|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6346 |
21.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11811 – TIL / HUTCHISON PORTS / TERCAT)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6346)
1.
Fil-5 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Termnal Investment Limited Holding S.A. (“TIL’”, il-Lussemburgu), li tappartjeni għal MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA (“MSC”, L-Iżvizzera), u BlackRock, Inc. (“BlackRock”, L-Istati Uniti), |
|
— |
Barcelona Europe South Terminal, S.A.U (“Hutchison Ports’”, Spanja), li tappartjeni għal CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, Hong Kong), |
|
— |
Terminal Catalunya, S.A. (“TERCAT”, Spanja). |
TIL u Hutchison Ports se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ TERCAT.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
TIL tinvesti fi, tiżviluppa u timmaniġġja terminals għal kontejners madwar id-dinja u hija kkontrollata b’mod konġunt minn MSC u BlackRock. MSC tipprovdi servizzi tat-trasport marittimu tal-kontejners madwar id-dinja u servizzi anċillari. MSC hija attiva wkoll fis-setturi tal-kruċieri oċeaniċi u tal-laneċ tal-passiġġieri marittimi. BlackRock hija kumpanija ta’ investiment multinazzjonali Amerikana, |
|
— |
Hutchison Ports bħalissa hija l-kumpanija ta“kontroll ta” TERCAT u hija parti mill-grupp CKHH. CKHH huwa konglomerat multinazzjonali li jopera 4 gruppi kummerċjali ewlenin: (i) portijiet u servizzi relatati, (ii) bejgħ bl-imnut, (iii) infrastruttura u (iv) telekomunikazzjoni. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża TERCAT huma l-operazzjoni tal-Barcelona Europe South Terminal fil-Port ta’ Barċellona.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11811 — TIL / HUTCHISON PORTS / TERCAT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6346/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)