2003D0548 — MT — 18.01.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Lulju 2003

dwar is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tas-Servizz Universali

(2003/548/KE)

(ĠU L 186, 25.7.2003, p.43)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2007

  L 15

32

18.1.2008




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Lulju 2003

dwar is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tas-Servizz Universali

(2003/548/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva tas-Servizz Universali) ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18(3) tad-Direttiva tas-Servizz Universali jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati li għandu jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bħala parti mil-lista ta’ standards imsemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) ( 2 ).

(2)

Is-sett minimu ta’ linji mikrija ġie definit fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 92/44/KEE tal-5 ta’ Ġunju 1992 dwar l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ network miftuħ (ONP) għal linji mikrija ( 3 ), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/80/KE ( 4 ). Dik id-Direttiva ġiet revokata b’effett mill-25 ta’ Lulju 2003 bid-Direttiva Kwadru.

(3)

Din id-Deċiżjoni tipprovdi kontinwità tal-bażi legali għas-sett minimu ta’ linji mikrija, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti fid-Direttiva Kwadru u d-Direttiva tas-Servizz Universali. Is-sett minimu ta’ linji mikrija f’din id-Deċiżjoni huwa l-istess bħal dak tad-Direttiva 92/44/KEE, għajr li r-referenzi għall-Istandards Ewropej tat-Telekomunikazzjonijiet (ETS) ġew sostitwiti bir-referenzi għall-Istandards Ewropej (EN), kif miftehma mill-Istitut ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet fl-2001. Iżda, linji mikrija li jikkonformaw ma’ l-istandards ta’ l-ETS preċedenti għandhom ikomplu jitqiesu bi qbil mal-ħtiġiet għas-sett minimu ta’ linji mikrija.

(4)

Din id-Deċiżjoni tidentifika s-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi u standards assoċjati armonizzati u tifforma parti integrali mil-lista ta’ standards ippubblikata skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva Kwadru 2002/21/KE. Il-verżjoni preżenti tal-lista ta’ standards, li fiha dispożizzjonijiet volontarji biss, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’Diċembru 2002 ( 5 ). Għal raġunijiet ta’ differenzi fil-proċedura u fl-effett legali, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-kapitoli tal-lista ta’ standards li tinkludi dispożizzjonijiet obbligatorji f’din id-Deċiżjoni u dawk il-kapitoli li jinkludu biss dispożizzjonijiet voluntarji.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:



Artikolu waħdieni

Is-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati huwa stabbilit fl-Anness.




L-ANNESS

LISTA TA’ STANDARDS U/JEW SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL NETWORKS TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI, SERVIZZI U FAĊILITAJIET ASSOĊJATI U SERVIZZI

Parti obbligatorja

Identifikazzjoni tas-sett minimu ta’ linji mikrija

1.   Skop

Din il-pubblikazzjoni tidentifika s-sett minimu ta’ linji mikrija b’karatteristiċi armonizzati u standards assoċjati previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva tas-Servizz Universali).

Din il-lista tifforma parti mil-lista ta’ standards prevista fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

Din il-pubblikazzjoni hija b’żjieda għal-lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi u faċilitajiet assoċjati u servizzi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej f’Diċembru 2002 ( 6 ).

2.   Standards tekniċi

L-istandards imsemmija f’din il-pubblikazzjoni huma prodotti ta’ l-ETSI taħt in-nomenklatura ETSI preżenti. Skond id-“Direttivi ta’ l-ETSI” ( 7 ), dawn il-prodotti huma definiti kif ġej:

Standard Ewropew (serje tat-telekomunikazzjonijiet), EN: Prodott ta’ l-ETSI li jkun fih dispożizzjonijiet normattivi, approvat għall-pubblikazzjoni fi proċess li jinvolvi l-Organizzazzjonijiet ta’ l-iStandards Nazzjonali u/jew Delegazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-ETSI b’implikazzjonijiet dwar standstill u trasposizzjoni nazzjonali.

Standard armonizzat: EN (serje tat-telekomunikazzjonijiet) li l-abbozz tagħha ġie fdat lill-ETSI b’mandat mill-Kummissjoni Ewropea skond id-Direttiva 98/48/KE (l-aħħar emenda għad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE) u ġiet abbozzata filwaqt li ġew ikkunsidrati l-ħtiġiet essenzjali applikabbli tad-Direttiva ta’ “Approċċ Ġdid” u li r-referenza tagħha ġiet sussegwentament imħabbra fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-verżjoni ta’ l-istandards prevista f’din il-lista hija l-verżjoni valida fil-ħin li l-lista hija ppubblikata.

3.   Indirizzi minn fejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti li hemm referenza għalihom

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ta’ l-ETSI ( 8 )



Indirizz postali:

F-06921 Sophia Antipolis Cedex France

Telefon:

(0033) 4 9294 4241

(0033) 4 9294 4258

Fax

(0033) 4 9395 8133

E-mail:

publications@etsi.fr

web site:

http://www.etsi.fr

4.   Referenzi għal-leġislazzjoni ta’ l-UE

Il-lista tirreferi għad-dokumenti leġislattivi li ġejjin li jistgħu jinkisbu minn fuq http://europa.eu.int/information_society/topics/telecoms/regulatory/index_en.htm

— Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva kwadru) (ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 33).

— Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għal networks u servizzi elettroniċi tal-komunikazzjonijiet (Direttiva tas-Servizz Universali) (ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 51).

▼M1 —————



( 1 ) ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 51.

( 2 ) ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 33.

( 3 ) ĠU L 165, tad-19.6.1992, p. 27.

( 4 ) ĠU L 14, ta’ l-20.1.1998, p. 27.

( 5 ) ĠU C 331, tal-31.12.2002, p. 32.

( 6 ) ĠU C 331, tal-31.12.2002, p. 32.

( 7 ) Disponibbli fuq http://portal.etsi.org/directives.

( 8 ) Dokumenti ta’ l-ETSI jistgħu jiġu downloaded mill-ETSI Publications Download Area (http://pda.etsi.org/pda/queryform.asp).