(b)

“ proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament):

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i.i)

l-ammont f’munita:

(i.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(ii.i)

l-ammont f’munita:

(ii.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament):

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i.i)

l-ammont f’munita:

(i.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(ii.i)

l-ammont f’munita:

(ii.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament):

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(i.i)

l-ammont f’munita:

(i.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(ii.i)

l-ammont f’munita:

(ii.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

(e)

“ proċedura ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament)

“ proċedura ta’ insolvenza oħra ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament)

“ proċedura ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatata ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament)

“ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn ” (l-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament)

(i)

debituri li jkunu persuni fiżiċi b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(i.i)

l-ammont f’munita:

(i.ii)

f’perċentwal, bħala proporzjon għall-valur kumplessiv tal-patrimonju tad-debitur:

6.*   Rata ta’ rkupru medja (f’perċentwal) fil-proċeduri fis-sena ta’ referenza (15)

6.1*

Ir-rata ta’ rkupru medja fil-proċeduri kollha

(i)

għall-kredituri garantiti:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

6.2*

Ir-rata ta’ rkupru medja, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċedura:

(a)

“ proċedura ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament)

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(b)

“ proċeduri ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament):

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament):

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament):

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(e)

“ proċedura ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament)

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(f)

“ proċedura ta’ insolvenza oħra ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament)

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(g)

“ proċedura ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatata ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament)

(i)

għall-kredituri garantiti:

(i.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(ii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

(iii.i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi b’diżaggregazzjoni ulterjuri skont id-daqs:

(h)

“ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn ” (l-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament)

(i)

għall-kredituri garantiti:

(ii)

għall-kredituri mhux garantiti:

(iii)

għal tipi oħra ta’ kredituri (jekk jogħġbok indika):

7.   L-għadd ta’ debituri soġġetti għal proċeduri ta’ ristrutturar u ta’ insolvenza li fi żmien tliet snin kellhom pjan ta’ ristrutturar ikkonfermat skont proċedura ta’ ristrutturar preċedenti li timplimenta t-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023 (16) :

8.*   L-għadd ta’ imprendituri li, wara li jkunu għaddew minn proċedura li twassal għall-ħelsien mid-dejn, jiftħu negozju ġdid (17) :

9.*   L-għadd ta’ telf ta’ impjiegi b’rabta mal-proċeduri ta’ ristrutturar u ta’ insolvenza (18)

9.1*

L-għadd totali ta’ impjiegi mitlufa fis-sena ta’ referenza:

9.2*

L-impjiegi mitlufa, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċedura:

(a)

“ proċedura ta’ ristrutturar minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament)

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(b)

“ proċedura ta’ likwidazzjoni minħabba insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (6) tar-Regolament):

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(c)

“ proċeduri ta’ insolvenza ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (7) tar-Regolament):

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(d)

“ proċeduri ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza ” (l-Artikolu 2, il-punt (8) tar-Regolament):

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(e)

“ proċedura ta’ ristrutturar ġenerali ” (l-Artikolu 2, il-punt (9) tar-Regolament)

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(f)

“ proċedura ta’ insolvenza oħra ” (l-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament)

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

(g)

“ proċedura ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza relatata ” (l-Artikolu 2, il-punt (11) tar-Regolament)

(i)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, b’diżaggregazzjoni skont id-daqs:

(ii)

f’każ ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, b’diżaggregazzjoni skont il-kategorija:

10.   Informazzjoni dwar il-metodoloġija applikata mill-Istat Membru (19)

10.1.

Il-ġbir tad-data huwa bbażat fuq

(a)

aggregazzjoni sħiħa:

(b)

aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni (f’dan il-każ, jekk jogħġbok, imla wkoll il-punti 10.2 sa 10.4):

10.2**

Jekk l-Istat Membru tiegħek jiġbor data b’metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni, indika dan li ġej:

(a)

l-għadd totali ta’ qrati jew awtoritajiet oħra kompetenti għall-proċeduri ta’ insolvenza, proċeduri ta’ ristrutturar u proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn:

(b)

l-għadd ta’ qrati u awtoritajiet li fir-rigward tagħhom tinġabar id-data:

(c)

l-għadd ta’ qrati u awtoritajiet li fir-rigward tagħhom tiġi stmata d-data:

