Official Journal L 246 , 08/09/1978 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0034
Greek special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0079
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0034
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0123
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 2 P. 0123
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2116/78 tas-7 ta' Settembru 1978 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2598/70 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) ta' dan, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70 tat-18 ta' Diċembru 1970 li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1108/70 ta' l-4 ta' Ġunju 1970 [2], Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet murija mill-membri tal-Kumitat ta' Esperti tal-Gvern, Billi t-tipi ta' spiża li għandhom x'jaqsmu ma' infrastrutturi tal-ferroviji għandhom jiġu speċifikati sabiex it-total ta' dawn l-ispejjeż kif ukoll dik il-parti li taqa' fuq l-impriżi tal-ferroviji ikun jista' jiġi vverifikat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu Waħdieni L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2598/70 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Settembru 1978. Għall-Kummissjoni Richard Burke Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 4. [2] ĠU L 278, tat-23.12.1970, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2598/70 A. OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI "Fil-każ tal-ferroviji, l-ammonti mnaqqsa għandhom jintwerew separatament. Dawn l-amonti jista' jkollhom x'jaqsmu partikolarment mal-kumpens riċevut fir-rigward ta': - spiża ta' infrastruttura (Regolament (KEE) Nru 1107/70 [1], l-Artikolu 3(1) (b)), - ħlasijiet fir-rigward ta' irtirar u pensjonijiet oħrajn (Regolament (KEE) Nru 1192/69 [2], l-Artikolu 4(1)(ċ), Klassi III)." [1] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1. [2] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 8. --------------------------------------------------