Official Journal L 146 , 11/06/1999 P. 0031 - 0032
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/56/KE tat-3 ta' Ġunju 1999 li tadatta d-Direttiva ta' Kunsill 78/933/KEE dwar l-istallazzjoni ta' dawl u ta' mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (Test b'relevanza għall-Ftehim ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE tas-17 ta' Ottobru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-istallazzjoni ta' dawl u ta' mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE, u b'mod partikolari Artikoli 5 tagħha, (1) Billi, sabiex titejjeb is-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif għandhom jiġu installati mezzi għas-sinjalizzazzjoni bid-dawl; (2) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit b'Artikolu 12 tad-Direttiva 74/150/KEE, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 78/933/KEE jinbidlu hawnhekk skond l-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Mill-1 ta' Lulju 1989, l-Istati Membri ma jistgħux: - jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni ta' tip KEE, li joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni ta' tip nazzjonali, dwar tip ta' trattur, jew - iwaqqfu id-dħul fis-servizz ta' tratturi, jekk it-tratturi involuti jħarsu r-rekwiżiti tad-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva. 2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri: - ma jistgħux aktar joħorġu d-dokument li għalih jipprovdi t-tielet indent ta' Artikolu 10(1) ta' Direttiva 74/150/KEE fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti ta' d-Direttiva 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta' tip ta' trattur li ma jħarisx ir-rekwiżiti tad-Direttivi 78/933/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2000. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir dik ir-referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Ġunju 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. [2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24. [3] ĠU L 325, ta' l-20.11.1978, p. 16. -------------------------------------------------- ANNESS L-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 78/64/KEE huma hawnhekk emendati kif ġej: 1. Anness I huwa emendat kif ġej: (a)fil-parti 3.13:—kull referenza għal "isfar selettiv" hija mħassra,—fid-disa' indent, il-bqija tas-sentenza wara l-kelma "abjad" hija mħassra,—l-aħħar paragrafu huwa mħassar; (b) il-parti 4.2.4.2.2 hija sostitwita b'dan li ġej: "4.2.4.2.2 fil-każ ta' tratturi mgħammra biex jitwaħħal magħhom apparat li jista' jinġarr fuq quddiem, żewġ fanali dipped-beam b'żieda mal-fanali msemmija f'4.2.4.2.1 għandu jkun permess f'għoli li ma jeċċedix it-3000 mm, jekk il-konnessjonijiet elettriċi jkunu tali li żewġ pari ta' fanali dipped-beam ma jistgħux jinxtegħlu fl-istess ħin."; (ċ) fil-parti 4.7.1 , "Bl-għażla" hija sostitwita bi "Mandatorja"; (d) fil-parti 4.9.4.2 , "2100 mm"hija sostitwita bi "2300 mm"; 2. Anness II huwa emendat kif ġej: (a)wara t-titolu, it-test li jaqra:"Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija b'veloċita massima skond id-disinn ta' bejn 6 u 25 km/siegħa" huwa sostitwit bit-test li ġej:"Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija." (b) fl-aħħar tan-nota f’qiegħ il-paġna (1). "b""veloċità massima skond id-disinn ta' bejn 6 u 25 km/siegħa" hija mħassra. --------------------------------------------------