31.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/844

tat-30 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1) u 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) fiha żball fl-Anness I (Part-FCL), is-Subparti A, il-punt FCL.010, peress li ntuża terminu mhux korrett għal wieħed mill-kunċetti definiti f’dak il-punt. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza tad-dispożizzjonijiet meta jintuża t-terminu rilevanti.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fiha żball minuri addizzjonali fl-Anness I, l-Appendiċi 5, il-punt 14c “Fażi 3 – Taħriġ Intermedju”, l-ewwel inċiż, fir-rigward tat-terminu mhux korrett użat fid-definizzjoni.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat previst fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).