Brussell, 10.2.2025

COM(2025) 49 final

2025/0027(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (“il-Kumitat għall-Kummerċ”) b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ deċiżjoni biex jiġi modifikat l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) dwar l-approssimazzjoni regolatorja. Abbażi ta’ valutazzjonijiet u monitoraġġ regolari skont l-Appendiċi XVII-6 u l-valutazzjoni li għaddejja bħalissa skont l-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII tal-Ftehim, kif ukoll filwaqt li jitqies l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna, il-modifiki proposti għandhom l-għan li (i) jiċċaraw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, (ii) jippermettu lill-Ukrajna żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ tliet dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 , (iii) jipprovdu skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna, (iv) jipprovdu l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rata ta’ terminazzjoni ġdida tal-Unjoni stabbilita wara deċiżjoni eventwali li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming lill-Ukrajna, u (v) jiżguraw il-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna, fid-dawl ta’ diskrepanzi testwali.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

Il-Ftehim għandu l-għan li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali aħjar li jwasslu għall-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-Suq Intern tal-Unjoni, inkluż billi jistabbilixxi Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva kif stipulat fit-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim, u li jappoġġa l-isforzi tal-Ukrajna biex tlesti t-tranżizzjoni lejn ekonomija tas-suq li tiffunzjona permezz ta’, fost oħrajn, l-approssimazzjoni progressiva tal-leġiżlazzjoni tagħha ma’ dik tal-Unjoni. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017. Minn dak iż-żmien, l-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fir-rigward tas-settur tar-roaming fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi tibbenefika mit-trattament tas-suq intern għall-fini tas-servizzi tar-roaming. L-għoti ta’ trattament tas-suq intern jirrikjedi l-approssimazzjoni mal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming u l-promulgazzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu fil-liġi tal-Ukrajna.

2.2.Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ

Skont l-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, il-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim għandhom jiġu indirizzati fil-Kumitat għall-Kummerċ. Skont l-Artikolu 11 tal-Anness XVII tal-Ftehim, dan il-Kumitat jista’ jieħu deċiżjoni biex jiġi modifikat l-Anness XVII. Skont l-Artikolu 465(3), dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq il-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwettquhom. Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet.

2.3.L-att previst tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ

Il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta deċiżjoni biex tiġi modifikata l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII dwar l-approssimazzjoni regolatorja (“l-att previst”).

L-għan tal-att previst huwa li jimmodifika l-Appendiċi msemmi hawn fuq tal-Anness XVII tal-Ftehim sabiex: (i) jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, (ii) l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ tliet dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972, parti mill-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, (iii) tiġi pprovduta skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna, (iv) tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rata ta’ terminazzjoni ġdida tal-Unjoni stabbilita wara deċiżjoni eventwali li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming lill-Ukrajna, u (v) tiġi żgurata l-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna, fid-dawl ta’ diskrepanzi testwali. Dan jikkonforma mal-objettiv tal-approssimazzjoni regolatorja gradwali tal-Ukrajna mal-acquis tal-Unjoni kif stabbilit fil-preambolu tal-Ftehim u fl-Artikolu 124 tal-Ftehim, li jikkonċerna speċifikament l-approssimazzjoni regolatorja fil-komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-att previst isir vinkolanti fuq il-partijiet f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Anness XVII tal-Ftehim, li jipprevedi li: “Il-Kumitat għall-Kummerċ jista’ jiddeċiedi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet tal-Anness XVII, f’każ li jqis li dan ikun neċessarju”. Barra minn hekk, l-Artikolu 465(3) tal-Ftehim jipprevedi li: “Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim u f’oqsma li fihom il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħat lilu. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex iwettquhom. Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet”. 

3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni hija li tappoġġa l-adozzjoni tal-att previst mill-Kumitat għall-Kummerċ.