10.3**

Jekk l-Istat Membru tiegħek jiġbor data b’metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni, indika dan li ġej:

(a)

id-denominazzjoni tal-qrati jew ta’ awtoritajiet oħrajn użata għall-kampjunar:

(b)

id-denominazzjoni tal-muniċipalità fejn ikunu jinsabu:

(c)

iż-żona ġeografika jew ir-reġjun li għalihom ikunu kompetenti fir-rigward tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12) tar-Regolament:

(d)

ir-raġuni għaliex il-qorti jew awtorità oħra ntgħażlet għall-ġbir tad-data għall-metodu tal-kampjunar:

10.4**

Informazzjoni rilevanti oħra dwar il-metodoloġija tal-kampjunar użata:

(1)  Ara l-punt 1 tal-Anness II.

(2)  Ara l-punt 2 tal-Anness II.

(3)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(4)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(5)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(6)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(7)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(8)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(9)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(10)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(11)  Ara l-punt 2.1.5 tal-Anness II.

(12)  Ara l-punt 3 tal-Anness II.

(13)  Ara l-punt 4 tal-Anness II.

(14)  Ara l-punt 5 tal-Anness II.

(15)  Ara l-punt 6 tal-Anness II.

(16)  Ara l-punt 7 tal-Anness II.

(17)  Ara l-punt 8 tal-Anness II.

(18)  Ara l-punt 9 tal-Anness II.

(19)  Ara l-punt 10 tal-Anness II.

ANNESS II

STRUZZJONIJIET GĦALL-ISTATI MEMBRI DWAR KIF JIMLEW IL-FORMOLA TA’ KOMUNIKAZZJONI TAD-DATA STANDARD

KUMMENTI INTRODUTTORJI:

1.

L-istruzzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness iservu ta’ gwida dwar kif għandha timtela l-formola ta’ komunikazzjoni tad-data standard (il-“Formola”) fl-Anness I. In-numerazzjoni tal-punti f’dan l-Anness tikkorrispondi għan-numerazzjoni tal-formola ta’ komunikazzjoni tad-data standard stabbilita fl-Anness I, li jfisser li l-informazzjoni rilevanti rigward kull punt tal-Formola tinsab taħt l-istess numru u intestatura ta’ dan l-Anness.

2.

L-Istati Membri għandhom jindikaw is-sena ta’ referenza li għaliha jkunu ġabru d-data.

1.   Informazzjoni dwar it-tipi ta’ proċeduri ta’ insolvenza, proċeduri ta’ ristrutturar u proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn li għandha tiġi rrapportata

1.

L-Istati Membri għandhom jindikaw it-titoli tal-proċeduri kollha ta’ insolvenza u ta’ ristrutturar, kif ukoll il-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn, li jeżistu skont il-liġi tagħhom skont it-tipi proċedurali rilevanti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12).

2.

Meta jikkomunikaw it-titoli tal-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew tal-proċeduri tal-ħelsien mid-dejn eżistenti skont il-liġi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jindikaw f’liema tip proċedurali definit fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), jaqgħu dawk il-proċeduri skont il-liġi tagħhom, jekk ikun hemm. It-titolu ta’ kull tali proċedura ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar għandu jiġi indikat biss taħt tip proċedurali wieħed definit fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12). Il-proċeduri għandhom jiġu assenjati lil wieħed mit-tipi proċedurali msemmija fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), skont l-oġġett prinċipali tagħhom li jikkaratterizzahom, għalkemm jista’ jkollhom oġġett anċillari wieħed jew aktar li jirriflettu tip proċedurali wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12). L-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar aktar minn waħda mill-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn tagħhom taħt kull tip proċedurali bħal dan.

3.

L-Istati Membri għandhom jindikaw fir-rigward ta’ kull waħda mill-proċeduri awtonomi, li jeżistu skont il-liġi tagħhom u li jaqgħu taħt wieħed mit-tipi proċedurali definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11), kwalunkwe subproċedura li tirrigwarda l-ħelsien mid-dejn li tali proċeduri awtonomi jistgħu jinvolvu.

4.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw fir-rigward ta’ kull waħda mill-proċeduri awtonomi, li jeżistu skont il-liġi tagħhom u li jaqgħu taħt wieħed mit-tipi proċedurali definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11), l-għadd ta’ subproċeduri, jekk ikun hemm, fir-rigward ta’ oġġetti individwali tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (11)(a), f’kull tali proċedura awtonoma.

