European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6662

19.12.2025

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6662)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2025) 8315

12 ta’ Diċembru 2025

triossidu tal-kromu (Nru EC 215-607-8; Nru CAS 1333-82-0)

Poligalvanica S.a.s, Via Zanardelli, 86, 25013, Carpenedolo, BS, l-Italja

REACH/25/44/0

Kromatura funzjonali b’karattru dekorattiv ta’ sottostrati differenti tal-metall bl-għan li jinħoloq wiċċ b’durabbiltà għolja li jservi fit-tul b’dehra tleqq jew matta għall-applikazzjonijiet idro-termo-sanitarji u apparati tas-sikurezza, fis-settur mediku, industrijali u sanitarju

it-22 ta’ Mejju 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6662/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)