12004V367

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-367

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0160 - 0161


Artikolu III-367

Jekk il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Bank Ċentrali Ewropew, bi ksur tal-Kostituzzjoni, jonqsu milli jaġixxu, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet l-oħrajn ta' l-Unjoni jistgħu jagħmlu rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġi stabbilit il-ksur. Dan l-Artikolu għandu japplika taħt l-istess kondizzjonijiet, għal korpi u aġenziji ta' l-Unjoni li jonqsu milli jaġixxu.

L-azzjoni għandha tkun ammissibbli biss jekk l-istituzzjoni, l-korp jew l-aġenzija konċernata jkunu l-ewwel ġew imsejħa biex jaġixxu. Jekk, fi żmien xahrejn minn meta jissejjħu, l-istituzzjoni, l-korp jew l-aġenzija ma jkunux ħadu l-posizzjoni tagħhom, l-azzjoni tista' tinġieb fi żmien perijodu ulterjuri ta' xahrejn.

Kull persuna fiżika jew ġuridika tista', taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni paragrafi, tilmenta lill-Qorti tal-Ġustizzja li istituzzjoni, korp jew aġenzija ta' l-Unjoni jkunu naqsu milli joħorġulha kwalunkwe att li ma jkunx rakkomandazzjoni jew opinjoni.

--------------------------------------------------