|
13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 445/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2191
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ pjanti tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz huwa ikel ġdid iddefinit fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 (2) jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi dwar ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(4) |
Fis-7 ta’ Settembru 2020, il-kumpanija GreenOnyx Ltd. (“l-applikant”) ressqet notifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tqiegħed fis-suq tal-Unjoni pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u tal-Wolffia globosa bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab biex il-pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u tal-Wolffia globosa jintużaw bħala tali mill-popolazzjoni inġenerali. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2468, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-applikant fir-rigward tar-rekwiżiti għall-validità tan-notifika. L-informazzjoni mitluba ġiet sottomessa fis-16 ta’ Ottubru 2020. |
|
(6) |
Id-data ppreżentata mill-applikant turi li pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa bħala tali għandhom storja ta’ użu sikur bħala ikel fix-Xlokk tal-Asja, b’mod partikolari fil-Laos, fil-Myanmar u fit-Tajlandja. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fl-20 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni bagħtet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(8) |
L-ebda oġġezzjoni debitament motivata b’rabta mas-sikurezza għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa ma tressqet lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu ta’ erba’ xhur stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(9) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2021, l-Awtorità ppubblikat ir-Rapport Tekniku dwar in-notifika ta’ pjanti friski tal-Wolffia arrhizau tal-Wolffia globosa bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283 (4). L-Awtorità kkonkludiet li d-data disponibbli dwar il-kompożizzjoni u l-istorja tal-użu tal-pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u tal-Wolffia globosa u d-data pprovduta dwar l-ikel tradizzjonali kkultivat fil-kundizzjonijiet tal-biedja vertikali kif deskritt fin-notifika ma jqajmu l-ebda tħassib dwar is-sikurezza. |
|
(10) |
F’dak ir-rapport, l-Awtorità nnutat li s-sikurezza tal-pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u tal-Wolffia globosa hija influwenzata ħafna mill-kundizzjonijiet ambjentali tal-ilmijiet fejn jitkabbru dawn il-pjanti. Għalhekk, il-preżenza ta’ metalli tqal u ta’ mikroċistini f’dawn il-pjanti friski ma tistax tiġi eskluża. Barra minn hekk, ċerti livelli ta’ xi mikroelementi li jinsabu fihom, bħar-ram, il-molibdenu, iż-żingu, il-boron u l-manganiż, li jistgħu jkunu kkawżati mill-użu ta’ fertilizzanti fil-kultivazzjoni ta’ pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u tal-Wolffia globosa, jistgħu jkunu ta’ tħassib għas-sikurezza tas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ metalli tqal, mikroċistini, ram, molibdenu, żingu, boron u manganiż fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ dan l-ikel tradizzjonali fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa bħala tali u li taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat skont dan. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-pjanti friski tal-Wolffia arrhiza u/jew tal-Wolffia globosa, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu inklużi bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 55).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(4) EFSA Supporting Publications, https://doi.org/10.2903/sp.efsa.2021.EN-6658
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat):
|
||||||||||||
|
(2) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet):
|
||||||||
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).”