European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4378

9.9.2025

P10_TA(2025)0047

L-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi u t-titjib tal-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tas-sustanzi kimiċi

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-1 ta' April 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 401/2009, (UE) 2017/745 u (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi u t-titjib tal-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tas-sustanzi kimiċi (COM(2023)0783 – C9-0447/2023 – 2023/0455(COD))  (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/4378)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

B’mod korrispondenti, dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza d-diverġenza eventwali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u dawk ta’ aġenziji oħrajn tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill diġà fih dispożizzjonijiet li jistabbilixxu proċedura biex jiġu solvuti opinjonijiet xjentifiċi diverġenti. Dawk il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jissaħħu, fis-sens li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-aġenzija l-oħra li ma taqbilx jenħtieġ li jkunu marbuta li jagħmlu l-aħjar sforz tagħhom biex isolvu d-diverġenza dwar kwistjonijiet xjentifiċi ġenerali, u biss meta ma jkunux jistgħu jsolvu d-diverġenza, jenħtieġ li jirreferu għall-maniġers tar-riskju.

(8)

B’mod korrispondenti, dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza d-diverġenza eventwali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u dawk ta’ aġenziji oħrajn tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill diġà fih dispożizzjonijiet li jistabbilixxu proċedura biex jiġu solvuti opinjonijiet xjentifiċi diverġenti. Dawk il-proċeduri ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jissaħħu, fis-sens li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-aġenzija l-oħra li ma taqbilx jenħtieġ li jkunu marbuta li jagħmlu l-aħjar sforz tagħhom biex isolvu d-diverġenza dwar kwistjonijiet xjentifiċi ġenerali . Id-differenzi fil-metodoloġiji ta’ valutazzjoni li jirriżultaw f’opinjonijiet diverġenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, jenħtieġ li jiġu ġġustifikati kif xieraq. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-opinjoni l-aktar protettiva biex jiġu ssalvagwardjati l-gruppi vulnerabbli. Huwa biss meta ma jkunux jistgħu jsolvu d-diverġenza, li jenħtieġ li jirreferu għall-maniġers tar-riskju.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Fil-każ aktar speċifiku ta’ diverġenza xjentifika relatata mal-identifikazzjoni tal-periklu ta’ sustanzi kimiċi, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ġdida li tippermetti r-riżoluzzjoni tad-diverġenza. Din il-proċedura jenħtieġ li tippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, bħala l-aġenzija tal-Unjoni l-aktar mgħammra b’għarfien espert u kapaċità fil-valutazzjoni tal-perikli, kif ukoll esperjenza fit-tul bil-proċess armonizzat ta’ klassifikazzjoni u tikkettar, biex tiżviluppa proposta għal klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, eqreb lejn il-viżjoni ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” fir-rigward tal-uniformità tal-valutazzjonijiet tal-perikli tas-sustanzi kimiċi fl-Unjoni kollha. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tiġi riflessa fid-dispożizzjoni rilevanti li tipprevedi r-riżoluzzjoni ta’ opinjonijiet xjentifiċi diverġenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(9)

Fil-każ aktar speċifiku ta’ diverġenza xjentifika relatata mal-identifikazzjoni tal-periklu ta’ sustanzi kimiċi, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ġdida li tippermetti r-riżoluzzjoni tad-diverġenza. Din il-proċedura jenħtieġ li tippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, bħala l-aġenzija tal-Unjoni l-aktar mgħammra b’għarfien espert u kapaċità fil-valutazzjoni tal-perikli, kif ukoll esperjenza fit-tul bil-proċess armonizzat ta’ klassifikazzjoni u tikkettar, biex tiżviluppa proposta għal klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, eqreb lejn il-viżjoni ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” fir-rigward tal-uniformità tal-valutazzjonijiet tal-perikli tas-sustanzi kimiċi fl-Unjoni kollha , li ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent . Din il-possibbiltà jenħtieġ li tiġi riflessa fid-dispożizzjoni rilevanti li tipprevedi r-riżoluzzjoni ta’ opinjonijiet xjentifiċi diverġenti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Dan ir-Regolament jespandi l-kompiti, l-ammont ta’ xogħol u l-mandat tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Sabiex jiġu pprovduti għarfien espert adegwat, appoġġ u evalwazzjonijiet xjentifiċi bir-reqqa, jenħtieġ li jiġu żgurati riżorsi, kapaċità u governanza xierqa u stabbli tal-kumitati xjentifiċi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li timmonitorja regolarment il-ħtiġijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, u lill-Aġenzija tipprovdilha riżorsi suffiċjenti u stabbli.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Awtorità tidentifika sors potenzjali ta’ diverġenza, għandha tagħmel kuntatt mal-korp ikkonċernat sabiex tiżgura li tiġi kondiviża l-informazzjoni xjentifika jew teknika rilevanti kollha u sabiex tidentifika kwistjonijiet xjentifiċi jew tekniċi potenzjalment kontenzjużi.