5.

Jekk Stat Membru jikkomunika aktar minn proċedura rispettiva waħda ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew proċedura ta’ ħelsien mid-dejn li jeżistu skont il-liġi tiegħu taħt kwalunkwe tip proċedurali definit fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), huwa jista’ apparti minn hekk jipprovdi l-għadd ta’ kull tali proċedura ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew proċedura ta’ ħelsien mid-dejn li jeżistu skont il-liġi tiegħu.

6.

Meta jindikaw it-titoli fil-liġi nazzjonali tal-proċeduri li jaqgħu taħt it-tip ta’ “proċedura ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar relatata”, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), l-Istati Membri għandhom jindikaw liema oġġetti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (11)(a), jirreferu għalihom dawn il-“proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar relatati”.

7.

Fir-rigward tal-proċeduri nazzjonali li jaqgħu taħt it-tipi ta’ “proċedura ta’ ristrutturar ta’ qabel l-insolvenza” (l-Artikolu 2, il-punt (8)), “proċedura ta’ ristrutturar ġenerali” (l-Artikolu 2, il-punt (9)), “proċedura ta’ insolvenza oħra” (l-Artikolu 2, il-punt (10)) jew “proċedura ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar relatata” (l-Artikolu 2, il-punt (11)), l-Istati Membri għandhom jindikaw jekk dawk il-proċeduri fihomx element jew elementi li jimplimentaw it-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023.

8.

Meta jindikaw it-titoli fil-liġi nazzjonali tal-proċeduri li jaqgħu taħt it-tip ta’ “proċedura ta’ ħelsien mid-dejn”, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (12), l-Istati Membri għandhom jindikaw jekk il-proċedura tikkonċernax lill-persuni fiżiċi kollha jew lill-imprendituri biss jew lill-persuni fiżiċi biss li mhumiex imprendituri.

2.   L-għadd ta’ proċeduri fis-sena ta’ referenza

2.1.   L-għadd totali tal-proċeduri kollha

1.

Taħt l-għadd totali tal-proċeduri kollha, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd totali ta’ proċeduri li huma “proċeduri awtonomi” kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (13), u li jinsabu fi kwalunkwe wieħed mill-istadji proċedurali rilevanti elenkati fil-punti (i) sa (iv) tal-punt 2.1 tal-Formola fis-sena ta’ referenza.

2.

L-għadd totali tal-proċeduri fir-rigward ta’ kull stadju proċedurali (f’(i) sa (iv) tal-punt 2.1 tal-Formola) għandu jkun daqs is-somma tal-għadd indikat mill-Istat Membru taħt l-istadju proċedurali korrispondenti tat-tipi differenti ta’ proċeduri elenkati taħt il-punt 2.2 tal-Formola.

3.

L-istadju proċedurali taħt il-punt (i) tal-punt 2.1 tal-Formola għandu jkun fih l-għadd ta’ proċeduri li saret applikazzjoni għalihom jew li nfetħu, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi nazzjonali, fis-sena ta’ referenza. Fl-Istati Membri fejn il-liġi dwar l-insolvenza tipprevedi ftuħ separat tal-proċedura (separat mill-bidu tal-proċedura), huwa f’idejn dak l-Istat Membru li jagħżel il-mument proċedurali (jiġifieri l-applikazzjoni jew il-ftuħ) li jiġi rrapportat: kull proċedura għandha tingħadd darba biss skont il-punt (i) tal-punt 2.1 tal-Formola.

4.

L-istadju proċedurali taħt il-punt (ii) tal-punt 2.1 tal-Formola għandu jkun fih l-għadd ta’ proċeduri li kienu għadhom pendenti matul is-sena ta’ referenza iżda li saret applikazzjoni għalihom (jew infetħu) qabel il-bidu tas-sena ta’ referenza. Il-proċeduri li ngħalqu matul is-sena ta’ referenza għandhom jingħaddu separatament, taħt il-punt (iii) tal-punt 2.1 tal-Formola.

5.

Fl-istadju proċedurali fil-punt (iv) tal-punt 2.1 tal-Formola, imsejħa “mhux miftuħa”, l-Istati Membri għandhom jindikaw il-proċeduri kollha ta’ ristrutturar li fihom, matul is-sena ta’ referenza, l-applikazzjonijiet ġew iddikjarati inammissibbli, ġew miċħuda jew ġew irtirati qabel ma nfetħu. Huma jistgħu jindikaw dan għal proċeduri oħra sa fejn ikun disponibbli.