L-Anness XVII tal-Ftehim jipprevedi approssimazzjoni regolari bejn il-Partijiet f’diversi setturi, inklużi s-servizzi ta’ telekomunikazzjoni. Ladarba tiġi ssodisfata l-approssimazzjoni gradwalment estiża lill-elementi kollha tal-acquis tal-Unjoni msemmija fl-Appendiċi XVII-3, l-approssimazzjoni tista’ twassal għall-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-suq intern tal-Unjoni, permezz tal-għoti reċiproku ta’ trattament tas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim. L-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fil-qasam tar-roaming. Id-Deċiżjoni 1/2023 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ kienet ikkomplementat l-Appendiċi XVII-3 tal-Ftehim bl-atti rilevanti relatati mar-roaming. Fis-7 ta’ Novembru 2024, l-Ukrajna nnotifikat lill-Unjoni li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-promulgazzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni u talbet valutazzjoni komprensiva. Abbażi ta’ valutazzjonijiet u monitoraġġ regolari u l-valutazzjoni li għaddejja bħalissa skont l-Artikolu 4(2) tal-Anness XVII tal-Ftehim u filwaqt li jitqies l-impatt tal-aggressjoni li għaddejja bħalissa tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti adattamenti speċifiċi addizzjonali għall-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 u li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta ċerti dispożizzjonijiet, mingħajr ma tipposponi l-possibbiltà ta’ deċiżjoni eventwali mill-Kumitat għall-Kummerċ li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming skont l-Artikolu 4(3) tal-Anness XVII tal-Ftehim, kif ukoll li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għal ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi u tiġi stabbilita skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972.

F’dan l-isfond, il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) hija meħtieġa biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming. Ċerti dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming 2 mhumiex rilevanti għal deċiżjoni li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming minħabba li, pereżempju, huma dispożizzjonijiet mhux relatati mar-roaming, jew li qed jistabbilixxu obbligi esklużivament għall-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-traspożizzjoni bil-ħsieb ta’ deċiżjoni eventwali ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming. Huwa importanti li jissemma’ li, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ applikabbiltà ġenerali tiegħu lil hinn mis-sottosettur tar-roaming, bil-ħsieb ta’ deċiżjoni eventwali ta’ trattament tas-suq intern għas-settur tat-telekomunikazzjoni, it-test sħiħ tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jibqa’ rilevanti għat-traspożizzjoni.

Minħabba raġunijiet oġġettivi li jaffettwaw il-kapaċità tal-Ukrajna li tgħaddi minn proċessi ta’ adozzjoni tal-liġi taħt ċirkostanzi normali, jeħtieġ li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ tliet dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2018/1972, parti mill-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming. Dawn huma l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(1), u l-Artikolu 30(6) tad-Direttiva (UE) 2018/1972. Il-posponiment tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma jdgħajjifx l-objettivi segwiti minn deċiżjoni eventwali ta’ trattament tas-suq intern għar-roaming.

Jeħtieġ ukoll li tiġi pprovduta skeda ta’ żmien ġdida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 mill-Ukrajna peress li dik preċedenti skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2024.

Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rata ta’ terminazzjoni ġdida tal-Unjoni stabbilita wara deċiżjoni eventwali li jingħata trattament tas-suq intern għar-roaming lill-Ukrajna. Din hija maħsuba biex jiġi żgurat l-istess kundizzjonijiet ekwi bejn l-Unjoni u l-impriżi bbażati fl-Ukrajna li jfornu servizzi tar-roaming internazzjonali regolati.

Fl-aħħar nett, l-approċċ adottat mill-Ukrajna fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni skont il-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 wassal għal ċerti diskrepanzi testwali bejn ir-Regolamenti tal-Unjoni u l-atti li jinkorporawhom. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi żgurata l-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.

Din id-deċiżjoni timplimenta l-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni fir-rigward ta’ Pajjiż Sieħeb tal-Lvant u pajjiż kandidat, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni msemmi hawn fuq. Hija konsistenti mal-objettiv tal-approssimazzjoni regolatorja gradwali tal-Ukrajna mal-acquis tal-Unjoni kif stabbilit fil-preambolu tal-Ftehim.

4.Bażi legali

4.1.Bażi legali proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw il-korp inkwistjoni. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni” 3 .

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kumitat għall-Kummerċ huwa korp stabbilit permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni li se jadotta l-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-kummerċ, tikkostitwixxi atti li għandhom effetti legali. L-att previst ikun vinkolanti skont id-dritt internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 465(3) tal-Ftehim. L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim. Għalhekk, il-bażi legali proċedurali għad-deċiżjoni proposta tal-Kunsill hija l-Artikolu 218(9) TFUE.