Meta l-Awtorità tidentifika sors potenzjali ta’ diverġenza, għandha tagħmel kuntatt mal-korp ikkonċernat sabiex tiżgura li tiġi kondiviża l-informazzjoni xjentifika jew teknika rilevanti kollha u sabiex tidentifika kwistjonijiet xjentifiċi jew tekniċi potenzjalment kontenzjużi. Id-differenzi fil-metodoloġiji tal-valutazzjoni li jirriżultaw f’opinjonijiet diverġenti għandhom jiġu ġġustifikati kif xieraq, speċjalment fir-rigward tal-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità u l-korp ikkonċernat għandhom jikkooperaw biex isolvu d-diverġenza. Jekk l-Awtorità u l-korp ikkonċernat ma jkunux jistgħu jsolvu d-diverġenza, huma għandhom ifasslu rapport konġunt. Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod ċar il-kwistjonijiet xjentifiċi kontenzjużi u jidentifika l-inċertezzi rilevanti fid-data u jsir disponibbli għall-pubbliku.

L-Awtorità u l-korp ikkonċernat għandhom jikkooperaw biex isolvu d-diverġenza , bl-għan li jiżguraw l-ogħla livell ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. Għandha tingħata prijorità lill-opinjoni li toffri l-ogħla livell ta’ protezzjoni sabiex jiġu ssalvagwardjati l-gruppi l-aktar vulnerabbli . Jekk l-Awtorità u l-korp ikkonċernat ma jkunux jistgħu jsolvu d-diverġenza, huma għandhom ifasslu rapport konġunt. Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod ċar il-kwistjonijiet xjentifiċi kontenzjużi , jidentifika l-inċertezzi rilevanti fid-data u l-kawżi possibbli għall-opinjonijiet diverġenti, inkluż dwar id-differenzi metodoloġiċi, u jsir disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 30 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.

Fejn tkun ġiet identifikata diverġenza sostantiva dwar kwistjonijiet xjentifiċi u l-korp inkwistjoni jkun korp ta’ Stat Membru, l-Awtorità u l-korp nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jikkooperaw bil-ħsieb li jew isolvu d-diverġenza jew iħejju dokument konġunt li jiċċara l-kwistjonijiet xjentifiċi kontenzjużi u jidentifika l-inċertezzi rilevanti fid-data. Dak id-dokument għandu jsir pubbliku.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.

F’każijiet fejn tiġi identifikata diverġenza, u l-Awtorità titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtorità l-oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, il-perjodu li fih l-awtoritajiet rilevanti huma meħtieġa jadottaw l-output rispettiv tagħhom, jew l-output konġunt imsemmi fil-paragrafu 2, jista’ jiġi estiż. Wara konsultazzjoni mal-korp ikkonċernat, l-Awtorità għandha tistabbilixxi perjodu li fih dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tinforma lill-Kummissjoni biż-żmien addizzjonali meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operaturi tan-negozju u lill-Istati Membri kkonċernati dwar l-estensjoni.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) 2017/745

Anness I – Taqsima 10.4.1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

sustanzi li huma identifikati bħala interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem, tal-Kategorija 1, f’konformità mal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u sustanzi li jkollhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli għas-saħħa tal-bniedem u li huma identifikati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew sustanzi li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali rilevanti għas-saħħa tal-bniedem identifikati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(b)

sustanzi li huma klassifikati bħala interferenti endokrinali għas-saħħa tal-bniedem, tal-Kategorija 1, f’konformità mal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u sustanzi li jkollhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli għas-saħħa tal-bniedem u li huma identifikati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew sustanzi li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali rilevanti għas-saħħa tal-bniedem identifikati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) 2019/1021

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kif xieraq, informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-iskart li jikkonsisti minn, li fih jew li huwa kkontaminat bil-POPs, inklużi l-impatti fuq l-immaniġġar tal-iskart;

(a)

informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-iskart li jikkonsisti minn, li fih jew li huwa kkontaminat bil-POPs, inklużi l-impatti fuq l-immaniġġar tal-iskart;

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) 2019/1021

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Malli tirċievi t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu , il-punt (i), l-Aġenzija għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż li se jitħejja rapport dwar emenda possibbli tal-Anness IV jew V li jistieden lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi tal-iskart u l-utenti ta’ materjali rriċiklati, biex jissottomettu kummenti fi żmien 8 ġimgħat. L-Aġenzija għandha tippubblika dawk il-kummenti fuq is-sit web tagħha.

Malli tirċievi t-talba msemmija fl-Artikolu 8(1) , il-punt (i), l-Aġenzija għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż li se jitħejja rapport dwar emenda possibbli tal-Anness IV jew V li jistieden lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi tal-iskart u l-utenti ta’ materjali rriċiklati, biex jissottomettu kummenti fi żmien 8 ġimgħat. L-Aġenzija għandha tippubblika dawk il-kummenti fuq is-sit web tagħha.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) 2019/1021

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn 9 xhur wara s-sottomissjoni ta’ dak ir-rapport , il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija, stabbilit skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jadotta opinjoni dwar ir-rapport u dwar il-valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni proposti fih. Għall-fini tal-adozzjoni ta’ opinjoni dwar ir-rapport, l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu japplika mutatis mutandis.