2.2.   L-għadd ta’ proċeduri b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12)

1.

L-Istati Membri għandhom jindikaw għas-sena ta’ referenza:

(i)

l-għadd ta’ proċeduri, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċedura elenkati taħt il-punti (a) sa (g) tal-punt 2.2 tal-Formola (li jikkorrispondu għat-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11)), li saret applikazzjoni għalihom jew infetħu, meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi nazzjonali, u l-Istati Membri għandhom jindikaw separatament l-għadd ta’ dawk il-proċeduri li jikkonċernaw persuni ġuridiċi u persuni fiżiċi;

(ii)

l-għadd ta’ proċeduri, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċedura elenkati taħt il-punti (a) sa (g) tal-punt 2.2 tal-Formola (li jikkorrispondu għat-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11)), li jkunu għadhom pendenti, u l-Istati Membri għandhom jindikaw separatament l-għadd ta’ dawk il-proċeduri li jikkonċernaw persuni ġuridiċi u persuni fiżiċi;

(iii)

l-għadd ta’ proċeduri, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċeduri elenkati taħt il-punti (a) sa (g) tal-punt 2.2 tal-Formola (li jikkorrispondu għat-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11)), li jkunu ngħalqu, u l-Istati Membri għandhom jindikaw separatament l-għadd ta’ dawk il-proċeduri li jikkonċernaw persuni ġuridiċi u persuni fiżiċi;

(iv)

l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri li jiġu rrapportati f’konformità mal-punt 2.1.5 ta’ dan l-Anness, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċeduri elenkati taħt il-punti (a) sa (g) fil-punt 2.2 tal-Formola (li jikkorrispondu għat-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11)), li jkunu ġew iddikjarati inammissibbli, miċħuda jew irtirati qabel ma nfetħu.

2.

Meta n-numri jiġu sseparati skont jekk id-debituri jkunux persuni ġuridiċi u fiżiċi (kif indikat fil-punt 1), minbarra l-għadd totali tal-persuni ġuridiċi u tal-persuni fiżiċi, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn in-numri b’diżaggregazzjoni ulterjuri kif ġej:

(a)

fir-rigward ta’ debituri li jkunu persuni ġuridiċi, skont il-kategoriji relatati mad-daqs tal-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (d);

(b)

fir-rigward ta’ debituri li jkunu persuni fiżiċi, jekk tali data tinġabar mill-Istati Membri, skont il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 7(3), il-punti (a), (b) u (c).

3.

Fir-rigward tal-punt (h) tal-punt 2.2 tal-Formola (“proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn” kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12)), l-Istati Membri għandhom jagħmlu diżaggregazzjoni tal-għadd ta’ proċeduri biss skont il-kategoriji relatati ma’ persuni fiżiċi f’konformità mal-Artikolu 7(3), il-punti (a), (b) jew (c), dment li tali data tinġabar fil-liġi nazzjonali, peress li l-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn huma mfassla biex jittrattaw id-dejn eċċessiv tad-debituri li jkunu persuni fiżiċi.

3.   Tul medju tal-proċeduri

1.

Taħt il-punt 3.1 tal-Formola, l-Istati Membri għandhom jindikaw għas-sena ta’ referenza, it-tul medju tal-proċeduri kollha ta’ insolvenza, mogħti f’jiem u magħdud f’konformità mal-Artikolu 4.

2.

Taħt il-punt 3.2 tal-Formola, l-Istati Membri għandhom jagħmlu diżaggregazzjoni tad-data dwar it-tul medju tal-proċeduri skont it-tipi ta’ proċeduri kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12). L-Istati Membri għandhom jindikaw separatament it-tul medju ta’ dawk il-proċeduri li jikkonċernaw il-persuni ġuridiċi u l-persuni fiżiċi, meta rilevanti.

3.

B’rabta mat-tul medju tal-proċeduri fir-rigward ta’:

(a)

il-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jindikaw it-tul medju ta’ dawk il-proċeduri fir-rigward ta’ kull kategorija ta’ intrapriżi msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (d);

(b)

il-persuni fiżiċi, l-Istati Membri jistgħu jindikaw it-tul medju ta’ dawk il-proċeduri fir-rigward ta’ kull kategorija ta’ dawk il-persuni msemmija fl-Artikolu 7(3), il-punti (a), (b) u (c).