4.2.Bażi legali sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi legali sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u l-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst isegwi żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun identifikabbli bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) TFUE trid tissejjes fuq bażi legali sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

L-Artikolu 207 TFUE huwa l-bażi legali għall-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) TFUE jipprevedi l-bażi legali għall-kummerċ fis-servizzi, bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport, fir-rigward ta’ pajjiżi terzi inklużi stipulazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-qafas regolatorju għall-provvista ta’ tali servizzi.

L-objettiv u l-kontenut ewlenin tal-att previst huma relatati mal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni minħabba li l-att jikkonċerna l-kummerċ fis-servizzi ta’ telekomunikazzjoni mal-Ukrajna. Għalhekk, il-bażi legali sostantiva għad-deċiżjoni tal-Kunsill proposta hija l-Artikolu 207 TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi legali tad-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill għandha tkun l-Artikolu 207 TFUE flimkien mal-Artikolu 218(9) TFUE.

5.Pubblikazzjoni tal-att previst

Billi d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni se temenda l-Ftehim, huwa xieraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

2025/0027 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, rigward il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra 4 (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)Skont l-Artikolu 11 tal-Anness XVII tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ jista’ jimmodifika l-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim.

(3)Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jenħtieġ li jadotta l-att previst dwar il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) matul l-2025.

(4)Kif iddikjarat fil-preambolu tal-Ftehim u f’konformità mal-Artikolu 124 tal-Ftehim, il-partijiet għall-Ftehim jirrikonoxxu l-importanza tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Ukrajna ma’ dik tal-Unjoni Ewropea, li jfisser li l-Ukrajna għandha tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti u l-leġiżlazzjoni futura tal-Ukrajna jenħtieġ li gradwalment isiru kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni.

(5)L-Ukrajna talbet aktar integrazzjoni fir-rigward tas-settur tar-roaming fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari billi tibbenefika mit-trattament tas-suq intern għall-fini tas-servizzi tar-roaming.

(6)Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim tiġi modifikata sabiex tadatta għal ċirkostanzi ġodda u tiżgura ċ-ċertezza legali.

(7) Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema dispożizzjonijiet huma rilevanti għal dan l-għan. Fid-dawl tad-diffikultajiet partikolari li qed tiffaċċja, bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa, jenħtieġ li l-Ukrajna tingħata żmien addizzjonali biex timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, fejn xieraq. Minħabba l-iskadenza tal-iskeda ta’ żmien tagħha tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 , jenħtieġ li l-Ukrajna tiġi pprovduta skeda ta’ żmien ġdida f’dan ir-rigward. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-reċiproċità għal kwalunkwe tariffa medja tar-roaming bl-ingrossa jew rati ta’ terminazzjoni ġodda tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu pprovduti regoli speċifiċi. Bil-ħsieb tad-diskrepanzi testwali eżistenti, jenħtieġ li tiġi żgurata l-prevalenza tat-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.

(8)Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ, peress li l-att previst li jimmodifika l-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni), tal-Anness XVII tal-Ftehim se jkun vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul is-sena 2025 fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tiegħu tal-kummerċ skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-modifika tal-Parti A tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII ta’ dan il-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-kummerċ (‘‘il-Kumitat għall-Kummerċ’’) stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, dwar il-modifika tal-Appendiċi XVII-3 (ir-Regoli applikabbli għas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Anness XVII tal-Ftehim.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Politika Kummerċjali Komuni; servizzi ta’ telekomunikazzjoni.

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

- L-implimentazzjoni taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA, Deep and Comprehensive Free Trade Area) skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (‘‘il-Ftehim’’).

- L-approssimazzjoni regolatorja gradwali tal-Ukrajna mal-acquis tal-UE.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru

- Skont id-DCFTA u filwaqt li jitqies l-impatt tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq il-kapaċità tal-Ukrajna li tgħaddi minn proċessi ta’ adozzjoni tal-liġi, l-inizjattiva għandha tipprovdi żmien addizzjonali lill-Ukrajna biex timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, fejn xieraq.