Mhux aktar tard minn 9 xhur wara s-sottomissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 8(1), il-punt (i) , il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija, stabbilit skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jadotta opinjoni dwar ir-rapport u dwar il-valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni proposti fih. Għall-fini tal-adozzjoni ta’ opinjoni dwar ir-rapport, l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) 2019/1021

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħabiex li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18, li temenda l-Annessi IV u V tadattahom għall-bidliet fil-lista ta’ sustanzi stabbiliti fl-Annessi tal-Konvenzjoni jew tal-Protokoll jew biex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18, li temenda l-Annessi IV u V biex tadattahom għall-bidliet fil-lista ta’ sustanzi stabbiliti fl-Annessi I, II jew III tar-Regolament (UE) 2019/1021, jew l-Annessi tal-Konvenzjoni jew tal-Protokoll jew li tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“ 2a.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni rigward ir-riżorsi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-kompiti, l-ammont ta’ xogħol u l-mandat tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u tippreżenta, fejn meħtieġ, proposta leġiżlattiva biex tirrifletti kwalunkwe ħtieġa tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li tirriżulta minn kompiti introdotti minn dan ir-Regolament u biex ittejjeb il-governanza tal-kumitati xjentifiċi tagħha. ”

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (UE) 2019/1021

Artikolu 18b – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.

Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 10(2) u 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. “ .

6.

Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 10(2) u 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill” .

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – Tabella 1 – Ringiela 5

Test fis-seħħ

Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta’ katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1 500  mg/kg

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, għandha tadotta proposta leġislattiva biex dak il-valur jitbaxxa mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027 .


Emenda

(ca)

Fl-Anness IV, it-Tabella 1, ir-Ringiela 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta’ katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1 500  mg/kg

Sat-30 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 15(2) biex tbaxxi dak il-valur.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cb (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – Tabella 1 – Ringiela 12

Test fis-seħħ

Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)

 

 

5 μg/kg

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tbaxxi dak il-valur , fejn dan it-tnaqqis ikun fattibbli u f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku, mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027 .


Emenda

(cb)

Fl-Anness IV, it-Tabella 1, ir-Ringiela 12 hija sostitwita b’dan li ġej:

Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)

 

 

5 μg/kg

Sat-30 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 15(2) biex tbaxxi dak il-valur.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cc (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – Tabella 1 – Ringiela 27

Test fis-seħħ

Eżabromoċiklododekan (2)

25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8

247-148-4 221-695-9

500 mg/kg

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, għandha tadotta proposta leġislattiva biex tbaxxi dak il-valur għal mhux aktar tard minn 200 mg/kg mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027 .

 

 

 

 


Emenda

(cc)

Fl-Anness IV, it-Tabella 1, ir-Ringiela 27 hija sostitwita b’dan li ġej:

Eżabromoċiklododekan (3)

25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8

247-148-4 221-695-9

500 mg/kg

Sat-30 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 15(2) biex tbaxxi dak il-valur għal mhux aktar minn 200 mg/kg.

 

 

 

 

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cd (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – Tabella 1 – Ringiela 30

Test fis-seħħ

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, kif stabbilit fl-Anness I

335-67-1 u oħrajn

206-397-9 u oħrajn

1 mg/kg

(PFOA u l-imlieħ tiegħu),

40 mg/kg

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFOA)

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tbaxxi dak il-valur , fejn dan it-tnaqqis ikun fattibbli u f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku, mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027 .


Emenda

(cd)

Fl-Anness IV, it-Tabella 1, ir-Ringiela 30 hija sostitwita b’dan li ġej:

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, kif stabbilit fl-Anness I

335-67-1 u oħrajn

206-397-9 u oħrajn

1 mg/kg

(PFOA u l-imlieħ tiegħu),

40 mg/kg

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFOA)

Sat-30 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 15(2) biex tbaxxi dak il-valur.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 4– paragrafu 1 – punt 5 – punt ce (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – Tabella 1 – Ringiela 31

Test fis-seħħ

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS

355-46-4 u oħrajn

206-587-1 u oħrajn

1 mg/kg

(PFHxS u l-imlieħ tiegħu), 40 mg/kg

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFHxS)

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tbaxxi dak il-valur , fejn dan it-tnaqqis ikun fattibbli u f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku, mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027 .


Emenda

(ce)

Fl-Anness IV, it-Tabella 1, ir-Ringiela 31 hija sostitwita b’dan li ġej:

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS

355-46-4 u oħrajn

206-587-1 u oħrajn

1 mg/kg

(PFHxS u l-imlieħ tiegħu), 40 mg/kg

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFHxS)

Sat-30 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 15(2) biex tbaxxi dak il-valur.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu (A10-0020/2025).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ( ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1 ).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(2)   “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan.

(3)   “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4378/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)