4.

It-tul medju tal-proċeduri tal-ħelsien mid-dejn (kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12)) għandu jinkludi flimkien mal-perjodu kkalkolat skont l-Artikolu 4, il-perjodu tal-proċedura msemmi fl-Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2019/1023 b’rabta mal-Istati Membri li ddeċidew li jintroduċu tali proċedura. It-tul medju tal-proċeduri tal-ħelsien mid-dejn għandu jinkludi biss il-parti tal-perjodu tal-ħelsien mid-dejn li sseħħ quddiem l-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva msemmija fl-Artikolu 21(1), il-punti (a) jew (b) tad-Direttiva (UE) 2019/1023.

4.    L-għadd ta’ proċeduri, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ eżitu

1.

Fir-rigward tat-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (6), (7), (10) u (11), l-Istati Membri għandhom jindikaw eżitu wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), li t-tipi rilevanti ta’ proċeduri kellhom fis-sena ta’ referenza. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk id-data indikata taħt it-tip ta’ eżitu taħt il-punt (i) (“bejgħ tal-assi”) tkoprix il-proċeduri kollha li fihom ikunu nbiegħu l-assi jew tirrigwardax biss ċerti forom ta’ bejgħ tal-assi (pereżempju, il-bejgħ tan-negozju jew parti minnu bħala negozju avvjat).

2.

Fir-rigward tat-tipi ta’ proċeduri fl-Artikolu 2, il-punti (5), (8) u (9), l-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd ta’ kull eżitu msemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), li t-tipi rilevanti ta’ proċeduri kellhom fis-sena ta’ referenza.

3.

Fir-rigward tal-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), l-Istati Membri għandhom jindikaw eżitu wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (c), li l-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn kellhom fis-sena ta’ referenza.

4.

Fir-rigward tal-Artikolu 5(1), il-punti (a) sa (c), l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw eżiti fid-dritt nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza li ma jistgħux jiġu attribwiti għal xi tip speċifiku f’dawn il-punti, taħt il-linja miftuħa għal kwalunkwe eżitu ieħor (l-Artikolu 5(1)(a), il-punt (vi); l-Artikolu 5(1)(b), il-punt (v); l-Artikolu 5(1)(c), il-punt (vii)).

5.

Meta d-data tkun disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jindikaw l-għadd ta’ appelli msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (e), fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tipi ta’ proċeduri li għalihom tinġabar id-data fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12):

(a)

li fis-sena ta’ referenza jkunu waslu għand il-qorti jew awtorità kompetenti oħra għall-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn sa fejn ikunu kkonċernati appelli ppreżentati jew irtirar ta’ appelli qabel ma jkunu nfetħu l-proċedimenti ta’ appell;

(b)

li fir-rigward tagħhom fis-sena ta’ referenza l-qorti jew awtorità kompetenti oħra għall-proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ ristrutturar jew proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn tkun ħarġet att li permezz tiegħu tkun iddikjarat l-appell inammissibbli jew ċaħditu jew laqgħetu.

5.   Spejjeż medji tal-proċeduri

1.

Il-kampijiet tad-data taħt il-punt 5 tal-Formola mhumiex obbligatorji; huma biss l-Istati Membri li jiġbru dik id-data li għandhom jirrapportaw dwar l-ispejjeż tal-proċeduri.

2.

Taħt il-punt 5.1 tal-Formola, l-Istati Membri jistgħu jindikaw għas-sena ta’ referenza l-ispejjeż medji ta’ proċedura, jekk possibbli kemm f’valur assolut fil-munita nazzjonali rilevanti, kif ukoll f’perċentwal magħdud bħala proporzjon mal-valur kumplessiv għall-patrimonju tad-debitur, f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Artikolu 6(1).

3.

Taħt il-punt 5.2 tal-Formola, l-Istati Membri jistgħu jindikaw għas-sena ta’ referenza l-ispejjeż medji fis-sens tal-Artikolu 6(1) fir-rigward ta’ kull tip ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12) rigward kemm il-persuni ġuridiċi kif ukoll il-persuni fiżiċi kif ukoll separatament.

4.