- Barra minn hekk, bil-ħsieb ta’ xi diskrepanzi testwali eżistenti, għandu jiġi żgurat li t-testi tar-Regolamenti tal-Unjoni jipprevalu fuq l-att(i) li jinkorporahom fl-ordni legali tal-Ukrajna.

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-approssimazzjoni regolatorja tal-liġi tal-Ukrajna fil-qasam tar-roaming.

It-tħejjija għall-integrazzjoni tal-Ukrajna fiż-żona ta’ roaming daqslikieku f’pajjiżek.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-Appendiċi XVII-3 modifikat jistabbilixxi l-iskeda ta’ żmien għat-tlestija tal-approssimazzjoni tal-Ukrajna għal kull att leġiżlattiv elenkat, li taġixxi bħala indikatur għall-monitoraġġ tal-progress f’konformità mal-Ftehim.

1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota / azzjoni preparatorja 6  

☒ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-Att jipprovdi żmien addizzjonali lill-Ukrajna biex timplimenta bis-sħiħ l-acquis tal-Unjoni dwar ir-roaming, fejn xieraq u kif indikat fil-modifika proposta tal-Appendiċi XVII-3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex-ante)

- Implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni

Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex-post)

- Implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-Att propost ma għandu l-ebda impatt fuq il-qafas finanzjarju pluriennali u l-baġit tal-UE.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

–    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–    impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 7   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)

– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

– lill-korpi tad-dritt pubbliku

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

Din l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE.

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 8 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 9

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali 10

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

[XX.YY.YY.YY]

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

DĠ: <…….>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja

Impenji

(1a)

0,000

Pagamenti

(2a)

0,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

0,000

Pagamenti

(2b)

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 11

Linja baġitarja

(3)

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ <…….>

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali  

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet Skont l-Intestaturi 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 12

DĠ: <…….>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

DĠ: <…….>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

DĠ: <…….>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja

Impenji

(1a)

0,000

Pagamenti

(2a)

0,000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

0,000

Pagamenti

(2b)

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 13

Linja baġitarja

(3)

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ <…….>

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=2a+2b+3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali  

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali  

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6

Impenji

=4+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000



Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva” 14

miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ: <…….>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

DĠ: <…….>

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 15

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 16 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern

DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet

TOTAL 
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

–    Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 17

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Linja ta’ appoġġ amministrattiv 
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern

DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ  
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI + DĦUL ASSENJAT ESTERN

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ  
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali*

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.

B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.

L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (pereż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

–    tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP

–    tirrikjedi reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

–    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena  
2024

Sena  
2025

Sena  
2026

Sena  
2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 
3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

–    Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 18

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Il-proposta ma tintroduċix rekwiżiti diġitali speċifiċi, peress li mhuwa meħtieġ l-ebda mezz diġitali għall-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, ma japplikax il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, peress li d-deċiżjoni ma tinvolvix il-forniment ta’ servizz pubbliku. Filwaqt li l-approssimazzjoni leġiżlattiva futura tal-Ukrajna ma’ dik tal-Unjoni tista’ tinvolvi kunsiderazzjonijiet diġitali min-naħa tal-Ukrajna, tali aspetti jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni.

4.2.Data

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

(1)    Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1972/oj).
(2)    Id-Direttiva (UE) 2018/1972, ir-Regolament (UE) 2022/612 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2022/612/oj), ir-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2018/1971/oj), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta’ dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2286/oj), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/654 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u rata massima unika għat-terminazzjoni ta’ telefonati fissi madwar l-Unjoni (ĠU L 137, 22.4.2021, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2021/654/oj).
(3)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61 sa 64.
(4)    ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/295/oj.
(5)    Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1972/oj).
(6)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b), tar-Regolament Finanzjarju.
(7)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(8)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(9)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(10)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(11)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(12)    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu ddeterminati billi jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(14)    Sabiex jiġu ddeterminati l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom jintużaw iċ-ċifri relatati mal-kostijiet medji annwali, disponibbli fuq il-paġna web rilevanti tal-BUDGpedia.
(15)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(16)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi”
(17)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(18)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.