Rigward it-tipi ta’ proċeduri msemmija fi:

(a)

l-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11) rigward il-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri li fihom tkun disponibbli dik id-data, jistgħu jindikaw l-ispiża medja ta’ tali proċeduri fir-rigward ta’ kull kategorija ta’ intrapriżi msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (d);

(b)

l-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12) rigward il-persuni fiżiċi, l-Istati Membri li fihom tkun disponibbli dik id-data, jistgħu jindikaw l-ispiża medja ta’ tali proċeduri fir-rigward ta’ kull tip ta’ dawk il-persuni msemmija fl-Artikolu 7(3), il-punti (a), (b) u (c) skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt.

6.   Data dwar ir-rati medji ta’ rkupru

1.

Il-kampijiet tad-data taħt dan il-punt 6 tal-Formola mhumiex obbligatorji; huma biss l-Istati Membri li jiġbru data f’dan ir-rigward li għandhom jirrapportaw dwar ir-rati medji ta’ rkupru.

2.

Taħt il-punt 6.1 tal-Formola, l-Istati Membri jistgħu jindikaw għas-sena ta’ referenza, ir-rati medji ta’ rkupru fis-sens tal-Artikolu 6(2), li jesprimu l-proporzjon tal-iżborżi reali għall-kredituri għall-valur tal-pretensjonijiet ippreżentati tagħhom, b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ kredituri: għall-kredituri garantiti u mhux iggarantiti u, meta applikabbli, tipi oħra ta’ kredituri, separatament.

3.

Taħt il-punt 6.2 tal-Formola, l-Istati Membri li fihom tkun disponibbli dik id-data jistgħu jindikaw ir-rati medji ta’ rkupru fis-sens tal-Artikolu 6(2) fir-rigward ta’ kull tip tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), għall-kredituri garantiti u mhux garantiti u, meta applikabbli, tipi oħra ta’ kredituri, separatament.

7.   L-għadd ta’ debituri soġġetti għall-proċeduri ta’ ristrutturar u ta’ insolvenza li fi żmien tliet snin kellhom pjan ta’ ristrutturar ikkonfermat skont proċedura ta’ ristrutturar preċedenti li timplimenta t-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023

1.

Taħt il-punt 7 tal-Formola, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 29(2) tad-Direttiva (UE) 2019/1023.

2.

L-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd ta’ debituri li:

(a)

matul is-sena ta’ referenza kienu soġġetti għal kwalunkwe tip tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11); u

(b)

fit-tliet snin li jkunu preċedew is-sottomissjoni tal-applikazzjoni jew il-ftuħ ta’ proċedura msemmija fil-punt (a), meta tali ftuħ ikun previst skont il-liġi nazzjonali, kellhom pjan ta’ ristrutturar ikkonfermat skont proċedura ta’ ristrutturar preċedenti li timplimenta t-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2019/1023.

8.   L-għadd ta’ imprendituri li, wara li jkunu għaddew minn proċedura li twassal għall-ħelsien mid-dejn, jiftħu negozju ġdid

1.

Il-kamp tad-data taħt dan il-punt tal-Formola mhuwiex obbligatorju; huma biss l-Istati Membri li jiġbru tali data li għandhom jirrapportaw dwar l-imprendituri li jiftħu negozju ġdid.

2.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-għadd ta’ imprendituri li jkunu fetħu negozju ġdid fis-sens tal-Artikolu 6(3) wara li jkunu għaddew minn:

(a)

proċedura ta’ ħelsien mid-dejn definita fl-Artikolu 2, il-punt (12), fl-għamla ta’ proċedura awtonoma, jew

(b)

proċedura ta’ ħelsien mid-dejn bħala subproċedura ta’ proċedura awtonoma definita fl-Artikolu 2, il-punt (14)(a).

3.

L-Istati Membri li jiġbru data dwar il-proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn biss fir-rigward tal-persuni fiżiċi kollha, inklużi kemm l-imprendituri kif ukoll dawk li mhumiex imprendituri, jistgħu jipprovdu stima tal-għadd ta’ imprendituri li, wara li jkunu għaddew minn proċedura li twassal għall-ħelsien mid-dejn imġarrab minn tali imprenditur insolventi, ikunu fetħu negozju ġdid.

9.   Data dwar it-telf ta’ impjiegi b’rabta mal-proċeduri ta’ ristrutturar u ta’ insolvenza

1.

Il-kamp tad-data taħt dan il-punt tal-Formola mhuwiex obbligatorju; huma biss l-Istati Membri li jiġbru data f’dan ir-rigward li għandhom jirrapportaw dwar it-telf ta’ impjiegi.

2.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw għas-sena ta’ referenza partikolari l-impjiegi mitlufa fis-sens tal-Artikolu 6(4) u (5), kemm fir-rigward tal-proċeduri kollha kif ukoll b’diżaggregazzjoni skont it-tipi ta’ proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (11), kemm fir-rigward tad-debituri li jkunu persuni ġuridiċi kif ukoll id-debituri li jkunu persuni fiżiċi.

3.

Fir-rigward tal-proċeduri msemmija fil-punt 2 b’rabta mal-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri li fihom tkun disponibbli dik id-data, jistgħu jindikaw l-impjiegi mitlufa fir-rigward ta’ kull kategorija ta’ intrapriżi msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) sa (d).

10.   Data rigward l-aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni

1.

Taħt il-punt 10.1 tal-Formola, l-Istat Membru għandu jindika l-metodu li abbażi tiegħu ġabar id-data:

(a)

aggregazzjoni sħiħa,

(b)

aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni.

2.

Kull Stat Membru li jagħżel li jikkomunika lill-Kummissjoni data abbażi ta’ metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-qrati tiegħu jew awtoritajiet oħra kompetenti għall-proċeduri ta’ insolvenza, proċeduri ta’ ristrutturar u proċeduri ta’ ħelsien mid-dejn:

(a)

l-għadd totali ta’ tali qrati jew awtoritajiet oħra fl-Istat Membru;

(b)

l-għadd ta’ qrati u awtoritajiet li fir-rigward tagħhom tinġabar id-data; u

(c)

l-għadd ta’ qrati u awtoritajiet li fir-rigward tagħhom tiġi stmata d-data.

L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-lista ta’ qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu mill-inqas qorti waħda jew awtorità kompetenti oħra li tkun amministrat fis-sena ta’ referenza mill-inqas proċedura waħda tat-tip definit fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12), li kienet teżisti fis-sena ta’ referenza fl-Istat Membru kkonċernat.

3.

L-Istati Membri għandhom jindikaw fir-rigward tal-qrati jew awtoritajiet kompetenti oħra msemmija fil-punt 2 (b):

(a)

id-denominazzjoni tagħhom;

(b)

id-denominazzjoni tal-muniċipalità fejn ikunu jinsabu;

(c)

iż-żona ġeografika jew ir-reġjun li għalihom ikunu kompetenti fir-rigward tal-proċeduri definiti fl-Artikolu 2, il-punti (5) sa (12);

(d)

ir-raġuni għaliex għażlu li jinkludu l-qrati jew awtoritajiet oħra li għalihom tinġabar id-data fil-kampjun; u

(e)

jekk humiex konxji ta’ xi preġudizzju li l-għażla tal-qrati jew awtoritajiet oħra li għalihom tinġabar id-data fil-kampjun tista’ tinvolvi fir-rigward tan-numri totali kumplessivi miksuba jew il-valuri medji kumplessivi li jikkonċernaw l-Istat Membru partikolari.

4.

L-Istati Membri għandhom jispjegaw kif iddeterminaw l-għadd totali kumplessiv jew il-valuri medji kumplessivi abbażi tal-valuri jew numri individwali tal-kampjun skont il-metodu ta’ aggregazzjoni bbażata fuq kampjuni.

5.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu spjegazzjoni dwar:

(a)

l-użu ta’ kwalunkwe koeffiċjent korrettiv fir-rigward tan-numri jew tal-valuri inklużi fil-kampjun irrapportat b’rabta ma’ kull numru jew valur (jew grupp ta’ numri jew valuri li jikkondividu karatteristiċi komuni) barra mill-kampjun;

(b)

l-użu ta’ kwalunkwe metodu ta’ kampjunar li jiżgura rappreżentattività ekwivalenti jew aħjar tal-kampjun mill-metodu bbażat fuq l-użu ta’ koeffiċjenti korrettivi.

Jekk fl-ispjegazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jintużaw koeffiċjenti korrettivi b’rabta ma’ grupp ta’ numri jew valuri, l-Istat Membru għandu jindika skont liema karatteristiċi ġew iddeterminati tali grupp jew gruppi.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2537/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)